|
17.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 113/2009
tat-22 ta’ Ottubru 2009
li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 103/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 540/2009 tat-22 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1450/2004 dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ statistika Komunitarja dwar l-innovazzjoni (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dan l-inċiż li ġej għandu jkun miżjud mal-punt 31 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1450/2004) tal-Anness XXI tal-Ftehim:
|
“— |
32009 R 0540: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 540/2009 tat-22 ta’ Ġunju 2009 (ĠU L 160, 23.6.2009, p. 8).” |
Artikolu 2
It-testi għar-Regolament (KE) Nru 540/2009 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-23 ta’ Ottubru 2009, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 304, 19.11.2009, p. 21.
(2) ĠU L 160, 23.6.2009, p. 8.
(*1) Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.