8.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/48


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1168

tal-5 ta' Lulju 2019

dwar il-ħatra ta' membri tal-Kumitat ta' Spetturi Anzjani fuq ix-xogħol għat-terminu l-ġdid ta' kariga

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/319/KE tat-12 ta' Lulju 1995 biex tistabbilixxi Kumitat ta' Spetturi Anzjani fuq ix-Xogħol (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Wara li kkunsidrat l-ismijiet imressqa ta' dawk nominati mill-Istati Membri,

Billi:

(1)

L-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 95/319/KE jistipula li jenħtieġ li l-Kumitat ikun jikkonsisti minn membru sħiħ minn kull Stat Membru u li jista' jinħatar membru supplenti għal kull membru sħiħ.

(2)

L-Artikolu 5(2) ta' dik id-Deċiżjoni jistipula li l-membri sħaħ u dawk supplenti tal-Kumitat jenħtieġ li jinħatru mill-Kummissjoni fuq proposta mill-Istat Membru.

(3)

L-Artikolu 5(3) ta' dik id-Deċiżjoni jistipula li t-terminu tal-kariga tal-membri tal-Kumitat jenħtieġ li jkun ta' tliet snin u li l-ħatra tagħhom jenħtieġ li tkun tiġġedded.

(4)

It-terminu tal-kariga preċedenti tal-Kumitat intemm fil-31 ta' Diċembru 2018.

(5)

Għaldaqstant il-Kummissjoni jenħtieġ li taħtar il-membri ta' dan il-Kumitat abbażi tal-proposti mill-Istati Membri għal perjodu ta' tliet snin,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

(1)   Il-persuni msemmija fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni huma maħtura bħala membri sħaħ u supplenti tal-Kumitat ta' Spetturi Anzjani fuq ix-Xogħol għal perjodu ta' tliet snin mill-1 ta' Jannar 2019 sal-31 ta' Diċembru 2021.

(2)   Il-lista tal-membri għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għal raġunijiet ta' informazzjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Lulju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 188, 9.8.1995, p. 11.


ANNESS

Stat Membru

Membru sħiħ

Membru supplenti

Il-Belġju

Is-Sur Paul TOUSSEYN

Is-Sur Luc VAN HAMME

Il-Bulgarija

Is-Sinjura Miroslava ANGELOVA

Is-Sinjura Irena DIMITROVA

Iċ-Ċekja

Is-Sur Rudolf HAHN

Is-Sur Pavel HEISIG

Id-Danimarka

Is-Sinjura Vibe WEST

Is-Sinjura Annemarie KNUDSEN

Il-Ġermanja

Is-Sur Kai-Michael SCHÄFER

Is-Sur Helmut GOTTWALD

L-Estonja

Is-Sinjura Maret MARIPUU

Is-Sinjura Silja SOON

L-Irlanda

Is-Sur Mark CULLEN

Is-Sur P.J. CLAFFEY

Il-Greċja

Is-Sinjura Panagiota KATSAKIORI

Is-Sinjura Chrysoula TOUFEKOULA

Spanja

Is-Sinjura Mariá Soledad SERRANO PONZ

Is-Sur Adrián GONZÁLEZ MARTÍN

Franza

Is-Sur Laurent VILBOEUF

Is-Sinjura Jessy PRETTO

Il-Kroazja

Is-Sur Miroslav BABIĆ

Is-Sur Branko MESIĆ

L-Italja

Is-Sur Danilo PAPA

Is-Sinjura Roberta FABRIZI

Ċipru

Is-Sur Anastassios YIANNAKI

Is-Sur Aristodemos ECONOMIDES

Il-Latvja

Is-Sur Renārs LŪSIS

Is-Sinjura Linda MATISĀNE

Il-Litwanja

Is-Sur Jonas GRICIUS

Is-Sinjura Dalia LEGIENE

Il-Lussemburgu

Is-Sur Marco BOLY

Is-Sinjura Patrice FURLANI

L-Ungerija

Is-Sur Péter NESZTINGER

Is-Sur Dániel MOLNÁR

Malta

Is-Sur Mark GAUCI

Is-Sur Vincent ATTARD

In-Netherlands

Is-Sur M.J. (Marc) KUIPERS

Is-Sur Rits DE BOER

L-Awstrija

Is-Sinjura Gertrud BREINDL

Is-Sinjura Alexandra MARX

Il-Polonja

Is-Sur Wiesław LYSZCZEK

Is-Sur Bogdan DRZASTWA

Il-Portugall

Is-Sinjura Maria Luísa TORRES DE ECKENROTH GUIMARÃES

Is-Sinjura Maria Fernanda FERREIRA CAMPOS

Ir-Rumanija

Mill-1 ta' Jannar 2019 sat-2 ta' Ġunju 2019

Is-Sur Dantes Ioan BRATU

Is-Sur Ioan Cosmin CONSTANTIN

Mit-3 ta' Ġunju 2019:

Is-Sur Mihail Adrian OPRESCU

Is-Slovenja

Is-Sur Jadranko GRLIĆ

Is-Sur Slavko KRIŠTOFELC

Is-Slovakkja

Is-Sur Karol HABINA

Is-Sinjura Miroslava Mošonová

Il-Finlandja

Is-Sur Raimo ANTILA

Is-Sur Arto TERONEN

L-Iżvezja

Is-Sur Håkan OLSSON

Is-Sinjura Pia ZÄTTERSTRÖM

Ir-Renju Unit

Is-Sur David SNOWBALL

Is-Sinjura Kären CLAYTON