14.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/37


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/1238

tat-13 ta' Settembru 2018

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(2)

Fit-8 ta' Awwissu 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU emenda l-annotazzjoni ta' entità waħda soġġetta għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa b'dan emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Settembru 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BOGNER-STRAUSS


(1)   ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.


ANNESS

Fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, l-entrata 71 taħt l-intestatura “B. Entitajiet”, hija sostitwita b'dan li ġej:

 

Isem

Magħruf ukoll bħala

Post

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Informazzjoni oħra

“71.

PRO-GAIN GROUP CORPORATION

 

 

30.3.2018

Kumpannija li tappartjeni lil Tsang Yung Yuan jew ikkontrollata minnu u involuta fi trasferimenti illeċiti ta' faħam tar-RDPK.”.