Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - D. Protokolli Annessi mat-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea - Protokoll (Nru 13) dwar merkanzija li toriġina u tiġi minn ċerti pajjiżi u li tgawdi trattament speċjali meta impurtata fi Stat Membru (1957)
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0250 - 0250
Protokoll (Nru 13) dwar merkanzija li toriġina u tiġi minn ċerti pajjiżi u li tgawdi trattament speċjali meta impurtata fi Stat Membru (1957) IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA, WAQT LI JIXTIEQU li jiddefinixxu f' aktar dettall l-applikazzjoni ta' dan it-Trattat għal ċerta merkanzija li toriġina ġewwa u tiġi minn ċerti pajjiżi u tgawdi trattament speċjali meta importata fi Stat Membru, FTEHMU fuq id-disposizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi ma' dan it-Trattat 1. L-applikazzjoni tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea m'għandhiex teħtieġ xi alterazzjoni fit-trattament doganali applikabbli fl- 1 ta' Jannar 1958 għall-importazzjonijiet fil-pajjiżi tal-Benelux ta' merkanzija li toriġina fi u tkun ġejja mis-Surinam [*] jew mill-Antilles Olandiżi [**]; 2. Merkanzija importata fi Stat Membru u li tibbenefika mit-trattament imsemmi hawn fuq m'għandhiex tkun ikkunsidrata f'ċirkolazzjoni libera f'dak l-Istat fis-sens ta' l-Artikolu 24 ta' dan it-Trattat meta esportata mill-ġdid lejn Stat Membru ieħor. 3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn ir-regoli tagħhom li jirregolaw it-trattament speċjali msemmi f'dan il-Protokoll, flimkien ma' lista tal-merkanzija ntitolata għal dan it-trattament. Għandhom ukoll jinfurmaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħrajn b'xi bidliet sussegwentement magħmula f'dawk il-listi jew fit-trattament. 4. Il-Kummissjoni għandha tassigura li l-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli ma tistax tkun ta' preġdizzju għal Stati Membri oħra; b'dan l-iskop tista' tieħu kull miżura xierqa fir-rigward ta' relazzjonijiet bejn l-Istati Membri. Magħmul f'Ruma dan il-ħamsa u għoxrin jum ta' Marzu fis-sena elf disa' mija sebgħa u ħamsin. [*] Id-disposizzjonijiet tar-raba' parti tat-Trattat ġew applikati għas-Surinam, bis-saħħa ta' l-att addizzjonali tar-Renju ta' l-Olanda depożitat bħala żieda ma' l-instrument ta' ratifika tiegħu ta' l- 1 ta' Settembru 1962 fl- 16 juillet 1976. [**] Bis-saħħa ta' l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni tat- 13 ta' Novembru 1962 dwar ir-reviżjoni tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ekonomika Ewropea (ĠU 150, 1.10.1964, p. 2414/64), il-protokoll m' għadux applikabbli għall-Antilles Olandizi. --------------------------------------------------