1975R2783 — MT — 01.01.1996 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2783/75 TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Ottubru 1975

fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin

(ĠU L 282, 1.11.1975, p.104)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 4001/87 tat-23 ta’ Diċembru 1987

  L 377

44

31.12.1987

►M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 3290/94 tat-22 ta' Diċembru 1994

  L 349

105

31.12.1994

►M3

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSIJONI (KE) Nru 2916/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995

  L 305

49

19.12.1995




▼B

IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2783/75 TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Ottubru 1975

fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod speċjali l-Artikolu 14 u 7 u l-Artikoli 28, 92 u 94, 111 u dawk li jiġu wara, u l-235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),

Billi l-ovalbumin, li mhix imsemmija fl-Anness II tat-Trattat, mhix suġġetta għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet agrarji tat-Trattat, filwaqt li l-isfar tal-bajd huwa;

Billi minn dan tirriżulta sitwazzjoni li tista’ teffettwa ħażin l-effiċjenza tal-politika komuni tas-settur tal-bajd;

Billi, biex tinkiseb soluzzjoni bbilanċjata, trid titwaqqaf sistema ta’ kummerċ komuni għall-ovalbumin li tkun tikkorrispondi ma’ dik imwaqqfa għall-bajd; billi jkun meħtieġ li l-applikazzjoni ta’ din is-sistema tiġi estiża wkoll għal-lactalbumin minħabba l-fatt li dan ta’ l-aħħar tista’ ħafna drabi tiġi ssostitwita bl-ovalbumin;

Billi, b’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 ( 2 ) tad-29 t’Ottubru 1975 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd, ġiet imnedija sistema waħda fis-suq tal-bajd fil-Komunità li fiha, b’mod speċjali, imposti singoli u rimborsi singoli fil-każ tal-pajjiżi terzi fuq il-bajd u l-isfar tal-bajd fl-istat mhux alterat jew fil-forma ta’ ċerti oġġetti pproċessati li jkun fihom l-abjad tal-bajd;

Billi s-sistema tal-kummerċ li tintuża’ għall-albumini għandha ssegwi s-sistema li hemm fis-seħħ għall-bajd minħabba d-dipendenza tal-prodotti ta’ l-ewwel fuq ta’ l-aħħar;

Billi l-prezzijiet ta’ l-ovalbumin ħafna drabi jkunu l-istess bħall-prezzijiet tal-bajd, li jkunu differenti fil-Komunità u fis-suq dinji; billi biex jiġi evitat it-tgħawwiġ fil-kompetizzjoni li jinħoloq minn dawn id-differenzi, ikun meħtieġ li jiġi impost dazju fuq l-importazzjoni li jkun biżżejjed biex ipatti għal din id-differenza; billi jidher li l-aħjar mod biex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ dan id-dazju jkun li jinġab minn fuq l-imposta fuq il-bajd bil-qoxra;

Billi jkun meħtieġ li jsir provediment għal ko-effiċjenti differenti biex titqies il-preżentazzjoni tal-prodott ipproċessat;

Billi l-prezz tal-bajd mhux l-uniku fattur barra l-ispejjeż ta’ l-ipproċessar li jaffettwa l-prezz ta’ l-albumina fis-suq dinji; billi biex tiġi żgurata li l-effettività tas-sistema tad-dazji fuq l-importazzjoni tkun effettiva, huwa meħtieġ li jsir provediment għal ammont addizzjonali, li jkun miżjud mad-dazju kull darba li l-offerti fuq is-suq dinji jsiru bi prezzijiet baxxi żżejjed;

Billi, bis-saħħa tar-relazzjoni ekonomika mill-qrib li teżisti bejn id-diversi prodotti tal-bajd, ikun meħtieġ li jsir provvediment dwar il-possibiltà li jiġu addottati, fil-każ ta’ l-ovalbumin u l-lactalbumin, l-istandards tal-marketing li jkunu jikkorrispondu safejn ikun possibbli mal-istandards tal-marketing stabbiliti għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75;

Billi safejn ikun meħtieġ biex il-mekkaniżmu tar-rimborsi fuq l-esportazzjoni tal-bajd jaħdem tajjeb skond kif previst fir-Regolament (KEE) Nru 2771/75, kif ukoll tas-sistema stabbilita għandu jsir provediment għar-regolamentazzjoni, jew, sitwazzjoni kummerċjali hekk tkun teħtieġ, għall-projbizzjoni ta’ l-użu ta’ l- “arranġamenti għall-iproċessar ’il ġewwa”;

Billi s-sistema ta’ dazji fuq l-importazzjoni tagħmilha possibbli li jiġu skartati l-miżuri kollha ta’ protezzjoni fuq il-fruntieri esterni tal-Komunità; billi t-twaqqif ta’ suq wieħed jinvolvi t-tneħħija mill-fruntieri interni tal-Komunità l-ostakli kollha għall-moviment ħieles tal-merkanzija msemmija,

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



▼M3

L-Artikolu 1

Kemm-il darba dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati ta’ dazju fit-Tariffi Komuni Doganali japplikaw għall-prodotti li ġejjin:



Kodiċi NM

Deskrizzjoni

3502

Albumini (inklużi konċentrati ta' żewġ proteini tax-xorrox jew iktar, li jikkontienu skond il-piż iktar minn 80 % proteini tax-xorrox, ikkalkulati fuq materja niexfa), albuminati u derivati oħrajn ta' l-albumina:

 

– Albumina tal-bajd:

ex35 02 11

– – Niexfa:

3502 11 90

– – – Oħrajn (ta' xort'oħra minn insuffiċjenti, jew li jridu jsiru insuffiċjenti, għall-konsum uman)

ex35 02 19

– – Oħrajn

3502 19 90

– – – Oħrajn (ta' xort'oħra minn insuffiċjenti, jew li jridu jsiru insuffiċjenti, għall-konsum uman)

3502 20

– Albumina tal-ħalib, inklużi konċentrati ta' żewġ proteini tax-xorrox jew iktar:

 

– – Oħrajn (ta' xort'oħra minn insuffiċjenti, jew li jridu jsiru insuffiċjenti, għall-konsum uman)

3502 20 91

– – – Niexfa (per eżempju f'folji, qxur, biċċiet irqaq, trab)

3502 20 99

– – – Oħrajn

▼M2

L-Artikolu 2

1.  Importazzjonijiet fil-Komunità ta' kwalunkwe prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta'importazzjoni.

Liċenzi jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' Artikoli 4.

Liċenzi ta'importazzjoni jkunu validi fil-Komunità kollha. Tali liċenzi jinħarġu suġġetti għat-tfigħ ta' garanzija ta' sigurtà li l-prodotti huma impurtati matul terminu ta' validita tal-liċenza; għajr f'każijiet ta' force majeure, is-sigurtà titneħħa fit-total jew f'parti jekk l-importazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, fl-imsemmi perjodu.

2.  It-terminu tal-validita tal-liċenzi u regoli dettaljati oħra ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jkunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75.

L-Artikolu 3

1.  Biex ikunu evitati jew milqugħa effetti avversi fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' prodotti mniżżla f‘Artikolu 1, importazzjonijiet ta' wieħed jew aktar prodotti bir-rata ta' dazju stipulata fl-Artikolu 10 ikunu suġġetti għal pagament ta'dazju addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan dwar in-negozjati fuq il-kummerċ multilaterali jkunu ġew esegwiti sakemm l-importazzjonijiet ma jidhrux li se jiddisturbaw is-suq tal-Komunità jew fejn l-effetti jidhru li mhux se jkunu proporzjonati ma' l-oġġettiv intiż.

2.  Il-prezzijiet tal-bidu taħt liema dazju addizzjonali jista' jkun impost ikunu dawk mibgħuta mill-Komunità lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu stabbiliti partikolarment a bażi ta'importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin ta' qabel is-sena li fiha l-effetti avversi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jinqalgħu jew ikun hemm ċans li jinqalgħu.

3.  Il-prezzijiet ta'importazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni għall-impożizzjoni ta' dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu deċiżi a bażi tal-prezz ta'importazzjoni cif tal-konsinja in-kwistjoni.

Il-prezz ta'importazzjoni cif ikun ivverifikat għal dan l-iskop a bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott in-kwistjoni fis-suq mondjali jew fis-suq ta 'importazzjoni tal-Komunità għall-prodott.

4.  Il-Kummissjoni taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75. Tali regoli dettaljati jkunu jispeċifikaw partikolarment:

(a) il-prodotti li magħhom jista' jkun applikat dazju ta'importazzjoni addizzjonali taħt it-termini ta' Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura;

(b) il-kriterja l-oħra meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura.

L-Artikolu 4

1.  Il-kwoti tat-tariffi għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 li jirriżultaw minn ftehim konklużi fl-ambitu tar-Round Urugwajan tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali jkunu miftuħa u amministrati skond ir-regoli dettaljati addottati taħt il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75.

2.  Il-kwoti jkunu amministrati bl-applikazzjoni ta' wieħed mill-metodi li ġejjin jew b'għaqda tagħhom:

— il-metodu bażat fuq ordni kronoloġika tad-dħul tal-applikazzjonijiet (il-prinċipju ta' “l-ewwel li jidħlu l-ewwel li jinqdew”).

— il-metodu tad-distribuzzjoni fi proporzjon mal-kwantitajiet mitluba meta kienu sottomessi l-applikazzjonijiet (bl-użu tal-metodu tal-“eżami simultanju”),

— il-metodu bażat fuq it-teħid in konsiderazzjoni tal-mudelli tal-kummerċ tradizzjonali (bl-użu tal-metodu “wasliet tradizzjonali/ġodda”).

Metodi adegwati oħra jistgħu jintużaw.

Dawn iridu jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

3.  Qbil mal-limiti dwar volumi li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat ikun żgurat a bażi taċ-ċertifikati ta'esportazzjoni maħruġa għall-perjodi referenzjali li hemm ipprovdut għalihom hemm u applikabbli għall-prodotti konċernati. Fejn jidħol il-qbil ma' l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-Ftehim dwar l-Agrikoltura, it-tmiem ta' perjodu referenzjali ma jkunx jaffettwa l-validita ta' liċenza ta'esportazzjoni.

4.  Ir-regoli dettaljati li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jipprovdu għall-kwoti annwali, mnaqqsa kif imiss matul is-sena, jekk ikun hemm bżonn u fejn suppost għal:

(a) garanziji li jkopru n-natura, l-provenjenza u l-oriġini tal-prodott;

(b) għarfien tad-dokumenti wżati għall-verifika tal-garanziji li hemm riferenza għalihom f'(a); u

(ċ) kondizzjonijiet taħt liema l-liċenzi ta'importazzjoni jinħarġu u t-terminu tal-validita tagħhom.

L-Artikolu 5

Fejn il-prezzijiet fis-suq tal-Komunità jogħlew sinifikattivament u fejn dik is-sitwazzjoni hemm ċans li tkompli, u b‘hekk tiddisturba jew thedded li tiddisturba dak is-suq, miżuri xierqa jistgħu jittieħdu.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43 tat-Trattat, jaddotta regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

▼B

L-Artikolu 6

Fil-każ tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1, jistgħu jiġu addottati l-istandards tal-marketing li, salve għall-ħtieġa li jitqiesu l-karatteristiċi ta’ dawn il-prodotti, għandhom ikunu jikkorrispondu ghall-istandards tal-marketing previsti fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75 għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(b) ta’ dak ir-Regolament. Bmod partikolari l-istandards jistgħu jkunu relatati ma’ l-għażla skond il-kwalità, l-ippakkjar, il-ħażna, it-trasport, il-preżentazzjoni u l-immarkar.

L-istandards, l-għan tagħhom u r-regoli għall-applikazzjoni tagħhom għandhom jiġu addottati mill-Kunsill waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mressqa mill-Kummissjoni.

▼M2

L-Artikolu 7

1.  Safejn hu meħtieġ għall-ħidma tajba ta‘ l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd u dan ir-Regolament, il-Kunsill, b'aġir fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura ta' votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jista' f'każi speċjali jipprojbixxi fit-total jew f'parti l-użu ta'arranġamenti ta'proċessar intern u fejn jidħlu l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 li huma ntiżi għall-manifattura tal-prodotti mniżżla f'dak l-Artikolu.

2.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1 tinqala' b'urġenza eċċezzjonali u s-suq tal-Komunità jkun disturbat jew jista' jkun iddisturbat minn arranġament ta' proċessar intern, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi fuq miżuri meħtieġa; l-Kunsill u l-Istati Membri jkun mgħarrfa b'tali miżuri, li jkunu validi għal mhux aktar minn sitt xhur u jkunu applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi t-talba.

3.  Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunklwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jikkonferma, jemenda jew iwarrab id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni titqies li ġiet imwarrba.

L-Artikolu 8

1.  Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni.

2.  Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew f'dispożizzjonijiet li joħorġu minnu, dan li ġej ikun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita;

— li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali,

— l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett.

▼B

L-Artikolu 9

Il-prodotti speċifikati fl-Artikolu 1 li jkunu mmanifatturati jew miġjuba minn prodotti li għalihom ma jgħoddux l-Artikoli 9(2) u 10(1) tat-Trattat ma jistgħux ikunu aċċettati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità.

L-Artikolu 10

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jgħarrfu lil xulxin dwar informazzjoni neċessarja għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għandhom jiġu addottati regoli għall-komunikazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ din l-informazzjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75.

L-Artikolu 11

1.  Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 170/67/KEE ( 3 ) tas-27 ta’ Ġunju 1967 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ ta’ l-ovalbumin u l-lactalbumin u li jirrevoka r-Regolament Nru 48/67/KEE, emendat minn Regolament (KEE) Nru 1081/71 ( 4 ) qiegħed hawnhekk jitħassar.

2.  Ir-referenzi għar-Regolament imħassar mill-paragrafu 1 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Ir-referenzi għall-Artikoli ta’ dan ir-Regolament għandhom jinqraw skond il-korrelazzjoni mogħtija fl-Anness.

L-Artikolu 12

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




L-ANNESS

Il-Korrelazzjoni



Ir-Regolament Nru 170/67/KEE

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 5a

L-Artikolu 6

L-Artikolu 6

L-Artikolu 7

L-Artikolu 7

L-Artikolu 8

L-Artikolu 8(2)

L-Artikolu 9

L-Artikolu 9

L-Artikolu 10



( 1 ) ĠU C 128, tad-9.6.1975, p. 39.

( 2 ) ĠU L 282, ta’L-1.11.1975, p. 49.

( 3 ) ĠU 130, tat-28.6.1967, p. 2596/67.

( 4 ) ĠU L 116, tat-28.5.1971, p. 9.