Official Journal L 260 , 24/09/1976 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 3 P. 0028
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 3 P. 0028
Greek special edition: Chapter 11 Volume 8 P. 0150
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 6 P. 0136
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 6 P. 0136
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 2300/76 tal-20 ta Settembru 1976 li jikkonkludi il-Ftehim Qafas għall-koperazzjoni kummerċjali u ekonomika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Kanada IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropeja, u partikolarment Artikoli 113 and 235, Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-fehma tal-Parlament Ewropew[1], Billi l-konklużjoni tal-Komunità Ekonomika Ewropea tal-Ftehim Qafas għal koperazzjoni kummerċjali u ekonomika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Kanada, iffirmat f' Ottawa fis-6 ta' Lulju 1976, jidher neċessarju għall-ksib tal-għanijiet tal-Komunità fl-isfera ta' relazzjonijiet ekonomiċi esterni; billi ċerti forom ta' koperazzjoni ekonomika maħsuba fil-Ftehim jeċċedu l-poteri ta' azzjoni kif speċifikati fl-isfera tal-politika kummerċjali komuni, ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-Ftehim Qafas għal koperazzjoni kummerċjali u ekonomika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Kanada huwa hawn konkluż għan-nom tal-Komunità Ekonomika Ewropea. It-test ta' dan il-Ftehim huwa anness ma' dan ir-regolament. Artikolu 2 Bis-saħħa ta' Artikolu VIII tal-Ftehim, il-President tal-Kunsill għandu jinnotifika li l-proċeduri neċessarji għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim tlestew min-naħa tal-Komunità Ekonomika Ewropea[2]. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 20 ta Settembru 1976. Għall-Kunsill Il-President M. van der STOEL Proofread by Stephen Zammit [1] Fehma mogħtija fl-14 ta Settembru 1976 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [2] Id-data tad-dħul fis-seħħ ta dan il-Ftehim ser tiġi ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.