31989D0333



Official Journal L 136 , 19/05/1989 P. 0021 - 0021
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 15 P. 0091
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 15 P. 0091


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-13 ta' Marzu 1989

dwar il-konklużjoni tat-Tieni Protokoll Addizzjonali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera wara l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża mal-Komunità

(89/333/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u b'mod partikolari Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,

Billi, taħt ir-Regolament (KEE) Nru 839/88 [1], il-ġbir tad-dazji applikabbli mill-Komunità ta' l-Għaxra għal ċerti prodotti importati minn Spanja u l-Portugall kien sospiż totalment hekk kif niżlu għal-livell ta' 2 % jew anqas;

Billi hemm il-ħtieġa li jkun konkluż it-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera [2], iffirmat fi Brussel fit-22 ta' Lulju 1972, sabiex jipprovdi għat-tneħħija totali tad-dazji fuq il-prodotti koperti mill-Ftehim importati lejn l-Isvizzera minn Spanja, meta l-istess dazji niżlu għal 2 % jew anqas,

IDDEĊIEDA LI:

Artikolu 1

It-Tieni Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera wara l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża mal-Komunità huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Protokoll huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti l-avviż li hemm provdut f'Artikolu 3 tal-Protokoll [3].

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussell, fit-13 ta' Marzu 1989.

Għall-Kunsill

Il-President

C. Solchaga Catalan

[1] ĠU L 87, tal-31.3.1988, p. 1.

[2] ĠU L 300, tal-31.12.1972, p. 189.

[3] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------