1980R0109 — MT — 01.01.1996 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 109/80 tat-18 ta' Jannar 1980 (ĠU L 014, 19.1.1980, p.30) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 1475/80 tat-12 ta' Ġunju 1980 |
L 147 |
15 |
13.6.1980 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 3987/87 tat-22 ta' Diċembru 1987 |
L 376 |
20 |
31.12.1987 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 1737/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 |
L 161 |
25 |
27.6.1990 |
|
|
COMMISSION REGULATION (EEC) No 3779/90 of 19 December 1990 (*) |
L 364 |
9 |
28.12.1990 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSIJONI (KE) Nru 2916/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 |
L 305 |
49 |
19.12.1995 |
|
|
(*) |
Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti. |
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 109/80
tat-18 ta' Jannar 1980
dwar l-applikazzjoni ta' l-inqas rata ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni għal ċertu prodotti fis-setturi tal-bajd u laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd ( 1 ), kif emendat mir-Regolament (KEE) Nru 368/76 ( 2 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 (3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur ( 3 ), kif emendat mir-Regolament (KEE) Nru 369/76 ( 4 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 (3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2774/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 li jippreskrivi regoli ġenerali għall-għotja ta' rifużjonijiet fuq esportazzjonijiet tal-bajd u l-kriterji sabiex ikun iffissat l-ammont ta' dawn ir-rifużjonijiet ( 5 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 (2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2779/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 li jippreskrivi regoli ġenerali għall-għotja ta' rifużjonijiet fuq esportazzjonijiet tal-laħam tat-tjur u kriterji sabiex ikun iffissat l-ammont ta' dawn ir-rifużjonijiet ( 6 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 (2) tiegħu,
Billi, f'każijiet fejn ir-rifużjoni fuq l-esportazzjoni tvarja skond id-destinazzjoni, l-Artikolu 11 (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 192/75 ( 7 ), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2838/77 ( 8 ), jippreskrivi illi l-parti tar-rifużjoni, ikkalkolata fuq il-bażi ta' l-inqas rata ta' rifużjoni, applikabbli fil-ġurnata meta l-formalitajiet tad-dwana fuq l-esportazzjoni jkunu mitmuma, għandha titħallas meta tkun ingħatat prova illi l-prodott telaq mit-territorju ġeografiku tal-Komunità;
Billi l-aħħar subparagrafu ta' l-Artikoli 2 (4) u 3 (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 441/69 ( 9 ), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2707/78 ( 10 ), jippermetti li l-parti tar-rifużjoni kkalkolata fuq il-bażi ta' l-inqas rata għandha tiġi mħallsa malli l-prodott ikun tqiegħed taħt il-proċedura speċjali preskritta fl-imsemmi Regolament;
Billi, skond l-arranġamenti speċjali magħmula ma' ċerti pajjiżi li mhumiex membri, ir-rata ta' rifużjoni applikabbli fuq esportazzjonijiet lejn l-imsemmijin pajjiżi ta' ċerti prodotti fis-setturi tal-bajd u l-laħam tat-tjur jistgħu jkunu inqas, u kultant sostanzjalment inqas, mir-rifużjoni applikata normalment; billi xi drabi jiġri wkoll illi ma tkun iffissata ebda rifużjoni;
Billi l-inqas rata ta' rifużjoni tirriżulta wkoll mill-fatt illi rifużjoni ma tkunx giet iffissata;
Billi hemm każijiet fejn rifużjoni mhijiex iffissata għal esportazzjonijiet lejn l-Istati Uniti; billi għandu jkun hemm ukoll eċċezzjoni biex tkun stabbilita l-inqas rata ta' rifużjoni f'każijiet fejn il-miżuri introdotti fl-Istati Uniti jiggarantixxu illi l-prodotti li kkwalifikaw għal rifużjoni għal destinazzjonijiet oħrajn ma jistgħux ikunu importati f'dak il-pajjiż; billi l-esperjenza turi illi l-prodotti in kwistjoni jistgħu jikkwalifikaw għal din l-eċċezzjoni mhux biss fir-rigward ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 11 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 192/75 iżda wkoll fir-rigward ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 2 (4) u 3 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 441/69;
Billi l-miżuri li jiddisponi għalihom dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Laħam tat-Tjur u l-Bajd,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-fatt li ebda rifużjoni m’hi fissata għal prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0105 11, ►M5 0105 12, ◄ 0105 19, 0207 (esklużi ►M5 0207 34 ◄ , ►M5 0207 13 91, 0207 14 91, 0207 26 91, 0207 27 91, 0207 35 91, 0207 36 81, 0207 36 85 u 0207 36 89 ◄ ), 0407, 0408 ►M5 , 1602 32 ◄ u 1602 39 11 u li huma esportati lejn l-Istati Uniti tal-Amerika ►M4 ————— ◄ m’għandux jitqies:
— biex tkun stabbilita r-rata l-iktar baxxa ta’ rifużjoni għall-għanijiet ta’ Artikolu 20(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 ( 11 ),
— biex jiġu applikati Artikoli 4(7) u 5 (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 ( 12 ).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jibda'jseħħ fil-21 ta' Jannar 1980.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 49.
( 2 ) ĠU L 45, tal-21.2.1976, p. 2.
( 3 ) ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 77.
( 4 ) ĠU L 45, tal-21.2.1976, p. 3.
( 5 ) ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 68.
( 6 ) ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 90.
( 7 ) ĠU L 25, tal-31.1.1975, p. 1.
( 8 ) ĠU L 327, ta' l-20.12.1977, p. 23.
( 9 ) ĠU L 59, ta' l-10.3.1969, p. 1.
( 10 ) ĠU L 327, tat-22.11.1978, p. 5.
( 11 ) ĠU L 351, ta’ l-14.12.1987, p. 1.
( 12 ) ĠU No L 62, tas-7.3.1980, p. 5.