<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-388/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0388</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:212">EU:C:2021:212</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20210318">18.3.2021</DATE> – Kawża C‑388/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Autoridade Tributária e Aduaneira (Taxxa fuq il-qligħ kapitali minn proprjetà immobbli)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20210318">18 ta’ Marzu 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni diretta</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq qligħ kapitali minn proprjetà immobbli</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-kapital</KEYWORD><KEYWORD>Bażi taxxabbli</KEYWORD><KEYWORD>Diskriminazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Għażla ta’ tassazzjoni skont l-istess modalitajiet bħar-residenti</KEYWORD><KEYWORD>Konformità mad-dritt tal-Unjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑388/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Qorti tal-Arbitraġġ fil-Qasam Fiskali (Ċentru ta’ Arbitraġġ Amministrattiv – CAAD), il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20190430">30 ta’ April 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20190517">17 ta’ Mejju 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">MK</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Autoridade Tributária e Aduaneira,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.‑C. Bonichot, President tal-Awla, L. Bay Larsen, C. Toader, M. Safjan, u N. Jääskinen (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Hogan,</P><P>Reġistratur: M. Longar, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal‑<DATE ISO="20201001">1 ta’ Ottubru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal MK, minn A. Gaspar Schwalbach, advogado,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, S. Jaulino, H. Gomes Magno u P. Barros da Costa, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Afonso, N. Gossement u W. Roels, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad‑<DATE ISO="20201119">19 ta’ Novembru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 18 u 63 sa 65 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn MK u l-Autoridade Tributária e Aduaneira (l-Awtorità Fiskali u Doganali, il-Portugall) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>AT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) dwar l-avviż ta’ taxxa maħruġ minn din tal-aħħar fir-rigward tad-dħul ta’ MK għas-sena 2017.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 43, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Qligħ kapitali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, tal-Código do Imposto sobre o Rendimento das Pessoas Singulares (il-Kodiċi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul ta’ Persuni Fiżiċi), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>CIRS<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) kien jipprovdi, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="043.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1. –</NO.PARAG><ALINEA>L-ammont ta’ dħul ikklassifikat bħala qligħ kapitali huwa rappreżentat mill-bilanċ tad-differenza bejn qligħ kapitali u telf kapitali li jkun seħħ fl-istess sena, iddeterminat skont l-artikoli segwenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="043.002"><NO.PARAG>2. –</NO.PARAG><ALINEA>Il-bilanċ li sar riferiment għalih fil-paragrafu preċedenti, fir-rigward ta’ trasferimenti magħmula minn residenti kif stipulat fl-Artikolu 10(1)(a), (c) u (d), kemm jekk pożittiv kif ukoll jekk negattiv, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sal-punt ta’ 50 % biss tal-ammont tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 68(1) ta’ dan il-kodiċi jistabbilixxi l-iskala progressiva ta’ kategoriji ta’ taxxa. Fl-2017, ir-rata massima ta’ taxxa ta’ 48 % kienet tapplika għad-dħul taxxabbli ta’ iktar minn EUR <FT TYPE="NUMBER">80640</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 68a tal-imsemmi kodiċi, taxxa addizzjonali ta’ solidarjetà ta’ 2.5 % kienet tapplika għad-dħul taxxabbli bejn EUR <FT TYPE="NUMBER">80000</FT> u EUR <FT TYPE="NUMBER">250000</FT> u, lil hinn minn dan l-ammont, l-imsemmija taxxa kienet ta’ 5 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 72 taċ-CIRS, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Rati speċjali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, kien jipprevedi b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="072.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1. –</NO.PARAG><ALINEA><P>Huma intaxxati bir-rata awtonoma ta’ 28 %:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-qligħ kapitali li sar riferiment għalih fl-Artikolu 10(1)(a) u (d) magħmul minn persuni li ma humiex residenti fit-territorju Portugiż, sakemm ma jinħoloqx minn stabbiliment permanenti li jinsab f’dan it-territorju;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="072.009"><NO.PARAG>9. –</NO.PARAG><ALINEA>Residenti ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea [(ŻEE)], sakemm, fil-każ tal-aħħar, ikun hemm skambju ta’ informazzjoni fi kwistjonijiet ta’ taxxa, jistgħu jagħżlu, fir-rigward tad-dħul li għalih japplikaw is-subparagrafi 1(a) u (b) u l-paragrafu 2, li dan id-dħul jiġi intaxxat bir-rata li tkun tapplika skont it-tabella stabbilita fl-Artikolu 68(1) li kieku d-dħul inkiseb minn persuni residenti fit-territorju Portugiż.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="072.010"><NO.PARAG>10. –</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex tiġi ddeterminata r-rata ta’ taxxa li sar riferiment għaliha fil-paragrafu preċedenti, id-dħul kollu għandu jittieħed inkunsiderazzjoni, inkluż dħul miksub ’il barra minn dan it-territorju, fuq l-istess termini li japplikaw għar-residenti.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>MK huwa resident fiskali fi Franza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20020117">17 ta’ Jannar 2002</DATE>, MK xtara proprjetà immobbli li tinsab fil-Portugall għall-prezz ta’ EUR 79 807.66.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20170717">17 ta’ Lulju 2017</DATE>, MK biegħ din il-proprjetà immobbli bil-prezz ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">180000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20180531">31 ta’ Mejju 2018</DATE>, MK ippreżenta d-dikjarazzjoni perjodika tad-dħul tiegħu, li fiha, minbarra d-dħul minn proprjetà immobbli fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">8800</FT>, huwa ddikjara t-trasferiment tal-imsemmija proprjetà immobbli kif ukoll l-ispejjeż ta’ xiri u ta’ bejgħ tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fuq quddiem tad-dikjarazzjoni fiskali, fit-tabella 8B MK immarka l-kaxxa 4 (għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>persuni li ma humiex residenti<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), il-kaxxa 6 (għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>residenti fi Stat tal-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) u l-kaxxa 7 (fejn għażel li jkun suġġett għas-sistema fiskali applikabbli għal persuni li ma humiex residenti) u ma għażilx il-kaxxa 9 (li jkun intaxxat skont ir-rati ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 68 taċ-CIRS) u l-kaxxa 10 (li jkun intaxxat taħt il-leġiżlazzjoni applikabbli għar-residenti).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20180705">5 ta’ Lulju 2018</DATE>, l-AT ħarġet avviż ta’ taxxa fl-ammont ta’ EUR 24 654.22 bħala taxxa fuq id-dħul għas-sena 2017, billi applikat għall-bilanċ pożittiv kollu tal-qligħ kapitali minn proprjetà immobbli magħmul ir-rata unika ta’ 28 % applikabbli għall-persuni mhux residenti abbażi tal-Artikolu 72(1) taċ-CIRS, skont l-għażla magħmula minn MK fuq id-dikjarazzjoni tat-taxxa tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20181130">30 ta’ Novembru 2018</DATE>, MK ikkontesta dan l-avviż ta’ taxxa quddiem il-qorti tar-rinviju, it-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Qorti tal-Arbitraġġ fil-Qasam Fiskali (Ċentru ta’ Arbitraġġ Amministrattiv – CAAD), il-Portugall), għar-raġuni li dan l-avviż huwa vvizzjat b’illegalità sa fejn huwa bbażat fuq leġiżlazzjoni li tiddiskrimina kontra l-persuna taxxabbli residenti fit-territorju ta’ Stat Membru li ma huwiex ir-Repubblika Portugiża (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>persuni mhux residenti<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), meta mqabbla mal-persuni taxxabbli residenti fil-Portugall, u sostna li, konformement mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071011">11 ta’ Ottubru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Hollmann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑443/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:600">EU:C:2007:600</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), dan il-qafas ġuridiku jikkostitwixxi restrizzjoni tal-libertà ta’ moviment tal-kapital stabbilita fl-Artikolu 63(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Quddiem il-qorti tar-rinviju, l-AT issostni li l-qafas ġuridiku applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali huwa differenti minn dak applikabbli għall-fatti li taw lok għas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071011">11 ta’ Ottubru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Hollmann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑443/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:600">EU:C:2007:600</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Hija tfakkar li huwa minnu li, f’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 43(2) taċ-CIRS, li kien jipprevedi li kien biss il-qligħ kapitali magħmul minn persuni taxxabbli residenti fil-Portugall li kellu jiġi kkunsidrat sa 50 % tal-ammont tiegħu, kien iwassal għal piż fiskali ikbar għall-persuni mhux residenti, u minħabba f’hekk kien jikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment tal-kapital ipprojbita mill-Artikolu 63 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Madankollu, l-AT tippreċiża li, wara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071011">11 ta’ Ottubru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Hollmann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑443/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:600">EU:C:2007:600</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-leġiżlatur Portugiż emenda l-qafas leġiżlattiv applikabbli billi introduċa, fl-Artikolu 72(9) u (10) taċ-CIRS, il-possibbiltà għall-persuni mhux residenti li jagħżlu sistema ta’ tassazzjoni analoga għal dik li tapplika għar-residenti Portugiżi, u li b’hekk jibbenefikaw mit-tnaqqis ta’ 50 % previst fl-Artikolu 43(2) taċ-CIRS kif ukoll minn rati progressivi, bil-kundizzjoni li jagħmlu dikjarazzjoni fiskali fil-Portugall fuq id-dħul globali tagħhom. Issa, f’dan il-każ, MK għażel is-sistema ta’ tassazzjoni prevista fl-Artikolu 72(1) taċ-CIRS u mhux dik prevista fl-Artikolu 72(9) u (10) taċ-CIRS.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>MK ifakkar, madankollu, li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, f’kawża li tirrigwarda l-libertà ta’ stabbiliment, li għażla bejn sistema fiskali diskriminatorja u sistema fiskali oħra li ma tkunx diskriminatorja ma tistax teskludi l-effetti diskriminatorji tal-ewwel waħda minn dawn iż-żewġ sistemi fiskali (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100318">18 ta’ Marzu 2010</DATE>, <NAME.CASE>Gielen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑440/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:148">EU:C:2010:148</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Għalhekk, il-qorti tar-rinviju għandha dubju dwar jekk l-emendi magħmula fid-dritt fiskali Portugiż wara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071011">11 ta’ Ottubru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Hollmann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑443/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:600">EU:C:2007:600</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jiġifieri, b’mod partikolari, l-introduzzjoni tal-possibbiltà għall-persuni mhux residenti li jagħżlu, skont l-Artikolu 72(9) u (10) taċ-CIRS, sistema ta’ tassazzjoni analoga għal dik li tapplika għar-residenti, u li b’hekk jibbenefikaw mit-tnaqqis ta’ 50 % previst fl-Artikolu 43(2) ta’ dan il-kodiċi, humiex suffiċjenti sabiex jirrimedjaw ir-restrizzjoni għall-moviment tal-kapital identifikata mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dik is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Qorti tal-Arbitraġġ fil-Qasam Fiskali (Ċentru ta’ Arbitraġġ Amministrattiv – CAAD), iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja din id-domanda preliminari:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>L-Artikoli [18 u 63 sa 65 TFUE] ikkunsidrati flimkien, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali (Artikolu 43(2) [taċ-CIRS]), li ġiet emendata [bl-introduzzjoni tal-paragrafi 9 u 10 fl-Artikolu 72 tal-imsemmi kodiċi], b’tali mod li l-apprezzamenti fil-valur [il-qligħ kapitali] li jirriżultaw mit-trasferiment ta’ proprjetà immobbli li tkun tinsab fi Stat Membru (il-Portugall), minn resident ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni […] (Franza) ma jkunux suġġetti, bis-saħħa tal-għażla tal-persuna suġġetta għat-taxxa, għal oneru fiskali ogħla li jiġi applikat fir-rigward ta’ dan l-istess tip ta’ tranżazzjoni għall-apprezzamenti fil-valur magħmula minn resident tal-Istat fejn din il-proprjetà immobbli tkun tinsab?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikoli 18 u 63 sa 65 TFUE għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, sabiex tippermetti li l-qligħ kapitali magħmul mit-trasferiment ta’ beni immobbli li jinsabu f’dan l-Istat Membru, minn persuna taxxabbli residenti fi Stat Membru ieħor, ma jkunx suġġett għal piż fiskali ogħla minn dak li jiġi applikat għal dan l-istess tip ta’ tranżazzjoni fuq il-qligħ kapitali mwettaq minn resident tal-ewwel Stat Membru, tissuġġetta s-sistema ta’ tassazzjoni applikabbli għall-għażla tal-imsemmija persuna taxxabbli.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-prinċipji u l-libertajiet applikabbli</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-Artikolu 18 TFUE huwa intiż li japplika b’mod awtonomu biss f’sitwazzjonijiet irregolati mid-dritt tal-Unjoni li fir-rigward tagħhom it-Trattat FUE ma jipprevedix regoli speċifiċi ta’ nondiskriminazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071011">11 ta’ Ottubru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Hollmann</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑443/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:600">EU:C:2007:600</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Issa, it-Trattat FUE jipprevedi b’mod partikolari, fl-Artikolu 63 tiegħu, regola speċifika ta’ nondiskriminazzjoni fil-qasam li jikkonċerna l-libertà ta’ moviment tal-kapital (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071011">11 ta’ Ottubru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Hollmann</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑443/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:600">EU:C:2007:600</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li tranżazzjoni li tikkonċerna l-likwidazzjoni ta’ investiment fi proprjetà immobbli, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tikkostitwixxi moviment tal-kapital (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071011">11 ta’ Ottubru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Hollmann</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑443/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:600">EU:C:2007:600</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li t-trasferiment ta’ proprjetà immobbli li tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, imwettaq bi ħlas minn persuni fiżiċi mhux residenti, jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 63 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn fid-deċiżjoni tar-rinviju ma jissemma ebda element li jista’ jdaħħal tali tranżazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 64 TFUE, ma hemmx lok, f’dan il-każ, li d-domanda tiġi eżaminata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-moviment liberu tal-kapital</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Artikolu 63 TFUE jipprojbixxi kull restrizzjoni għall-moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri, bla ħsara għall-ġustifikazzjonijiet previsti fl-Artikolu 65 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 72(1) taċ-CIRS kienu jipprevedu, fil-każ ta’ qligħ kapitali magħmul fil-kuntest tat-trasferiment bi ħlas ta’ beni immobbli li jinsab fil-Portugall, regoli ta’ tassazzjoni differenti skont jekk il-persuni taxxabbli suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul kinux jirrisjedu jew le fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>B’mod partikolari, skont l-Artikolu 43(2) taċ-CIRS, il-qligħ kapitali magħmul minn residenti fil-kuntest tat-trasferiment ta’ beni immobbli li jinsabu fil-Portugall kien jittieħed inkunsiderazzjoni sa 50 % biss tal-ammont tiegħu. Għall-kuntrarju, fil-każ ta’ persuni mhux residenti, l-Artikolu 72(1) taċ-CIRS kien jipprevedi t-tassazzjoni ta’ dan l-istess qligħ kapitali fuq l-ammont kollu tiegħu bir-rata awtonoma ta’ 28 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, b’applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, il-bażi taxxabbli ta’ dan it-tip ta’ qligħ kapitali ma kinitx l-istess għall-persuni residenti u għall-persuni mhux residenti. B’hekk, fir-rigward tal-bejgħ tal-istess beni immobbli li jinsab fil-Portugall, fil-każ li jsir qligħ kapitali, il-persuni mhux residenti kienu suġġetti għal piż fiskali ikbar minn dak applikabbli għall-persuni residenti u, għaldaqstant, kienu jinsabu f’sitwazzjoni inqas favorevoli minn dawn tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071011">11 ta’ Ottubru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Hollmann</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑443/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:600">EU:C:2007:600</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-fatt, filwaqt li, skont l-Artikolu 72(1) taċ-CIRS, persuna mhux residenti kienet suġġetta għal rata ta’ 28 % applikata fuq bażi li tirrappreżenta l-qligħ kapitali magħmul kollu, it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ nofs biss tal-bażi tal-qligħ kapitali magħmul minn persuna residenti kien jippermetti lil din tal-aħħar tibbenefika sistematikament minn piż fiskali iżgħar f’dan ir-rigward, tkun xi tkun ir-rata ta’ taxxa applikata fuq id-dħul tagħha kollu, peress li, skont l-osservazzjonijiet ippreżentati mill-Gvern Portugiż, id-dħul tal-persuni residenti kien suġġett għal taxxa skont skala ta’ rati progressivi li l-iktar rata għolja tagħha kienet ta’ 48 %, u dan minkejja li taxxa addizzjonali ta’ solidarjetà ta’ 2.5 % tista’ tiġi applikata għad-dħul taxxabbli inkluż bejn EUR <FT TYPE="NUMBER">80000</FT> u EUR <FT TYPE="NUMBER">250000</FT> u ta’ 5 % lil hinn minn dan l-ammont.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni tiddeċiedi, fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071011">11 ta’ Ottubru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Hollmann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑443/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:600">EU:C:2007:600</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li l-iffissar, mill-Artikolu 43(2) taċ-CIRS, ta’ bażi taxxabbli ta’ 50 % għall-qligħ kapitali magħmul biss minn persuni taxxabbli residenti fil-Portugall u mhux minn persuni taxxabbli mhux residenti kien jikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment tal-kapital ipprojbita mill-Artikolu 63 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni ma tiddaħħalx inkwistjoni mill-punt 44 tas-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151119">19 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Hirvonen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑632/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:765">EU:C:2015:765</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li differenza fit-trattament bejn il-persuni taxxabbli mhux residenti u l-persuni taxxabbli residenti, li tikkonsisti fil-fatt li d-dħul gross tal-persuni taxxabbli mhux residenti jiġi suġġett għal tassazzjoni definittiva b’rata unika permezz ta’ tassazzjoni f’ras il-għajn, filwaqt li d-dħul nett tal-persuni taxxabbli residenti jiġi ntaxxat skont skala progressiva bi tnaqqis tal-bażi taxxabbli, hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, u dan sa fejn din<?PAGE NO="6"?> il-konstatazzjoni hija suġġetta, madankollu, għall-kundizzjoni li r-rata unika ma tkunx ogħla mir-rata li tirriżulta mill-applikazzjoni effettiva għall-persuna kkonċernata tal-iskala progressiva għad-dħul nett lil hinn mit-tnaqqis tal-bażi taxxabbli. Issa, f’dan il-każ, kif jirriżulta mill-punt 29 ta’ din is-sentenza, is-sistema ta’ tassazzjoni ddifferenzjata inkwistjoni twassal sabiex il-persuni mhux residenti jkunu sistematikament suġġetti għal piż fiskali ogħla minn dak applikat għall-persuni residenti fil-każ li jagħmlu qligħ kapitali fuq il-bejgħ ta’ proprjetà immobbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-iffissar ta’ bażi taxxabbli ta’ 50 % għall-qligħ kapitali magħmul mill-persuni taxxabbli kollha residenti fil-Portugall u mhux għall-persuni taxxabbli mhux residenti li għażlu s-sistema ta’ tassazzjoni prevista fl-Artikolu 72(1) taċ-CIRS jikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment tal-kapital ipprojbita mill-Artikolu 63(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi vverifikat jekk tali restrizzjoni tistax titqies li hija oġġettivament iġġustifikata, fid-dawl tal-Artikolu 65(1) u (3) TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta’ ġustifikazzjoni għar-restrizzjonijiet tal-libertà ta’ moviment tal-kapital fid-dawl tal-Artikolu 65(1) u (3) TFUE</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 65(1) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 65(3) TFUE, jirriżulta li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, distinzjoni bejn il-persuni taxxabbli residenti u l-persuni taxxabbli mhux residenti sakemm din id-distinzjoni ma tikkostitwixxix mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-moviment liberu tal-kapital.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandha ssir distinzjoni bejn it-trattament mhux ugwali li huwa awtorizzat taħt l-Artikolu 65(1)(a) TFUE u d-diskriminazzjoni arbitrarja li hija pprojbita mill-Artikolu 65(3) TFUE. F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, sabiex dispożizzjonijiet fiskali nazzjonali, bħalma huma l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 72(1) taċ-CIRS, ikunu jistgħu jitqiesu li huma kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-kapital, huwa meħtieġ li d-differenza fit-trattament tikkonċerna sitwazzjonijiet li ma humiex oġġettivament paragunabbli jew li din id-differenza tkun iġġustifikata minn raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071011">11 ta’ Ottubru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Hollmann</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑443/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:600">EU:C:2007:600</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, id-differenza fit-trattament bejn il-persuni taxxabbli residenti u l-persuni taxxabbli mhux residenti prevista fil-leġiżlazzjoni Portugiża tikkonċerna sitwazzjonijiet li huma oġġettivament paragunabbli. Barra minn hekk, din id-differenza fit-trattament ma hijiex iġġustifikata minn raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, in-natura paragunabbli tas-sitwazzjonijiet, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, fil-punt 50 tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071011">11 ta’ Ottubru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Hollmann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑443/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:600">EU:C:2007:600</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), l-ewwel, li t-tassazzjoni tal-qligħ kapitali li jirriżulta mit-trasferiment ta’ beni immobbli tirrigwarda, skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 72(1) taċ-CIRS, kategorija waħda ta’ dħul tal-persuni taxxabbli, kemm jekk ikunu residenti jew mhux residenti, it-tieni, li din it-tassazzjoni tikkonċerna dawn iż-żewġ kategoriji ta’ persuni taxxabbli u, it-tielet, li l-Istat Membru li fih jinsab is-sors tad-dħul taxxabbli huwa dejjem ir-Repubblika Portugiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Mill-punti preċedenti u, b’mod partikolari, mill-punt 29 ta’ din is-sentenza, jirriżulta li ma teżisti ebda differenza oġġettiva fis-sitwazzjoni bejn il-persuni taxxabbli residenti u l-persuni taxxabbli mhux residenti ta’ natura li tiġġustifika inugwaljanza fit-trattament fiskali bejniethom skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 72(1) taċ-CIRS f’dak li jikkonċerna t-tassazzjoni tal-bilanċ pożittiv tal-qligħ kapitali magħmul fil-kuntest tat-trasferiment ta’ beni immobbli li jinsabu fil-Portugall. Għaldaqstant, is-sitwazzjoni li fiha tinsab persuna taxxabbli mhux residenti, bħal MK, hija paragunabbli ma’ dik ta’ persuna taxxabbli residenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni ma hijiex ikkontestata mir-<HT TYPE="ITALIC">ratio legis</HT> tal-Artikolu 43(2) taċ-CIRS, li jipprevedi t-tnaqqis ta’ 50 % applikabbli għall-qligħ kapitali magħmul mill-persuni residenti, li, skont il-Gvern Portugiż, jikkonsisti f’li tiġi evitata t-tassazzjoni eċċessiva ta’ dan id-dħul meqjus li huwa dħul mhux normali u okkażjonali, sa fejn ma hemm xejn li jippermetti li jiġi eskluż li din il-kunsiderazzjoni qatt ma tista’ tikkonċerna lill-persuni taxxabbli mhux residenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, l-eżistenza ta’ ġustifikazzjonijiet ibbażati fuq raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, għandu jiġi rrilevat li l-Gvern Portugiż ma jinvokax l-eżistenza ta’ tali raġunijiet. Madankollu, huwa jsostni li, fil-kuntest tat-tassazzjoni tal-bilanċ pożittiv tal-qligħ kapitali fuq proprjetà immobbli magħmul fil-Portugall, l-Artikolu 43(2) taċ-CIRS għandu l-għan li jevita li jippenalizza lill-persuni taxxabbli residenti fil-Portugall jew lill-persuni taxxabbli mhux residenti li jagħżlu li jiġu ntaxxati bħala tali skont l-Artikolu 72(9) u (10) taċ-CIRS minħabba l-applikazzjoni ta’ rata progressiva fir-rigward tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Issa, fil-punti 58 sa 60 tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071011">11 ta’ Ottubru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Hollmann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑443/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:600">EU:C:2007:600</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-vantaġġ fiskali mogħti lill-persuni residenti, li jikkonsisti fi tnaqqis ta’ nofs il-bażi taxxabbli tal-qligħ kapitali magħmul, kien fi kwalunkwe każ imur lil hinn mill-korrispettiv tiegħu, li jikkonsisti fl-applikazzjoni ta’ rata progressiva għat-tassazzjoni tad-dħul tagħhom. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset, fil-kawża li tat lok għal dik is-sentenza, li ma kinitx stabbilita rabta diretta bejn il-vantaġġ fiskali kkonċernat u t-tpaċija ta’ dan il-vantaġġ permezz ta’ impożizzjoni fiskali partikolari u li r-restrizzjoni li tirriżulta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni ma setgħetx għalhekk tiġi ġġustifikata min-neċessità li tiġi ggarantita l-koerenza tas-sistema fiskali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-għażla ta’ tassazzjoni skont l-istess modalitajiet bħar-residenti</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat qabel kollox li l-possibbiltà għall-persuni residenti fl-Unjoni jew fiż-ŻEE li jagħżlu, skont l-Artikolu 72(9) u (10) taċ-CIRS, sistema ta’ tassazzjoni analoga għal dik li tapplika għar-residenti Portugiżi, u li b’hekk jibbenefikaw mit-tnaqqis ta’ 50 % previst fl-Artikolu 43(2) ta’ dan il-kodiċi, tippermetti lil persuna taxxabbli mhux residenti, bħal MK, għażla bejn sistema fiskali diskriminatorja, jiġifieri dik prevista fl-Artikolu 72(1) taċ-CIRS, u oħra li ma hijiex diskriminatorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Issa, f’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, f’dan il-każ, tali għażla ma tistax teskludi l-effetti diskriminatorji tal-ewwel waħda minn dawn iż-żewġ sistemi fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fil-fatt, fl-eventwalità li jiġi rrikonoxxut li l-imsemmija għażla għandha tali effett, dan iwassal sabiex tiġi vvalidata sistema fiskali li tibqa’, fiha nnifisha, kuntrarja għall-Artikolu 63 TFUE minħabba n-natura diskriminatorja tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100318">18 ta’ Marzu 2010</DATE>, <NAME.CASE>Gielen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑440/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:148">EU:C:2010:148</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-opportunità tippreċiża, sistema nazzjonali restrittiva fir-rigward ta’ libertà fundamentali ggarantita mit-Trattat FUE, f’dan il-każ il-moviment liberu tal-kapital, xorta waħda tibqa’ inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni anki meta l-applikazzjoni tagħha tkun fakultattiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100318">18 ta’ Marzu 2010</DATE>, <NAME.CASE>Gielen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑440/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:148">EU:C:2010:148</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-għażla disponibbli, fit-tilwima fil-kawża prinċipali, għall-persuna taxxabbli mhux residenti li tiġi ntaxxata bl-istess modalitajiet bħal dawk applikabbli għall-persuni taxxabbli residenti ma hijiex ta’ natura li tagħmel ir-restrizzjoni kkonstatata fil-punt 32 ta’ din is-sentenza kompatibbli mat-Trattat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 63 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 65 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, sabiex tippermetti li l-qligħ kapitali magħmul<?PAGE NO="8"?> mit-trasferiment ta’ beni immobbli li jinsabu f’dan l-Istat Membru, minn persuna taxxabbli residenti fi Stat Membru ieħor, ma jkunx suġġett għal piż fiskali ogħla minn dak li jiġi applikat fir-rigward ta’ din l-istess tip ta’ tranżazzjoni fuq il-qligħ kapitali magħmul minn persuna residenti fl-ewwel Stat Membru, tissuġġetta s-sistema ta’ tassazzjoni applikabbli għall-għażla tal-imsemmija persuna taxxabbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 63 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 65 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, sabiex tippermetti li l-qligħ kapitali magħmul mit-trasferiment ta’ beni immobbli li jinsabu f’dan l-Istat Membru, minn persuna taxxabbli residenti fi Stat Membru ieħor, ma jkunx suġġett għal piż fiskali ogħla minn dak li jiġi applikat fir-rigward ta’ din l-istess tip ta’ tranżazzjoni fuq il-qligħ kapitali magħmul minn persuna residenti fl-ewwel Stat Membru, tissuġġetta s-sistema ta’ tassazzjoni applikabbli għall-għażla tal-imsemmija persuna taxxabbli.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>