European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2948

23.5.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Kawża M.12008 — REITAN RETAIL / NORWEGIAN / STRAWBERRY / SPENN)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/2948)

1.   

Fil-15 ta’ May 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Reitan Retail AS (“Reitan Retail”, Norway),

—

Norwegian Reward AS (“Norwegian Reward”, in-Norveġja), ikkontrollata minn Norwegian Air Shuttle A.S.A (“Norwegian”, in-Norveġja),

—

Strawberry Club AS (“Strawberry Club”, in-Norveġja), sussidjarja ta’ Strawberry Holding AS (“Strawberry”, in-Norveġja)

—

Spenn Group AS (“Spenn”, in-Norveġja) bħalissa hija kkontrollata b’mod konġunt minn Norwegian Reward u Strawberry Club.

Reitan Reitan Retail, Norwegian Reward u Strawberry Club se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Spenn.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Reitan Retail topera fis-setturi tal-merċa, tal-konvenjenza, tal-mobbiltà tal-fjuwil u tal-enerġija, u tal-ħasil tal-karozzi fil-pajjiżi Nordiċi u Baltiċi,

—

Norwegian Reward topera programm ta’ lealtà tal-klijenti għall-klijenti tal-linji tal-ajru ta’ Norwegian,

—

Strawberry Club topera programm ta’ lealtà tal-klijenti għall-klijenti tal-lukandi ta’ Strawberry,

3.   

L-attivitajiet kummerċjali ta’ Spenn huma dawn li ġejjin: Spenn topera pjattaforma b’diversi sħab li tiffaċilita l-ġbir u t-tifdija ta’ punti ta’ lealtà fil-pajjiżi Nordiċi.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12008 — REITAN RETAIL / NORWEGIAN / STRAWBERRY / SPENN

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni b’email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2948/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)