Official Journal L 158 , 14/06/2001 P. 0060 - 0061
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 46/2001 tat-30 ta' Marzu 2001 li temenda l-Anness XI (Servizzi ta' Telekomunikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XI għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 17/2001 tat-28 ta' Frar 2001 [1]. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/22/KE tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar emenda ta' l-Anness III għad-Direttiva 98/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 1998 dwar l-applikazzjoni ta' open network provision (ONP) għal telefonija bil-vuċi u dwar is-servizz universali għal telekomunikazzjonijiet f'ambjent kompetittiv [2] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Li ġej għandu jiġi mdaħħal qabel it-test ta' addattament fil-punt 5ċ (Direttiva 98/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XI għall-Ftehim: "kif emendat bi: — 32001 D 0022: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/22/KE tat-22 ta' Diċembru 2000 (ĠU L 5, ta' l-10.1.2001, p. 12)." Artikolu 2 It-testi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/22/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-31 ta' Marzu 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, 30 ta' Marzu 2001. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 117, tat-26.4.2001, p. 21. [2] ĠU L 5, ta' l-10.1.2001, p. 12. [3] Ebda htigiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------