|
1.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 27/4 |
DEĊIŻJONI (UE) 2020/137 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-22 ta’ Jannar 2020
dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew u li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/43 (BĊE/2020/3)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u b’mod partikolari l-Artikolu 29.3 u 29.4 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-kontribut tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 46.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (ir-“Renju Unit”) issottometta n-notifika tiegħu dwar l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea mhux se jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit mid-data ta’ wara d-data msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1810 tal-Kunsill Ewropew (1). Mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, il-Bank of England (BoE) ma jibqax ikun bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru u għalhekk tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali. Applikazzjoni tal-Artikoli 29.3 u 29.4 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”) jeżiġi l-aġġustament tal-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital b’analoġija mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29.1 tal-Istatut tas-SEBĊ. |
|
(2) |
L-aħħar aġġustament tal-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-SEBĊ sar fl-2018 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2019 skont id-Deċiżjoni (UE) 2019/43 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/27) (2), li għalhekk għandha titħassar. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Tqarrib
Fejn il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi dejta statistika sabiex tintuża fl-aġġustament tal-iskema tal-kapital u l-figuri ma jlaħħqux il-100 %, id-differenza għandha tkun ikkumpensata kif ġej: (i) jekk it-total ikun ta’ anqas minn 100 %, billi jiżdied 0,0001 ta’ punt perċentwali mal-iżgħar sehem (ishma) f’ordni axxendenti sakemm jintlaħaq il-100 % eżatt, jew (ii) jekk it-total ikun ogħla minn 100 %, billi jitnaqqas 0,0001 ta’ punt perċentwali f’ordni dixxendenti mill-akbar sehem (ishma) sakemm jintlaħaq eżattament il-100 %.
Artikolu 2
Ponderazzjonijiet fl-iskema tal-kapital
Il-ponderazzjoni assenjata lil kull bank ċentrali nazzjonali fl-iskema tal-kapital deskritta fl-Artikolu 29 tal-Istatut tas-SEBĊ għandha tkun skont kif ġej b’effett mill-1 ta’ Frar 2020:
|
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
2,9630 % |
|
Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) |
0,9832 % |
|
Česká národní banka |
1,8794 % |
|
Danmarks Nationalbank |
1,7591 % |
|
Deutsche Bundesbank |
21,4394 % |
|
Eesti Pank |
0,2291 % |
|
Central Bank of Ireland |
1,3772 % |
|
Bank of Greece |
2,0117 % |
|
Banco de España |
9,6981 % |
|
Banque de France |
16,6108 % |
|
Hrvatska narodna banka |
0,6595 % |
|
Banca d’Italia |
13,8165 % |
|
Central Bank of Cyprus |
0,1750 % |
|
Latvijas Banka |
0,3169 % |
|
Lietuvos bankas |
0,4707 % |
|
Banque centrale du Lussemburgu |
0,2679 % |
|
Magyar Nemzeti Bank |
1,5488 % |
|
Bank Ċentrali ta’ Malta |
0,0853 % |
|
De Nederlandsche Bank |
4,7662 % |
|
Oesterreichische Nationalbank |
2,3804 % |
|
Narodowy Bank Polski |
6,0335 % |
|
Banco de Portugal |
1,9035 % |
|
Banca Naţională a României |
2,8289 % |
|
Banka Slovenije |
0,3916 % |
|
Národná banka Slovenska |
0,9314 % |
|
Suomen Pankki |
1,4939 % |
|
Sveriges Riksbank |
2,9790 % |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u revoka
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020.
2. Id-Deċiżjoni (UE) 2019/43 (BĊE/2018/27) hija rrevokata b’effett mill-1 ta’ Frar 2020.
3. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni (UE) 2019/43 (BĊE/2018/27) għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta’ Jannar 2020.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/1810 meħuda bi qbil mar-Renju Unit tad-29 ta’ Ottubru 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 278 l, 30.10.2019, p. 1).
(2) Deċiżjoni (UE) 2019/43 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ Novembru 2018 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/28 (BĊE/2018/27) ĠU L 9, 11.1.2019, p. 178