Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
L-ewwel nett, talba intiża sabiex il-Kunsill u r-Repubblika Taljana jingħataw l-ordni li joħorġu viża lir-rikorrent, it-tieni nett, talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 85/2011, tal-31 ta’ Jannar 2011, li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 28, p. 32) u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/71/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK, li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 28, p. 60), u t-tielet nett, talba għall-kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent.
Dispożittiv
1) Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal miżuri provviżorji.
2) Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.