32000D0333



Official Journal L 114 , 13/05/2000 P. 0042 - 0043


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-25 ta’ April 2000

li tistabilixxi kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini li joriġinaw fir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam

(notifikata taħt dokument numru K(2000) 1054)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2000/333/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/492/EEC tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ molluski bivalvi [1], kif l-aħħar emendata minn Direttiva 97/79/KE [2] u b’ mod partikolari l-Artikolu 9(3) (b) tagħha,

Billi:

(1) Espert tal-Kummissjoni mexxa vista ta’ spezzjoni lir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam biex jivverifika l-kondizzjonijiet li taħthom l-prodotti tas-sajd huma prodotti, maħżuna u mibġħuta lejn il-Komunità.

(2) Id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam jagħmlu ċ-Ċentru Nazzjonali ta’ Ispezzjoni tal-Ħut u Assigurazzjoni ta’ Kwalità (Nafiqacen) responsabbli għall-ispezzjonar tas-saħħa ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini u għas-sorveljanza tal-kondizzjonijiet ta’ iġene u saħħa ta’ produzzjoni. L-istess leġislazzjoni tagħti l-poter lil Nafiqacten biex jawtorizza jew jipprojbixxi l-ħsad ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini minn ċertu żoni.

(3) Nafiqacen u l-laboratorji tiegħu huma kapaċi li effettivament jivverifikaw l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ fir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam.

(4) L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam ikkommettew ruħhom li jikkomunikaw regolament u malajr lill-Kummissjoni data fuq il-presenza ta’ planktu li jikkontjeni tossini fiż-żoni tal-ħsad.

(5) L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam ipprovdew assigurazzjonijiet uffiċjali konformità mal-ħtiġijiet speċifikati f’Kapitolu V ta’ l-Anness għal Direttiva 91/429/KEE u bil-ħtiġijiet ekwivalenti għal dawk preskritti f’dik id- Direttiva għall-klassifikazzjoni ta’ żoni ta’ produzzjoni u ċaqlieq, approvazzjoni ta’ dispaċċ u ċentri ta’ purifikazzjoni u kontroll tas-saħħa publika u sorveljanza ta’ produzzjoni.

(6) Ir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam hi eliġibbli għal inklużjoni fil-lista ta’ pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta’ ekwivalenza msemmija fl-Artikolu 9(3)(a) ta’ Direttiva 91/492/KEE.

(7) Ir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam tixtieq li tesporta lejn il-Komunità molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini ffriżati jew ipproċessati li kienu ġew sterilizzati jew ittrattati skond il-ħtiġijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/25/KEE [3], kif emendata minn Deċiżjoni 97/275/KE [4]. Għal dan il-għan, iż-żoni ta’ produzzjoni li minnhom molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini jistgħu jiġu maħsuda u esportati lejn il-Komunità għandhom jiġu denominati.

(8) Il-kondizzjonijiet speċjali ta’ importazzjoni għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal deċiżjonijiet meħuda skond Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ annimali ta’ l-akwakultura u prodotti [5], kif l-aħħar emendata minn Direttiva 95/22/KE [6].

(9) Il-miżuri provvduti għalihom f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Iċ-Ċentru Nazzjonali ta’ l-Ispezzjoni tal-Ħut u Assigurazzjoni ta’ Kwalità (Nafiqacen) tal-Minsteru tas-Sajd għandu ikun l-awtorità kompetenti fir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam għall-ivverifikar u ċ-ċertifikazzjoni li molluski bivalvi, ekinodermi u gastropodi marini jissodisfaw il-ħtiġiijiet ta’ Direttiva 91/492/KEE.

L-Artikolu 2

Molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi marini li joriġinaw fir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam u intiżi għall-konsum uman jridu jorrġinaw fiż-żoni ta’ produzzjoni awtoriżżati elenkati fl-Anness għal dan.

L-Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 25 ta’ April 2000.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, tad-29.4.1998, p. 1.

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

[3] ĠU L 16, tal-25.1.1993, p. 22.

[4] ĠU L 108, tal-25.4.1997, p. 52.

[5] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 1.

[6] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Numru: | Isem |

01 | TAN THANH |

02 | BINH DAI |

03 | BA MUM |

04 | AN THUY |

05 | CON TRAU |

--------------------------------------------------