Official Journal L 091 , 07/04/1999 P. 0040 - 0044
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Marzu 1999 li tippreskrivi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd u akwakultura li joriġinaw fis-Seychelles (notifikata bid-dokument numru C(1999)770) (Test b’relevanza għall-ŻEE) (1999/245/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tippreskrivi l-kondizzjonijiet ta’ saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 11 tagħha, (1) Billi espert tal-Kummissjoni għamel żjara ta’ spezzjoni fis-Seychelles biex jivverifika l-kondizzjonijiet li taħthom prodotti tas-sajd huma prodotti, maħżuna u mibgħuta lill-Komunità; (2) Billi d-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni tas-Seychelles dwar spezzjonijiet ta’ saħħa u monitoraġġ ta’ prodotti tas-sajd jistgħu jkunu kkunsidrati ekwivalenti għal dawk preskritti fid-Direttiva 91/493/KEE; (3) Billi, fis-Seychelles "Unità ta’ Spezzjoni ta’ Ħut (USĦ) tas-Servizzi Veterinarji fih dan il-Ministeru ta’ l-Agrikoltura u Riżorsi tal-Baħar" hija kapaċi tivverifika b’mod effettiv l-applikazjoni tal-liġijiet fis-seħħ; (4) Billi l-proċedura sabiex jinkiseb ċertifikat ta’ saħħa imsemmi fl-Artikolu 11(4)(a) tad-Direttiva 91/493/KEE għandu jkopri wkoll id-definizzjoni ta’ ċertifikat mudell, ir-rekwiżiti minimi dwar il-lingwi li bihom dan għandu jkun abozzat u l-grad tal-persuna li għandha l-poter tiffirmaħ; (5) Billi, skond l-Artikolu 11(4)(b) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandha titwaħħal marka fuq imballaġġi ta’ prodotti tas-sajd li turi l-isem tal-pajjiż terz u n-numru ta’ approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, bastiment fabbrika, maħżen ta’ kesħa jew bastiment friża ta’ oriġini; (6) Billi, skond l-Artikolu 11(4)(c) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandha titħejja lista ta’ stabbilimenti approvati/reġistrati, bastimenti fabbrika, jew mħażen ta’ kesħa; billi għandha titħejja lista ta’ bastimenti tal-friza reġistrati fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 92/48/KEE [3]; billi dawn il-listi għandhom jitħejjew fuq il-bażi ta’ komunikazzjoni mill-USĦ lill-Kummissjoni; billi huwa għaldaqstant għall-USĦ biex tiżġura konformità mad-disposizzjonijiet preskritti għal dak il-għan fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 91/493/KEE; (7) Billi l-USĦ tat assikurazjonijiet uffiċjali dwar konformità mar-regoli preskritti f’Kapitolu V ta’ l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE, u fir-rigward tat-twettieq tar-rekwiżiti ekwivalenti għal dawk preskritti fid-Direttiva għall-approvazzjonij jew reġistrazzjoni ta’ stabbilimenti, bastimenti fabbrika, mħażen ta’ kesħa jew bastimenti friża ta’ oriġini; (8) Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Unità ta’ Spezzjoni tal-Ħut (USĦ) tas-Servizzi Veterinarji fih dan il-Ministeru ta’ l-Agrikoltura u r-Riżorsi tal-Baħar għandha tkun l-awtorità kompetenti fis-Seychelles sabiex tivverifika u tiċċertifika l-konformità ta’ prodotti tas-sajd u akwakultura mal-ħtiġijiet tad-Direttiva 91/493/KEE. Artikolu 2 Prodotti tas-sajd u akwakultura li joriġinaw fis-Seychelles għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin: 1. kull kunsinna għandu jkun hemm magħha ċertifikat numerat tas-saħħa oriġinali, mimli kif għandu jkun, iffirmat, datat u li jkun fih folja waħda skond il-mudell fl-Anness A ma’ dan; 2. il-prodotti għandhom jiġu minn stabbilimenti approvati, bastimenti fabbrika, mħażen ta’ kesħa jew bastimenti tal-friza reġistrati elenkati fl-Anness B ma’ dan; 3. barra mill-każ ta’ prodotti tas-sajd iffriżati fi kwantitajiet kbar u maħsuba għall-manifattura ta’ ikel priservat, l-imballaġġi kollha għandhom iġibu l-kelma "SEYCHELLES" u n-numru ta’ l-approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, bastiment fabbrika, maħżen ta’ kesħa jew bastiment friża ta’ oriġini b’ittri li ma jistgħux jitħassru. Artikolu 3 1. Ċertifikati kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) għandhom ikunu magħmula għall-inqas f’lingwa uffiċjali waħda ta’ l-Istat Membru fejn isiru l-ispezzjonijiet. 2. Iċ-ċertifikati għandhom juru l-isem, il-kariġa u l-firma tar- rappreżentant ta’ l-USĦ u t-timbru uffiċjali ta’ dan ta’ l-aħħar b’kulur differenti minn dak ta’ endorsjar ieħor. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta’ Marzu 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15. [2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31. [3] ĠU L 187, tas-7.7.1992, p. 41. -------------------------------------------------- ANNESS A +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS B I. LISTA TA’ STABBILIMENTI APPROVATI Numru | Isem | Indirizz | P.P.01 | SMB Trading Prawn Project | Victoria-Mahe | F.C.01 | Indian Ocean Tuna Ltd | Victoria-Mahe | F.F.07 | Oceana Fisheries Co. Ltd | Victoria-Mahe | F.F.10 | Sea Harvest (Pty) Ltd | Victoria-Mahe | II. LISTA TA’ BASTIMENTI FABBRIKI APPROVATI Numru | Isem | Port | F.V.01 | Via Gwalarn (Saupiquet, Concarneau) | Mahe | --------------------------------------------------