Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0820 - 0820
B. IL-LEĠISLAZZJONI VETERINARJA U FITOSANITARJA 1. 31966 L 0402: Id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta' l- 14 ta' Ġunju 1966 dwar il-marketing ta' żerriegħa taċ-ċereali (ĠU P 125, 11.7.1966, p. 2309), kif l-aħħar emendata bi: - 32001 L 0064: Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/64/KE tal- 31.8.2001 (ĠU L 234, 1.9.2001, p. 60). Il-ħtiġiet fir-rigward tal-purità analitika stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 66/402/KEE għaż-żerriegħa Hordeum vulgare L. (xgħir) ma għandhomx japplikaw f'Ċipru għal perijodu ta' ħames snin wara d-data ta' l-adeżjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-marketing ta' din iż-żerriegħa prodotta f'Ċipru. Matul dak il-perijodu ma għandux isir marketing ta' din iż-żerriegħa fit-territorju ta' l-Istati Membri l-oħra. 2. 32002 L 0053: Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat- 13 ta' Ġunju 2002 dwar il-katalogu komuni tal-varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1); 32002 L 0055: Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat- 13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing ta' żerriegħa tal-ħxejjex (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33). Ċipru jista' jipposponi għal perijodu ta' ħames snin wara d-data ta' l-adeżjoni l-applikazzjoni tad-Direttivi 2002/53/KE u 2002/55/KE fir-rigward tal-marketing fit-territorju tiegħu ta' żerriegħa tal-varjetajiet imniżżlin fil-katalogi nazzjonali rispettivi tiegħu ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli u ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti tal-ħxejjex li mhumiex uffiċjalment aċċettati skond id-disposizzjonijiet ta' dawk id-Direttivi. Matul dak il-perijodu, dawn iż-żrieragħ ma għandhomx ikunu kummerċjalizzati fit-territorju ta' Stati Membri oħra. --------------------------------------------------