|
28.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 347/18 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9089 — Hellman & Friedman/Concardis Payment Group)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 347/07)
1.
Fl-20 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Hellman & Friedman LLC (“Hellman & Friedman”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Concardis Payment Group GmbH (“Concardis”, il-Ġermanja). |
Hellman & Friedman takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Concardis kollha. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— għal Hellman & Friedman: investimenti ta’ ekwità privata permezz ta’ fondi li jikkontrollaw diversi kumpaniji tal-portafoll li joperaw f’varjetà ta’ setturi ekonomiċi, li jinkludu b'mod partikolari Nets, attiva fil-provvediment ta’ servizzi ta' pagament, kards u servizzi tal-informazzjoni fid-Danimarka, fin-Norveġja, fl-Iżvezja, fil-Finlandja, fl-Estonja, u fil-Polonja.
— għal Concardis: servizzi ta’ affiljazzjoni ta’ kummerċjanti (merchant acquiring) fil-Ġermanja, fl-Awstrija u fl-Iżvizzera.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.9089 — Hellman & Friedman/Concardis Payment Group
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).