02021R1378 — MT — 01.01.2022 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1378

tad-19 ta’ Awwissu 2021

li jistabbilixxi ċerti regoli fir-rigward taċ-ċertifikat maħruġ lill-operaturi, lill-gruppi ta’ operaturi u lill-esportaturi f’pajjiżi terzi involuti fl-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi u dawk fil-fażi ta’ konverżjoni fl-Unjoni u jistabbilixxi l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 297 20.8.2021, p. 24)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2119 tal-1 ta’ Diċembru 2021

  L 430

24

2.12.2021




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1378

tad-19 ta’ Awwissu 2021

li jistabbilixxi ċerti regoli fir-rigward taċ-ċertifikat maħruġ lill-operaturi, lill-gruppi ta’ operaturi u lill-esportaturi f’pajjiżi terzi involuti fl-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi u dawk fil-fażi ta’ konverżjoni fl-Unjoni u jistabbilixxi l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Ċertifikat għall-operaturi, għall-gruppi ta’ operaturi u għall-esportaturi f’pajjiżi terzi

L-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll li ġew rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) 2018/848 għandhom jipprovdu lill-operaturi, lill-gruppi ta’ operaturi u lill-esportaturi f’pajjiżi terzi li kienu soġġetti għall-kontrolli msemmija fil-Artikolu 45(1)(b)(i) ta’ dak ir-Regolament, b’ċertifikat li jikkonferma li dawn l-operaturi, gruppi ta’ operaturi u esportaturi huma f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 (“iċ-ċertifikat).

Iċ-ċertifikat għandu:

▼M1

(a) 

jinħareġ kif ġej:

(i) 

f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(ii) 

f’forma elettronika, bl-użu tas-Sistema Elettronika tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti Veterinarji (TRACES) imsemmija fil-punt (36) tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 ( 1 );

▼B

(b) 

jippermetti l-identifikazzjoni:

(i) 

tal-operatur, tal-gruppi ta’ operaturi jew tal-esportatur koperti miċ-ċertifikat, inkluża l-lista tal-membri ta’ grupp ta’ operaturi;

(ii) 

tal-kategorija ta’ prodotti koperti miċ-ċertifikat, ikklassifikati bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 35(7) tar-Regolament (UE) 2018/848; kif ukoll

(iii) 

tal-perjodu ta’ validità tiegħu;

(c) 

jiċċertifika li l-attività tal-operatur, tal-grupp ta’ operaturi jew tal-esportatur hija f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848; kif ukoll

(d) 

ikun aġġornat kull meta jseħħu bidliet li jikkonċernaw id-data inkluża fih.

Artikolu 2

Lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti

1.  

Il-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) 2018/848 hija stabbilita fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Il-lista għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja dwar kull awtorità ta’ kontroll jew ta’ korp ta’ kontroll rikonoxxut:

(a) 

l-isem u n-numru tal-kodiċi tal-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll;

(b) 

il-kategoriji tal-prodott, kif stabbilit fl-Artikolu 35(7) tar-Regolament (UE) 2018/848, għal kull pajjiż terz;

(c) 

il-pajjiżi terzi li fihom il-kategoriji tal-prodott għandhom l-oriġini tagħhom, dment li dawk il-pajjiżi terzi mhumiex diġà koperti għall-kategorija tal-prodott jew għall-prodott ikkonċernat bi ftehim dwar il-kummerċ fi prodotti organiċi f’konformità mal-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) 2018/848 jew permezz ta’ rikonoxximent ta’ ekwivalenza f’konformità mal-Artikolu 48 ta’ dak ir-Regolament;

(d) 

it-tul ta’ żmien tar-rikonoxximent; kif ukoll

(e) 

l-eċċezzjonijiet għar-rikonoxximent, fejn xieraq.

2.  
L-informazzjoni ddettaljata rigward l-indirizz postali, l-indirizz tas-sit web u l-email tal-punt ta’ kuntatt tal-awtorità tal-kontroll jew tal-korp ta’ kontroll, kif ukoll l-isem tal-korp ta’ akkreditazzjoni li qed jagħti l-akkreditazzjoni f’konformità mal-Artikolu 46(2)(d) tar-Regolament (UE) 2018/848, għandha tkun disponibbli għall-pubbliku permezz tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-biedja organika.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

▼M1

Il-punt (a)(ii) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.

▼B

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT

ĊERTIFIKAT GĦALL-OPERATURI, GĦALL-GRUPPI TA’ OPERATURI U GĦALL-ESPORTATURI F’PAJJIŻI TERZI SABIEX IL-PRODOTTI JIĠU IMPORTATI FL-UNJONI EWROPEA BĦALA PRODOTTI ORGANIĊI JEW PRODOTTI FIL-FAŻI TA’ KONVERŻJONI

Parti I: Elementi obbligatorji



1.  Numru tad-dokument

2.  (agħżel kif xieraq)

Operatur
Grupp ta’ operaturi – ara l-punt 10
Esportatur

3.  L-isem u l-indirizz tal-operatur, tal-grupp ta’ operaturi jew tal-esportatur:

4.  L-isem, l-indirizz u n-numru tal-kodiċi tal-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll tal-operatur, tal-grupp ta’ operaturi jew tal-esportatur:

5.  Attività jew attivitajiet tal-operatur, tal-grupp ta’ operaturi jew tal-esportatur (agħżel kif xieraq):

Produzzjoni
Preparazzjoni
Distribuzzjoni
Ħżin
Importazzjoni
Esportazzjoni

6.  Kategorija jew kategoriji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 35(7) tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u l-metodi tal-produzzjoni (agħżel kif xieraq):

(a)  pjanti mhux proċessati u prodotti mill-pjanti, inkluż żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti ieħor

Metodu tal-produzzjoni:

□  produzzjoni organika għajr waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

□  produzzjoni waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

□  produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(b)  bhejjem u prodotti mhux proċessati mill-bhejjem

Metodu tal-produzzjoni:

□  produzzjoni organika għajr waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

□  produzzjoni waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

□  produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(c)  alka u prodotti mhux proċessati tal-akkwakultura

Metodu tal-produzzjoni:

□  produzzjoni organika għajr waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

□  produzzjoni waqt il-perjodu ta’ konverżjoni

□  produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(d)  prodotti agrikoli proċessati, inkluż prodotti tal-akkwakultura, għall-użu bħala ikel

Metodu tal-produzzjoni:

□  produzzjoni ta’ prodotti organiċi

□  produzzjoni ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni

□  produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(e)  għalf

Metodu tal-produzzjoni:

□  produzzjoni ta’ prodotti organiċi

□  produzzjoni ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni

□  produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(f)  inbid

Metodu tal-produzzjoni:

□  produzzjoni ta’ prodotti organiċi

□  produzzjoni ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni

□  produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

(g)  prodotti oħra elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/848 jew mhux koperti mill-kategoriji preċedenti

Metodu tal-produzzjoni:

□  produzzjoni ta’ prodotti organiċi

□  produzzjoni ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni

□  produzzjoni organika bi produzzjoni mhux organika

7.  Direttorju tal-prodotti:

L-isem tal-prodott u/jew il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2) għall-prodotti fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848

□  Organiċi

□  Fil-fażi ta’ konverżjoni

 

 

 

 

 

 

Dan id-dokument inħareġ f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1378 (3) biex jiċċertifika li l-operatur, il-grupp ta’ operaturi jew l-esportatur (agħżel kif xieraq) huma f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848.

8.  Data, post

Isem u firma f’isem l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll li qed joħorġu ċ-ċertifikat:

9.  Ċertifikat validu minn………. [daħħal id-data] sa..………[daħħal id-data]

(1)   

Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).

(2)   

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(3)   

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1378 tad-19 ta’ Awwissu 2021 li jistabbilixxi ċerti regoli dwar iċ-ċertifikat maħruġ lill-operaturi, lill-gruppi ta’ operaturi u lill-esportaturi f’pajjiżi terzi involuti fl-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni u jistabbilixxi l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 297, 20.8.2021, p. 24).

10. Lista tal-membri tal-grupp ta’ operaturi kif iddefinit fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2018/848



Isem il-membru

Indirizz jew forma oħra ta’ identifikazzjoni tal-membru

 

 

 

 

 

 

Parti II: Elementi fakultattivi speċifiċi

Għandhom jimtlew element wieħed jew aktar jekk jiġi deċiż hekk mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll li joħorġu ċ-ċertifikat lill-operatur, lill-grupp ta’ operaturi jew lill-esportatur f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1378

1. Kwantità tal-prodotti



L-isem tal-prodott u/jew il-kodiċi tan-NM kif stipulat fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għall-prodotti fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848.

□Organiċi

□Fil-fażi ta’ konverżjoni

Kwantità stmata f’kilogrammi, f’litri jew, meta rilevanti, f’numru ta’ unitajiet.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2. Informazzjoni dwar l-art



Isem il-prodott

□Organiċi

□Fil-fażi ta’ konverżjoni

□Mhux organiċi

Wiċċ f’ettari

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3. Lista ta’ postijiet jew ta’ unitajiet fejn titwettaq l-attività mill-operatur jew mill-grupp ta’ operaturi



Indirizz jew ġeolokalizzazzjoni

Deskrizzjoni tal-attività jew tal-attivitajiet kif imsemmija fil-parti I, tal-punt 5

 

 

 

 

 

 

4. Informazzjoni dwar l-attività jew l-attivitajiet imwettqa mill-operatur jew mill-grupp ta’ operaturi u jekk l-attività hijiex, jew l-attivitajiet jitwettqux għall-iskop tagħhom stess jew bħala sottokuntrattur li jwettaq l-attività jew l-attivitajiet għal operatur ieħor, filwaqt li s-sottokuntrattur jibqa’ responsabbli għall-attività jew għall-attivitajiet imwettqa



Deskrizzjoni tal-attività jew tal-attivitajiet kif imsemmija fil-parti I, tal-punt 5

□Twettiq ta’ attività/attivitajiet għall-iskop proprju

□It-twettiq ta’ attività/attivitajiet bħala sottokuntrattur għal operatur ieħor, filwaqt li s-sottokuntrattur jibqa’ responsabbli għall-attività jew għall-attivitajiet imwettqa

 

 

 

 

 

 

5. Informazzjoni dwar l-attività jew l-attivitajiet imwettqa mill-parti terza sottokuntrattata



Deskrizzjoni tal-attività jew tal-attivitajiet kif imsemmija fil-parti I, tal-punt 5

□L-operatur jew il-grupp ta’ operaturi jibqa’ responsabbli

□Il-parti terza sottokuntrattata hija responsabbli

 

 

 

 

 

 

6. Lista ta’ sottokuntratturi li jwettqu attività jew attivitajiet għall-operatur jew għall-grupp ta’ operaturi li l-operatur jew il-grupp ta’ operaturi jibqa’ responsabbli għalihom fir-rigward tal-produzzjoni organika u li ma trasferiex ir-responsabbiltà tagħhom lis-sottokuntrattur



Isem u indirizz

Deskrizzjoni tal-attività jew tal-attivitajiet kif imsemmija fil-parti I, tal-punt 5

 

 

 

 

 

 

7. Informazzjoni dwar l-akkreditazzjoni tal-korp ta’ kontroll f’konformità mal-Artikolu 46(2)(d) tar-Regolament (UE) 2018/848

(a) 

isem il-korp ta’ akkreditazzjoni;

(b) 

iperlink għaċ-ċertifikat ta’ akkreditazzjoni.

8. Informazzjoni oħra




ANNESS II

Lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/848

Għall-fini ta’ dan l-Anness, il-kategoriji ta’ prodott huma indikati skont il-kodiċijiet li ġejjin:

A

:

pjanti mhux proċessati u prodotti mill-pjanti, inkluż żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti ieħor;

B

:

bhejjem u prodotti mhux proċessati mill-bhejjem;

C

:

alka u prodotti mhux proċessati tal-akkwakultura;

D

:

prodotti agrikoli proċessati, inkluż prodotti tal-akkwakultura, għall-użu bħala ikel;

E

:

għalf;

F

:

inbid;

G

:

prodotti oħra elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/848 jew mhux koperti mill-kategoriji preċedenti.

L-informazzjoni dwar l-indirizz postali, l-indirizz tas-sit web u l-email tal-punt ta’ kuntatt tal-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll, kif ukoll l-isem tal-korp ta’ akkreditazzjoni li qed jagħti l-akkreditazzjoni tiegħu, tista’ tinsab fuq is-sit web tal-Kummissjoni dwar il-biedja organika.

Isem l-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll:

1) 

In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati



Numru tal-kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija ta’ prodotti

XX-BIO-XXX

 

A

B

C

D

E

F

G

2) 

It-tul taż-żmien tar-rikonoxximent:

3) 

Eċċezzjonijiet:



( 1 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (“ir-Regolament IMSOC”) (ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37).