European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/4916

21.9.2026

Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)

(C/2026/4916)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)

“Prosciutto di Sauris”

Numru ta’ Ref. tal-UE: PGI-IT-0512-AM01 — 23.6.2026

1.   Isem il-prodott

“Prosciutto di Sauris”

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☐

DOP

☑

IĠP

3.   Settur

☑

Prodotti agrikoli

☐

Inbejjed

☐

Xarbiet spiritużi

4.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika

L-Italja

5.   Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard

Isem

Il-Ministeru għall-Agrikoltura, għas-Sovranità tal-Ikel u għall-Forestrija- id-Dipartiment għas-Sovranità tal-Ikel u għall-Isports Ekwestri

6.   Kwalifika bħala emenda standard

L-emendi għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-IĠP “Prosciutto di Sauris” ma humiex emendi tal-Unjoni peress li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143, jiġifieri:

—

ma jinkludux bidla fl-isem jew fl-użu tal-isem;

—

ma jirriskjawx li jxejnu r-rabta maż-żona ġeografika msemmija fid-dokument uniku; u

—

ma jinvolvux restrizzjonijiet ulterjuri fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

7.   Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i

Titolu

Emenda tal-Artikolu 2

Deskrizzjoni

Emenda 1

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, il-paragrafu 1, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.2 tad-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda żżid il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni għall-“Prosciutto di Sauris” minn “għaxar xhur” għal “400 jum”.

Raġuni: Il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni jeħtieġ li jiżdied f’konformità mal-piż dejjem jiżdied tal-karkassi tal-ħnieżer u tal-koxox friski tal-majjal użati għall-produzzjoni tal-“Prosciutto di Sauris” sabiex jiġi żgurat li l-koxox tal-majjal jitnixxfu u jimmaturaw kif suppost sabiex jinkisbu l-karatteristiċi tal-prodott. B’mod partikolari, l-użu ta’ dieti bbilanċjati jiffavorixxi l-iżvilupp tal-muskoli b’konsegwenza ta’ żieda fil-piż tal-ħnieżer li minnhom jittieħdu l-koxox għall-produzzjoni tal-“Prosciutto di Sauris”.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 2

Deskrizzjoni

Emenda 2

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2.3 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.2 tad-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda żżid il-piż minimu tal-“Prosciutto di Sauris” minn 7,5 kg għal 8,0 kg fi tmiem il-perjodu ta’ maturazzjoni.

Raġuni: L-emenda hija meħtieġa minħabba ż-żieda fil-piż tal-ħnieżer u, għalhekk, tal-koxox friski tal-majjal użati għall-produzzjoni tal-“Prosciutto di Sauris”. L-użu ta’ dieti bbilanċjati jiffavorixxi l-iżvilupp tal-muskoli b’konsegwenza ta’ żieda fil-piż tal-ħnieżer li minnhom jittieħdu l-koxox għall-produzzjoni tal-“Prosciutto di Sauris”.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 2

Deskrizzjoni

Emenda 3

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2.6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.2 tad-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tiddikjara li l-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi tal-“Prosciutto di Sauris” iridu jiġu “determinati abbażi tal-biceps femoris”.

Raġuni: L-emenda hija meħtieġa sabiex tiċċara b’mod inekwivoku l-parti speċifika tal-prodott li fiha għandhom jiġu ddeterminati l-karatteristiċi tal-“Prosciutto di Sauris”, u dan jiffaċilita wkoll il-verifiki tal-parametri stabbiliti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 2

Deskrizzjoni

Emenda 4

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2.6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.2 tad-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda żżid il-kontenut massimu ta’ ndewwa minn inqas minn 64 % għal inqas minn 65 %, u żżid kontenut minimu ta’ ndewwa ta’ aktar minn 57 %, filwaqt li tispeċifika li l-perċentwal jirreferi għall-massa tal-porzjon tat-test.

Raġuni: L-emenda tistabbilixxi preċiżament il-medda aċċettabbli tal-kontenut ta’ ndewwa għall-“Prosciutto di Sauris”, inkluż għal skopijiet ta’ kontroll. Iż-żieda tal-valur minimu ta’ 57 % tiżgura kundizzjonijiet ta’ produzzjoni uniformi, u tevita s-sitwazzjoni fejn il-“Prosciutto di Sauris”, minħabba kontenut baxx ta’ ndewwa, jinxef b’mod eċċessiv, u b’hekk jibdel il-karatteristiċi organolettiċi msemmija fl-Artikolu 2.2, 2.4 u 2.5.

Iż-żieda fil-valur massimu minn 64 % għal 65 % għandha l-għan li ttejjeb il-kwalitajiet organolettiċi tal-“Prosciutto di Sauris”, filwaqt li tqis ukoll it-tnaqqis fil-kontenut tal-melħ (klorur tas-sodju) f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet nutrizzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (fost oħrajn), li tirrakkomanda dieta b’livell baxx ta’ melħ.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 2

Deskrizzjoni

Emenda 5

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2.6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.2 tad-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tissostitwixxi l-parametru tal-proporzjon ta’ “melħ (kloridi)” għal “indewwa” bil-parametru tal-perċentwal ta’ melħ meta mqabbel mal-massa tal-prodott lest, filwaqt li tispeċifika li l-ingredjent inkwistjoni huwa “klorur tas-sodju” u li l-perċentwal jirreferi għall-massa tal-porzjon tat-test.

Raġuni: L-użu ta’ perċentwal ta’ melħ (klorur tas-sodju) jippermetti preċiżjoni akbar fid-determinazzjoni tal-kontenut tal-melħ, meta mqabbel mal-proporzjon meħtieġ qabel bejn il-melħ (kloridi) u l-indewwa.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 2

Deskrizzjoni

Emenda 6

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2.6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.2 tad-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tissostitwixxi l-“perċentwal tal-kompożizzjoni” ta’ akbar minn 7,2 u inqas minn 11,2 b’perċentwali ta’ melħ akbar minn 4,5 u inqas minn 6,2, filwaqt li tispeċifika li l-perċentwal jirreferi għall-massa tal-porzjon ittestjat.

Raġuni: L-emenda tidentifika b’mod preċiż il-medda perċentwali f’termini tal-ammont ta’ melħ (definit bħala klorur tas-sodju) li jrid ikun preżenti fil-prodott finali fil-mument meta dan jiġi rilaxxat għall-konsum. Il-valuri miżjuda jikkorrispondu għall-kwantitajiet ta’ melħ fil-“Prosciutto di Sauris”, li jikkontribwixxu għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet organolettiċi tal-prodott, kif indikat fl-Artikolu 2.2, 2.4 u 2.5. Il-perċentwal tal-kontenut ta’ melħ (klorur tas-sodju) fil-prodott lest huwa f’konformità kemm mal-karatteristiċi previsti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott kif ukoll mar-rakkomandazzjonijiet nutrizzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, fost korpi oħra, li l-kontenut tal-melħ fid-dieti tagħna għandu jitnaqqas.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 2

Deskrizzjoni

Emenda 7

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2.6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.2 tad-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tissostitwixxi l-parametru relatat mal-proteina b’parametru relatat mal-indiċi tal-proteoliżi f’medda ta’ aktar minn 24 % u inqas minn 31 %, fejn tispeċifika li l-perċentwal tal-kompożizzjoni għandu jiġi espress f’termini ta’ nitroġenu solubbli fl-aċidu trikloroaċetiku (TCA) bħala perċentwal tan-nitroġenu totali.

Raġuni: L-emenda hija meħtieġa għaliex l-indiċi tal-proteoliżi jikkorrelata mal-maturazzjoni u l-kwalità tal-proċess ta’ maturazzjoni tal-koxox tal-majjal, id-differenza fil-kontenut tal-proteina, li tista’ tvarja wkoll bħala riżultat ta’ fatturi oħra għajr il-maturazzjoni, u l-kwalità tal-maturazzjoni tal-koxox tal-majjal, bħad-dieta u l-kompożizzjoni ġenetika tal-ħnieżer. Il-medda aċċettabbli għall-indiċi tal-proteoliżi tiggarantixxi l-konsistenza soda u elastika li tikkaratterizza l-“Prosciutto di Sauris”, kif stabbilit fl-Artikolu 2.2 tal-ispeċifikazzjoni.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 2

Deskrizzjoni

Emenda 8

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2.6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.2 tad-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda żżid il-karatteristika fiżikakimika tal-attività tal-ilma li ma taqbiżx 0,930 fil-“Prosciutto di Sauris”.

Raġuni: Iż-żieda tar-rekwiżit relatat mal-“attività tal-ilma” tippermetti li ssir valutazzjoni tal-ilma “mhux marbut” preżenti fil-prodott, jiġifieri ilma f’kundizzjonijiet li jistgħu jwasslu għal deterjorament, bħal reazzjonijiet kimiċi mhux mixtieqa, inklużi l-ossidazzjoni tal-lipidi u t-tkabbir eċċessiv ta’ mikroorganiżmi patoġeniċi. L-emenda tgħin biex tiżgura li l-koxox tal-majjal jimmaturaw b’mod korrett u uniformi.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 2

Deskrizzjoni

Emenda 9

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2.7 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tneħħi l-ewwel inċiż tal-paragrafu 2.7 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Raġuni: It-tneħħija ta’ dan l-inċiż hija meħtieġa peress li l-emenda tal-karatteristiċi kimiċi u fiżiċi – il-melħ, l-umdità, il-proteoliżi u l-attività tal-ilma – fil-paragrafu 2.6 tal-ispeċifikazzjoni tagħmel il-kontenut tal-inċiż li għandu jitneħħa żejjed. [Ara l-emendi 4, 5, 6, 7 u 8]

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 10

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 1 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tispeċifika l-oriġini ġenetika tal-materja prima, filwaqt li tindika l-kombinamenti ġenetiċi kollha possibbli aċċettati għall-annimali għat-tnissil kemm maskili kif ukoll femminili.

Raġuni: L-emenda tiċċara l-kombinamenti permessi ta’ inkroċjar tar-razez. Il-valutazzjoni tar-razza u tat-tip ġenetiku taż-żewġ annimali għat-tnissil hija importanti għaż-żamma tal-karatteristiċi tal-ħnieżer ta’ piż tqil, b’mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà mat-tliet razez ta’ referenza fil-Ktieb tal-Merħla Taljana maħsuba għall-produzzjoni tal-ħnieżer ta’ piż tqil.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 11

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 1 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal tabella li tispjega r-rekwiżiti ġenetiċi għall-ħnieżer, li turi l-kombinamenti permessi u dawk mhux permessi.

Raġuni: L-inklużjoni tat-tabella tipprovdi aktar ċarezza fid-definizzjoni tal-uniċi kombinamenti possibbli ta’ inkroċjar ġenetiku.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 12

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 1 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal referenza għal-lista tat-tipi ġenetiċi approvati mill-Ministeru għall-Agrikoltura, għas-Sovranità tal-Ikel u għall-Forestrija.

Raġuni: Ir-referenza għall-pubblikazzjoni tal-lista u l-aġġornament tagħha tagħmilha possibbli li l-katina tal-prodott tiġi mmonitorjata b’mod aktar effettiv.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 13

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 1 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tneħħi l-projbizzjoni espliċita fuq l-użu ta’ annimali ta’ razza pura tar-razez Belgian Landrace, Hampshire, Pietrain, Duroc u Spotted Poland.

Raġuni: L-emenda hija xierqa peress li l-projbizzjoni fuq l-użu ta’ dawk ir-razez hija evidenti b’mod ċar mill-formulazzjoni mill-ġdid tal-karatteristiċi ġenetiċi permessi, inkluż mit-tabella.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 14

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 1, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.2 tad-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tissostitwixxi l-kriterju tal-piż ħaj medju għal kull lott ta’ 160 kg, biż-żieda jew bit-tnaqqis ta’ 10 % (jiġifieri bejn 144 kg u 176 kg) b’piż għal karkassa ta’ ħanżir individwali ta’ bejn 110,1 kg u 180,0 kg.

Raġuni: L-eliminazzjoni tal-piż ħaj u l-inklużjoni tal-kriterju tal-piż tal-karkassa individwali jippermettu verifika aktar preċiża tar-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà għal kull ħanżir skarnat, peress li huwa metodu aktar trasparenti, akkurat, immirat u ġeneralment aħjar. Iż-żieda fil-piż tal-ħanżir hija marbuta max-xejra kurrenti fit-trobbija tal-ħnieżer li tirriżulta minn titjib fil-ġenetika, fil-benesseri tal-annimali u fin-nutrizzjoni.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 15

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 1, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.2 tad-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tissostitwixxi r-referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 3220/84, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/468/KE tat-8 ta’ Ġunju 2001 u d-Digriet Ministerjali tal-11 ta’ Lulju 2002 b’referenza għal-leġiżlazzjoni fis-seħħ tal-Unjoni Ewropea.

Raġuni: Ir-referenzi li tneħħew jikkonċernaw leġiżlazzjoni li ma għadhiex fis-seħħ, jiġifieri li l-emenda hija meħtieġa u ġġib it-test konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-ħnieżer fis-seħħ.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 16

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 1, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.2 tad-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tissostitwixxi l-espressjoni “li taqa’ bħala medja fi ħdan il-klassijiet ċentrali” b’referenza għall-klassijiet “U”, “R” u “O” tal-iskala għall-klassifikazzjoni kummerċjali tal-karkassi tal-ħnieżer.

Raġuni: L-emenda hija meħtieġa sabiex jiġu ddikjarati b’mod aktar preċiż, għall-benefiċċju tal-operaturi u s-sistema ta’ kontroll, il-klassijiet li għalihom iridu jappartjenu l-karkassi sabiex jipprovdu l-materja prima għall-“Prosciutto di Sauris”.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 17

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 1 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal dispożizzjoni li biha d-data dwar il-piż u l-klassifikazzjoni dwar il-karkassi individwali trid tiġi rreġistrata fil-ħin tal-iskarnar.

Raġuni: L-emenda tiċċara b’mod preċiż il-mument li fih il-piż u l-klassifikazzjoni jridu jiġu rreġistrati sabiex jiġu ffaċilitati l-verifiki assoċjati.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 18

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 1, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.2 tad-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tgħolli l-piż minimu tal-koxxa friska tal-majjal minn 11 kg għal 12 kg.

Raġuni: L-emenda hija meħtieġa minħabba ż-żieda fil-piż tal-ħnieżer imrobbija u l-karkassi tagħhom, marbuta max-xejra kurrenti fit-trobbija tal-ħnieżer li tirriżulta minn titjib fil-ġenetika, fil-benesseri tal-annimali u fin-nutrizzjoni.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 19

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 1, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.2 tad-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal piż massimu ta’ 17 kg ta’ koxxa friska tal-majjal għall-produzzjoni tal-“Prosciutto di Sauris”.

Raġuni: Ir-raġuni għal din l-emenda hija l-ħtieġa li jiġi stabbilit piż massimu għall-koxox friski tal-majjal sabiex jinkiseb il-perżut bil-mod tradizzjonali, f’konformità mat-tkabbir normali, l-iżvilupp korrett u l-kwalità tajba tal-karkassi tal-ħnieżer użati għall-produzzjoni tal-“Prosciutto di Sauris”.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 20

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 1 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda żżid il-limitu ta’ żmien li fih il-koxox friski tal-majjal għall-produzzjoni tal-“Prosciutto di Sauris” iridu jitwasslu lill-proċessur minn 3 għal 5 ijiem, li jibdew minn nofsillejl fil-jum tal-iskarnar.

Raġuni: L-emenda hija meħtieġa minħabba r-rekwiżiti loġistiċi assoċjati maż-żona tal-produzzjoni, li hija żona muntanjuża li ma hijiex faċilment aċċessibbli. Din tikkunsidra t-titjib fl-effiċjenza tal-unitajiet ta’ refriġerazzjoni fil-biċċeriji u l-mezzi tat-trasport li jippermettu li tinżamm it-temperatura korretta u uniformi għall-istadju tal-produzzjoni li jmiss, jiġifieri t-tmelliħ inizjali.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 21

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda żżid il-limitu ta’ żmien li fih il-koxox friski tal-majjal iridu jiġu pproċessati minn “sal-għada tal-kunsinna” għal “fi żmien 6 ijiem mill-iskarnar”.

Raġuni: L-emenda tippermetti lill-proċessuri jaħdmu b’mod aktar effettiv, iffaċilitati minn unitajiet ta’ refriġerazzjoni aktar effiċjenti, u tiċċara l-limitu ta’ żmien sa meta l-koxox tal-majjal iridu jiġu pproċessati wara l-iskarnar, f’koordinazzjoni maż-żieda fl-għadd ta’ jiem sa meta l-koxox tal-majjal iridu jitwasslu fl-impjant tal-ipproċessar. [Ara l-emenda 20]

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 22

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tnaqqas it-temperatura massima ta’ refriġerazzjoni minn “+7 °C” għal “+5 °C”.

Raġuni: L-emenda hija meħtieġa għaliex it-tnaqqis tat-temperatura massima fil-kamra għar-refriġerazzjoni jippermetti kontroll aħjar tat-tkabbir tal-mikrobi fil-materja prima.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 23

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 2, punt 2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tnaqqas l-umdità minima fil-kamra għar-refriġerazzjoni minn 75 % għal 65 %.

Raġuni: It-tnaqqis tal-valur minimu ta’ umdità huwa marbut mal-perjodu minimu ta’ maturazzjoni, issa stabbilit għal 400 jum, maż-żieda fil-piż tal-ħnieżer u, għalhekk, ukoll tal-koxox friski tal-majjal maħsuba għall-produzzjoni tal-“Prosciutto di Sauris”; dawn l-aspetti jirrikjedu l-għażla li l-koxox tal-majjal jinżammu f’ambjenti inqas umdi sabiex inixxfuhom sew waqt il-maturazzjoni.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 24

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 3, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.6 tad-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda żżid il-kliem “u/jew metodu ta’ identifikazzjoni alternattiv jew ta’ sostituzzjoni” mat-titolu tat-taqsima 3 tal-Artikolu 5 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Raġuni: L-emenda hija meħtieġa għaliex il-punt 1 tat-taqsima jipprevedi l-użu possibbli ta’ metodi minflok it-timbru tal-linka li ma titħassarx jew it-timbru li jaħraq jew flimkien magħhom fil-bidu tal-ipproċessar biex jipprovdu indikazzjoni tal-biċċerija tal-oriġini.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 25

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, it-taqsima 3, il-punt 1, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.6 tad-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tipprevedi l-użu possibbli ta’ metodi minflok il-linka li ma titħassarx jew it-timbru li jaħraq jew flimkien magħhom fil-bidu tal-ipproċessar biex jipprovdu indikazzjoni tal-biċċerija tal-oriġini.

Raġuni: L-użu ta’ metodi li jissostitwixxu l-linka li ma titħassarx jew it-timbru li jaħraq jew flimkien magħhom imwaħħla mill-biċċerija jippermetti wkoll għodod oħra ta’ trekkjar u ta’ traċċar, f’konformità mal-iżviluppi teknoloġiċi.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 26

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 4, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.6 tad-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda żżid il-kliem “u/jew metodu ta’ identifikazzjoni alternattiv jew ta’ sostituzzjoni” mat-titolu tat-taqsima 4 tal-Artikolu 5 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Raġuni: L-emenda hija meħtieġa għaliex il-paragrafu 3 tal-Artikolu 5 jipprevedi l-użu possibbli ta’ metodi minflok il-linka li ma titħassarx jew it-timbru li jaħraq jew flimkien magħhom fil-bidu tal-ipproċessar biex tiġi pprovduta indikazzjoni tal-biċċerija tal-oriġini.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 27

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 4, il-punt 2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tnaqqas l-umdità relattiva minima fl-istadju ta’ serħan minn qabel minn 50 % għal 45 %.

Raġuni: It-tnaqqis tal-umdità minima fil-kmamar għar-refriġerazzjoni fil-fażi ta’ serħan minn qabel huwa marbut mal-perjodu minimu ta’ maturazzjoni, issa stabbilit għal 400 jum, maż-żieda fil-piż tal-ħnieżer u, għalhekk, ukoll tal-koxox friski tal-majjal maħsuba għall-produzzjoni tal-“Prosciutto di Sauris”; dawn l-aspetti jirrikjedu l-possibbiltà li l-koxox tal-majjal jinżammu f’ambjenti inqas umdi sabiex jiġi ottimizzat il-proċess tat-tnixxif filwaqt li l-karatteristiċi tal-“Prosciutto di Sauris” jinżammu l-istess.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 28

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 4, il-punt 3 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tnaqqas l-umdità relattiva minima fl-istadju ta’ serħan minn 50 % għal 45 %.

Raġuni: It-tnaqqis tal-umdità minima fil-kmamar għar-refriġerazzjoni fil-fażi tas-serħan huwa marbut mal-perjodu minimu ta’ maturazzjoni, issa stabbilit għal 400 jum, maż-żieda fil-piż tal-ħnieżer u, għalhekk, ukoll tal-koxox friski tal-majjal maħsuba għall-produzzjoni tal-“Prosciutto di Sauris”; dawn l-aspetti jirrikjedu l-possibbiltà li l-koxox tal-majjal jinżammu f’ambjenti inqas umdi sabiex jiġi ottimizzat il-proċess tat-tnixxif filwaqt li l-karatteristiċi tal-“Prosciutto di Sauris” jinżammu l-istess.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 29

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 4, il-punt 3 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda żżid l-għażla li l-koxox tal-majjal jinħaslu qabel tmiem l-istadju tas-serħan, f’każ li jseħħu formazzjonijiet tal-wiċċ waqt it-tmelliħ u bħala riżultat ta’ pproċessar sussegwenti biex jiġi deidratat il-laħam.

Raġuni: L-emenda hija meħtieġa biex tiġi żgurata l-proċedura korretta f’termini tal-fażijiet tal-produzzjoni tal-“Prosciutto di Sauris”; il-possibbiltà ta’ ħasil għandha l-għan li tipprevjeni l-formazzjoni ta’ żoni li huma niexfa b’mod irregolari jew niedja eċċessivament minħabba formazzjonijiet tal-wiċċ, sabiex tiffavorixxi l-omoġeneità tal-maturazzjoni permezz ta’ deidrazzjoni interna u maturazzjoni xierqa tal-koxox tal-majjal, inkluż għall-finijiet tal-kisba tal-karatteristiċi stabbiliti fl-Artikolu 2.2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 30

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 4, il-punt 4 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tgħolli t-temperatura massima tal-kamra tal-affumikar minn 20 °C għal 22 °C.

Raġuni: Dan jippermetti ottimizzazzjoni tal-operazzjoni tal-affumikar ibbażata fuq valutazzjoni bir-reqqa tal-prodott mill-proċessuri.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 31

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 4, il-punt 5 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda żżid it-temperatura massima minn 20 sa 22 °C fil-kmamar tat-tnixxif.

Raġuni: Dan jippermetti ottimizzazzjoni tal-operazzjoni tat-tnixxif, li tippermetti t-tnixxif korrett tal-laħam, ibbażat fuq valutazzjoni bir-reqqa tal-prodott mill-proċessuri.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 32

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 4, il-punt 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tnaqqas il-perċentwal minimu ta’ xaħam tal-ħanżir fit-taħlita użata biex tinħoloq il-kisja minn 60 % għal 48 %.

Raġuni: L-emenda hija meħtieġa sabiex il-kompożizzjoni tat-taħlita użata għall-kisja tiġi adattata aħjar għall-karatteristiċi tax-xaħam tal-ħanżir fil-ħolqien ta’ taħlita mmirata għall-operazzjoni ta’ proċessar.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 33

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 4, il-punt 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda żżid il-perċentwal massimu tad-dqiq taċ-ċereali fit-taħlita użata biex tinħoloq il-kisja minn 25 % għal 50 %.

Raġuni: L-emenda hija meħtieġa sabiex il-kompożizzjoni tat-taħlita użata għall-qoxra tiġi adattata aħjar għall-użu prevalenti tad-dqiq tar-ross mill-proċessuri; dan jippermetti lill-proċessuri jadattaw it-taħlita għar-rekwiżiti operazzjonali meħtieġa minħabba n-natura kompatta tad-dqiq tar-ross.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 34

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 4, il-punt 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda żżid il-perċentwal massimu ta’ melħ li jista’ jintuża fit-taħlita għall-kisi minn 1 għal 2 %.

Raġuni: Iż-żieda fil-perċentwal ta’ melħ li jista’ jintuża hija maħsuba biex tiżgura kontroll mikrobijoloġiku aħjar, filwaqt li jiġu evitati bidliet superfiċjali u xquq fil-kisi, sabiex jiġi żgurat li dan idum aktar.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 35

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 4, il-punt 6(b) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tgħid li l-ħasil huwa fakultattiv u ma għadux obbligatorju.

Raġuni: L-emenda hija xierqa biex il-proċessur ikun jista’ jivvaluta l-ħtieġa li jinħasel il-prodott abbażi tal-kundizzjoni tal-koxox tal-majjal, peress li, jekk ikunu diġà niedja biżżejjed, il-ħasil jista’ jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ moffa li tagħmel il-ħsara.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 36

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 4, il-punt 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tnaqqas il-perċentwal minimu ta’ xaħam tal-ħanżir fit-taħlita użata għall-istadju tal-applikazzjoni tax-xaħam minn 60 % għal 48 %.

Raġuni: L-emenda hija meħtieġa sabiex il-kompożizzjoni tat-taħlita użata għall-applikazzjoni tax-xaħam tiġi adattata aħjar għall-karatteristiċi tax-xaħam tal-ħanżir fil-ħolqien ta’ taħlita mmirata għall-operazzjoni tal-ipproċessar.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 37

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 4, il-punt 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda żżid il-perċentwal massimu tad-dqiq taċ-ċereali fit-taħlita użata għall-applikazzjoni tax-xaħam minn 30 % għal 50 %.

Raġuni: L-emenda hija meħtieġa sabiex il-kompożizzjoni tat-taħlita użata għall-applikazzjoni tax-xaħam tiġi adattata aħjar għall-użu prevalenti tad-dqiq tar-ross mill-proċessuri; dan jippermetti lill-proċessuri biex jadattaw l-istruttura tat-taħlita għar-rekwiżiti operazzjonali meħtieġa minħabba n-natura kompatta tad-dqiq tar-ross.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 38

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 4, il-punt 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda żżid il-perċentwal massimu ta’ melħ li jista’ jintuża fit-taħlita minn 1 għal 2 %.

Raġuni: Iż-żieda fil-perċentwal ta’ melħ li jista’ jintuża hija maħsuba biex tiżgura kontroll mikrobijoloġiku aħjar, filwaqt li jiġu evitati bidliet superfiċjali, sabiex jiġi żgurat li jdum aktar matul il-perjodu ta’ maturazzjoni, anke f’ambjenti umdi.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 39

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 4, il-punt 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tneħħi d-dispożizzjoni li tistipula li, wara l-applikazzjoni tax-xaħam, il-perżut għandu jerġa’ jitħalla jimmatura.

Raġuni: Din it-tneħħija hija meħtieġa sabiex jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5, il-paragrafu 4, il-punt 6(c) dwar l-użu ta’ xaħam tal-ħanżir waqt il-maturazzjoni u biex ikun possibbli li jiġi applikat ix-xaħam fuq il-prodott għal raġunijiet estetiċi fi tmiem il-maturazzjoni u qabel ir-rilaxx tal-prodott għall-konsum.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 40

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, it-taqsima 4, il-punt 6, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.2 tad-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda żżid il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni għall-“Prosciutto di Sauris” minn “għaxar xhur” għal “400 jum”.

Raġuni: Il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni jeħtieġ li jiżdied f’konformità mal-piż dejjem jiżdied tal-karkassi tal-ħnieżer u tal-koxox friski tal-majjal użati għall-produzzjoni tal-“Prosciutto di Sauris” sabiex jiġi żgurat li l-koxox tal-majjal jitnixxfu u jimmaturaw kif suppost sabiex jinkisbu l-karatteristiċi tal-prodott. B’mod partikolari, l-użu ta’ dieti bbilanċjati jiffavorixxi l-iżvilupp tal-muskoli b’konsegwenza ta’ żieda fil-piż tal-ħnieżer li minnhom jittieħdu l-koxox għall-produzzjoni tal-“Prosciutto di Sauris”.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 41

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 4, il-punt 6, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.2 tad-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tissostitwixxi l-kriterju għall-għadd tal-perjodu minimu ta’ maturazzjoni “biż-żieda ta’ għaxar perjodi omoġenji ta’ 30 jum sal-jum tal-ewwel tmelliħ” bil-kriterju “li jibda mill-jum tal-ewwel tmelliħ”.

Raġuni: L-emenda hija meħtieġa biex tiċċara l-jum li minnu jibda l-perjodu ta’ maturazzjoni, għall-benefiċċju tal-proċessuri u l-awtoritajiet ta’ kontroll.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 42

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 5, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.6 tad-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda żżid il-kliem “u/jew metodu ta’ identifikazzjoni alternattiv jew ta’ sostituzzjoni” mat-titolu tat-taqsima 5 tal-Artikolu 5 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Raġuni: L-emenda hija meħtieġa għaliex il-punt 1 jipprevedi l-użu possibbli ta’ metodi oħra għajr il-linka li ma titħassarx jew it-timbru li jaħraq jew flimkien magħhom għal-logo tal-IĠP.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 43

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, it-taqsima 5, il-punt 1, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.6 tad-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda żżid il-possibbiltà li jintużaw metodi oħra ta’ identifikazzjoni minflok il-linka jew it-timbru li jaħraq jew flimkien magħhom għal-logo tal-IĠP.

Raġuni: L-użu ta’ metodi li jissostitwixxu t-timbru ta’ identifikazzjoni għal-logo tal-IĠP jew flimkien miegħu jippermetti wkoll għodod oħra ta’ trekkjar u traċċar, f’konformità mal-iżviluppi teknoloġiċi.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 5

Deskrizzjoni

Emenda 44

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5, il-paragrafu 5, il-punt 3 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tissostitwixxi r-referenza għall-Artikolu 8 b’referenza għall-Artikolu 7.

Raġuni: L-emenda hija purament formali u tirrigwarda l-organizzazzjoni tal-artikoli fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Ma huwiex obbligatorju li jiġu inklużi d-dettalji tal-organizzazzjoni ta’ kontroll fit-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2024/1143. [Ara wkoll l-emenda 45]

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 7

Deskrizzjoni

Emenda 45

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tneħħi d-dispożizzjoni dwar il-korp ta’ kontroll fl-Artikolu 7 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

Raġuni: Dan huwa aġġornament neċessarju biex l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tiġi konformi mal-leġiżlazzjoni kurrenti tal-UE, peress li ma għadux obbligatorju li jiġu inklużi d-dettalji tal-korp ta’ kontroll skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2024/1143. [Ara wkoll l-emenda 44]

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 8

Deskrizzjoni

Emenda 46

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tbiddel in-numerazzjoni tal-Artikolu 8 bħala l-Artikolu 7.

Raġuni: L-emenda hija meħtieġa minħabba l-istruttura l-ġdida tal-artikolu tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 8

Deskrizzjoni

Emenda 47

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-punt 1 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tissostitwixxi “8.1” b’“7.1” fin-numerazzjoni tal-punti.

Raġuni: L-emenda hija meħtieġa minħabba l-istruttura l-ġdida tal-artikolu tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 8

Deskrizzjoni

Emenda 48

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-paragrafu 2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tissostitwixxi “8.2” b’“7.2” fin-numerazzjoni tal-punti.

Raġuni: L-emenda hija meħtieġa minħabba l-istruttura l-ġdida tal-artikolu tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 8

Deskrizzjoni

Emenda 49

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-paragrafu 3 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tneħħi “8.3” mil-lista numerata.

Raġuni: il-bidla hija purament formali u tikkoreġi żball tipografiku fil-lista numerata, fejn il-kontenut tal-punt 8.3 għandu fil-fatt jiġi inkluż taħt il-punt 7.2.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 8

Deskrizzjoni

Emenda 50

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-paragrafu 4 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tissostitwixxi “8.4” b’“7.3”.

Raġuni: L-emenda hija meħtieġa minħabba l-istruttura l-ġdida tal-Artikolu 7 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 8

Deskrizzjoni

Emenda 51

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-punt 4, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.6 tad-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda teħtieġ li l-bażi tal-logo tal-IĠP fuq it-tikketti, l-imballaġġ u l-grafika tkun mill-inqas 20 mm, bi proporzjon ta’ 1,5 bejn il-bażi u l-għoli, li tissostitwixxi d-dispożizzjoni li d-daqs tal-logo tal-IĠP kellu jkun mhux inqas minn 5 % u mhux aktar minn 10 % tal-erja totali tal-wiċċ tad-disinn grafiku.

Raġuni: Il-bidla hija meħtieġa biex jiġi żgurat li d-daqs tal-logo tal-IĠP ma jfixkilx l-inklużjoni tal-informazzjoni obbligatorja l-oħra prevista fir-regoli.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 8

Deskrizzjoni

Emenda 52

- L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-punt 5 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iżda ma tikkonċernax id-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tissostitwixxi “8.5” b’“7.4”.

Raġuni: L-emenda hija meħtieġa minħabba l-istruttura l-ġdida tal-Artikolu 7 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 8

Deskrizzjoni

Emenda 53

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-punt 5, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.6 tad-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tissostitwixxi l-kliem “Simbolu Komunitarju previst fir-Regolament (KE) Nru 1726/98” b’“Simbolu tal-IĠP tal-Unjoni previst fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/26”.

Raġuni: L-emenda hija aġġornament meħtieġ biex tirrifletti r-regoli tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ, kif imsemmi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/26.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Emenda tal-Artikolu 8

Deskrizzjoni

Emenda 54

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, il-paragrafu 5, tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4.6 tad-dokument uniku.

Deskrizzjoni: L-emenda tissostitwixxi “fakulattiv” b’“obbligatorju” fir-rigward tal-preżenza tas-simbolu tal-IĠP tal-Unjoni fid-disinn grafiku.

Raġuni: L-emenda hija aġġornament meħtieġ abbażi tar-regoli tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ, kif imsemmi fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2024/1143.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

DOKUMENT UNIKU

Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli

“Prosciutto di Sauris”

Numru ta’ Ref. tal-UE: PGI-IT-0512-AM01 — 23.6.2026

1.   Isem/Ismijiet

“Prosciutto di Sauris”

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☐

DOP

☑

IĠP

3.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita

L-Italja

4.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu

4.1.   Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143

16 – PREPARATI TA’ LAĦAM, TA’ ĦUT JEW TA’ KRUSTAĊJI, MOLLUSKI JEW INVERTEBRATI AKKWATIĊI OĦRAJN, JEW TA’ INSETTI

4.2.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu li għalih japplika l-isem reġistrat

L-IĠP “Prosciutto di Sauris” huwa perżut nej immellaħ li jkun ġie affumikat u mmaturat għal mill-inqas 400 jum, li jibdew mill-jum tal-ewwel tmelliħ. Fi tmiem il-perjodu ta’ maturazzjoni, il-“Prosciutto di Sauris” jiġi ppreżentat sħiħ, bl-għadam iżda mingħajr is-sieq. Il-qoxra għandha kulur uniformi tad-deheb lewn il-ġewż, b’toni oranġjo. Il-parti dgħif viżibbli hija ta’ kulur aħmar skur. Il-konsistenza hija soda u elastika, inkluż fis-sezzjoni vertikali tal-qatgħa. L-IĠP “Prosciutto di Sauris” sħiħ bl-għadam jiżen mill-inqas 8 kg, u l-laħam dgħif ikun aħmar li jagħti fir-roża meta jinqata’. Ix-xaħam huwa abjad pur jew abjad li jagħti fir-roża. Ir-riħa hija delikata u t-togħma hija ħelwa, bi ħjiel ta’ duħħan.

Meta jiġi rilaxxat għall-konsum, il-prodott għandu l-karatteristiċi fiżikokimiċi li ġejjin, determinati minn laħam meħud mill-biceps femoris:

—

para. kontenut ta’ ndewwa: aktar minn 57 % u inqas minn 65 % (il-perċentwal jirreferi għall-massa tal-porzjon tat-test)

—

para. kontenut tal-melħ (klorur tas-sodju): akbar minn 4,5 % u inqas minn 6,2 % (il-perċentwal jirreferi għall-massa tal-porzjon tat-test)

—

para. indiċi tal-proteoliżi: aktar minn 24 % u inqas minn 31 % (nitroġenu solubbli fl-aċidu trikloroaċetiku (TCA) bħala perċentwal tan-nitroġenu totali)

—

para. attività tal-ilma: inqas minn 0,930.

Il-koxox friski tal-majjal jittieħdu minn ħnieżer mbiċċra mhux inqas minn 9 xhur u mhux aktar minn 15-il xahar wara t-twelid. Il-koxox friski tal-majjal jinkisbu minn karkassi kklassifikati bħala “H Heavy” (Tqal), b’piż ta’ bejn 110,1 u 180,0 kg, li jappartjenu għall-klassijiet U, R jew O fit-tabella tal-Unjoni Ewropea għall-klassifikazzjoni kummerċjali tal-karkassi tal-ħnieżer.

Il-koxox friski tal-majjal iridu jiżnu mhux inqas minn 12 kg u mhux aktar minn 17 kg.

4.3.   Derogi dwar l-akkwist ta’ għalf (għal prodotti li joriġinaw mill-annimali ddeżinjati b’Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta biss) u restrizzjonijiet fuq l-akkwist ta’ materja prima (għal prodotti proċessati ddeżinjati minn Indikazzjoni Ġeografika Protetta biss)

—

4.4.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika definita

Il-passi tal-produzzjoni li ġejjin iridu jsiru fiż-żona ġeografika definita: it-tmelliħ, it-tlestija, it-tqegħid tal-informazzjoni dwar it-traċċabbiltà, is-serħan minn qabel, is-serħan, l-affumikar, it-tnixxif, il-maturazzjoni.

4.5.   Regoli speċifiċi dwar l-imballaġġ, it-tfettit, it-taħkik, eċċ. tal-prodott agrikolu li għalih jirreferi l-isem reġistrat

Il-“Prosciutto di Sauris” jista’ jinbiegħ sħiħ bl-għadam, mingħajr għadam, jew mingħajr għadam u mqatta’ f’porzjonijiet, u mfettet u imballat minn qabel; Jekk mingħajr għadam jew imqatta’ f’porzjonijiet ikun ippakkjat bil-vakwu; jekk ikun imfettet u imballat minn qabel, jiġi ppakkjat bil-vakwu jew imballat f’atmosfera modifikata.

Id-dissussar, it-tqattigħ f’porzjonijiet, it-tfettit u l-imballaġġ iridu jsiru f’bini li jinsab fil-muniċipalità ta’ Sauris sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà u l-kontroll u ma jinbidlux il-karatteristiċi tal-prodott.

4.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott agrikolu li għalih jirreferi l-isem reġistrat

Il-marka tal-linka li ma titħassarx jew it-timbru li jaħraq jitqiegħed fuq kull koxxa tal-majjal, b’indikazzjoni tal-jum, ix-xahar (f’numri Rumani) u s-sena tal-bidu tal-ipproċessar u indikazzjoni tal-biċċerija tal-oriġini. Minflok dan it-timbru jew flimkien miegħu, l-użu ta’ metodi oħra ta’ identifikazzjoni vvalidati mill-korp ta’ kontroll li jiżguraw u jiggarantixxu r-rintraċċabbiltà t-traċċabbiltà tal-“Prosciutto di Sauris” se jkun permissibbli.

L-IĠP tal-“Prosciutto di Sauris” trid tkun bit-Taljan u tidher fuq it-tikketta b’ittri ċari u li ma jitħassrux, li jkunu jistgħu jintgħarfu b’mod ċar minn kwalunkwe test ieħor fuq it-tikketta; trid tiġi segwita immedjatament bil-kliem “Indicazione geografica protetta” (indikazzjoni ġeografika protetta) u/jew “IGP” (IĠP). Kwalunkwe deskrizzjoni oħra mhux espressament permessa hija pprojbita. Huwa permess li jintużaw referenzi għal ismijiet, ismijiet kummerċjali jew ismijiet ta’ ditti sakemm dawn ma jkollhomx skop ta’ tifħir u ma jkunux tali li jqarrqu bil-konsumatur.

Il-logo tal-IGP/IĠP irid jiġi riprodott fuq tikketti, imballaġġ u grafika fuq il-prodotti imballati kollha, b’kejl ta’ mill-inqas 20 mm fil-bażi u bi proporzjon ta’ 1,5 bejn il-bażi u l-għoli. Il-logo tal-IĠP jikkonsisti minn ovali blu mdawwar bl-aħdar, bil-kelma “Sauris” miktuba bl-isfar, li fuqha hemm profil abjad ta’ muntanja u żewġ siġriet taż-żnuber ħodor, filwaqt li taħtha hemm żewġ mewġiet.

Image 1

It-tqegħid tas-simbolu tal-IĠP tal-Unjoni previst fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/26 huwa obbligatorju.

5.   Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika

L-IĠP tal-“Prosciutto di Sauris” jinkiseb esklużivament fil-muniċipalità ta’ Sauris fir-Reġjun Awtonomu ta’ Friuli Venezia Giulia.

6.   Rabta maż-żona ġeografika

Ir-rabta kawżali mal-oriġini ġeografika hija bbażata fuq

☐

reputazzjoni

☑

kwalità partikolari

☐

karatteristiċi oħra

Sommarju tar-rabta

Il-karatteristiċi distintivi tal-“Prosciutto di Sauris” huma marbuta mill-qrib maż-żona tal-produzzjoni, b’mod partikolari l-mikroklima unika tal-wied ta’ Sauris u t-teknika tipika tal-affumikar għal-laħam tal-majjal. F’termini tat-topografija tiegħu, il-wied ta’ Sauris għandu l-għamla ta’ baċir imdawwar bil-muntanji, b’orjentazzjoni mil-Lvant għall-Punent u b’medja ta’ preċipitazzjoni aktar baxxa milli fil-bqija tal-Alpi Karniki u Julian. Fil-wied jifformaw żiffiet li matul il-jum jonfħu ’l fuq lejn il-muntanji u matul il-lejl jonfħu ’l isfel lejn il-wied, minħabba l-orjentazzjoni partikolari tiegħu, il-kombinament ta’ flussi tal-arja li joriġinaw mill-muntanji u mill-qiegħ tal-wied, il-pressjoni tal-arja speċifika li tirriżulta mill-altitudni ta’ aktar minn 1 000 metru, u r-riħ kostanti iżda rarament vjolenti, li huwa influwenzat ukoll mill-preżenza tar-riżerva tal-Lago di Sauris. Dan joħloq kundizzjonijiet igroskopiċi speċifiċi perfetti għat-tnixxif parzjali tal-“Prosciutto di Sauris” waqt il-maturazzjoni. Matul dan il-proċess ta’ maturazzjoni – b’mod parallel mal-proċessi bijokimiċi naturali marbuta mal-attività tal-enzimi endoġeni u mmexxija mill-preżenza tal-melħ – tiżviluppa mikroflora (partikolarment moffa) preżenti b’mod naturali fl-ambjent tal-maturazzjoni fuq il-wiċċ tal-prodott. Din hija l-oriġini tal-proprjetajiet organolettiċi speċifiċi li jikkaratterizzaw il-prodott. Hija l-ventilazzjoni tal-kmamar tal-maturazzjoni bi fluss frisk mill-wied għoli ta’ Lumiei li tagħti lill-“Prosciutto di Sauris” it-togħma ħelwa karatteristika tiegħu, minħabba d-dożaġġ tajjeb ta’ melħ u n-nuqqas ta’ ossidazzjoni tal-kisja tax-xaħam. F’dan is-sens, il-produzzjoni tal-“Prosciutto di Sauris” tiddependi strettament fuq il-kundizzjonijiet ambjentali (klimatiċi) u bijoloġiċi (mikroflora) f’din iż-żona. Din il-mikroklima unika tingħaqad mat-tradizzjoni antika tal-preservazzjoni tal-laħam permezz tal-użu tal-melħ u d-duħħan. L-affumikar, arti introdotta mill-ewwel abitanti tar-reġjun, tagħti karatteristiċi sensorji speċifiċi lil-laħam ittrattat, partikolarment f’termini tar-riħa u t-togħma tiegħu. L-injam tal-fagu mill-foresti lokali, li d-duħħan tiegħu jagħti togħma delikata, aromatika u riħa ħafifa, delikata u sottili, li hija karatteristika tal-IĠP, għadu jintuża sal-lum għall-affumikar tal-“Prosciutto di Sauris”. Barra minn hekk, it-tradizzjoni lokali li tgħaqqad il-melħ mad-duħħan – li tikkombina d-drawwa Ġermanika tal-affumikar mal-użu tal-melħ għall-preservazzjoni tal-laħam, li hija aktar komuni fin-Nofsinhar tal-Alpi – tgħin biex toħloq il-karatteristiċi organolettiċi tal-“Prosciutto di Sauris”, li l-aroma u t-togħma tiegħu huma msaħħa bi ħjiel ta’ duħħan.

Referenza elettronika (URL) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.masaf.gov.it/flex/cm/pages/ServeAttachment.php/L/IT/D/1%252F8%252F5%252FD.de59cb9f5afb278412de/P/BLOB%3AID%3D18907/E/pdf?mode=download


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4916/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)