32006D0676

Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/676/PESK ta' l- 10 ta' Awwissu 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea li tappoġġa l-Missjoni ta’ l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUC) matul il-proċess ta' l-elezzjoni (Operazzjoni EUFOR RD Kongo)

Official Journal L 276 , 07/10/2006 P. 0110 - 0110
Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0015 - 0015


20060810

Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/676/PESK

ta' l- 10 ta' Awwissu 2006

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea li tappoġġa l-Missjoni ta’ l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUC) matul il-proċess ta' l-elezzjoni (Operazzjoni EUFOR RD Kongo)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Presidenza,

Billi:

(1) Fis- 27 ta' April 2006, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/319/PESK dwar l- operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea li tappoġġa l-Missjoni ta’ l-Organizzazzjoni tan- Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUC) matul il-proċess ta' l- elezzjoni [1] (Operazzjoni EUFOR RD Kongo).

(2) L-Artikolu 10 (3) ta' dik l-Azzjoni Konġunta jistipula li arranġamenti dettaljati dwar il- parteċipazzjoni ta' Stati terzi għandhom ikunu s-suġġett ta' Ftehim li jiġu konklużi f'konformità ma' l-Artikolu 24 tat-Trattat.

(3) Wara l-awtorizzazzjoni mill-Kunsill fit- 13 ta' Settembru 2004, il-Presidenza, assistita mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, innegozjat Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-Operazzjoni EUFOR RD Kongo.

(4) Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri għandu jkun approvat f'isem l-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea li tappoġġa l-Missjoni ta’ l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUC) matul il-proċess ta' l-elezzjoni (Operazzjoni EUFOR RD Kongo) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni Ewropea.

It-test tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Awwissu 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Tuomioja

[1] ĠU L 116, 29.4.2006, p. 98.

--------------------------------------------------