European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/3007

4.12.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/3007

tat-28 ta’ Novembru 2024

li taħtar erba’ membri u tliet membri supplenti, proposti mir-Repubblika ta’ Ċipru, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposti tal-Gvern Ċiprijott,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandati nazzjonali li abbażi tiegħu ġew proposti għall-ħatra s-Sur Nikos ANASTASIOU, is-Sur Andros KARAYIANNIS, is-Sur Louis KOUMENIDES u s-Sur Stavros STAVRINIDES saru vakanti s-siġġijiet ta’ erba’ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Konsegwentement għal tmiem il-mandati nazzjonali li abbażi tiegħu ġew proposti għall-ħatra s-Sur Theodoros ANTONIOU AVVAS, is-Sa Areti PIERIDOU u s-Sur Kyriacos XYDIAS saru vakanti s-siġġijiet ta’ tliet membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(5)

Il-Gvern Ċiprijott ippropona r-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità lokali bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sa Fotoula HADJIPAPA, Δήμαρχος Λακατάμειας (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Lakatameia), is-Sur Lefteris PERIKLI, Πρόεδρος Κοινοτικού Συμβουλίου Απεσιάς (President tal-Kunsill ta’ Komunità ta’ Apesia), is-Sur Kyriacos XYDIAS, Δήμαρχος Αμαθούντας (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Amathounta), u abbażi ta’ mandat nazzjonali differenti, is-Sur Stavros STAVRINIDES, Δήμαρχος Στροβόλου (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Strovolos).

(6)

Il-Gvern Ċiprijott ippropona r-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità lokali bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sa Maria CHRISTOU, Πρόεδρος Κοινοτικού Συμβουλίου Φασούλας Πάφου (President tal-Kunsill ta’ Komunità ta’ Fasoulas Pafou), is-Sur Stavros HADJIYIANNIS, Δήμαρχος Νότιας Λευκωσίας – Ιδαλίου (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Notias Lefkosias – Idaliou) u s-Sur Antreas THEODOROU, Δήμαρχος Πολεμιδιών (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Polemidia),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

(a)

bħala membri:

—

Is-Sa Fotoula HADJIPAPA, Δήμαρχος Λακατάμειας (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Lakatameia),

—

Is-Sur Lefteris PERIKLI, Πρόεδρος Κοινοτικού Συμβουλίου Απεσιάς (President tal-Kunsill ta’ Komunità ta’ Apesia),

—

Is-Sur Stavros STAVRINIDES, Δήμαρχος Στροβόλου (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Strovolos) (bidla fil-mandat),

—

Is-Sur Kyriacos XYDIAS, Δήμαρχος Αμαθούντας (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Amathounta),

u

(b)

bħala membri supplenti:

—

Is-Sa Maria CHRISTOU, Πρόεδρος Κοινοτικού Συμβουλίου Φασούλας Πάφου (President tal-Kunsill ta’ Komunità ta’ Fasoulas Pafou),

—

Is-Sur Stavros HADJIYIANNIS, Δήμαρχος Νότιας Λευκωσίας – Ιδαλίου (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Notias Lefkosias — Idaliou),

—

Is-Sur Antreas THEODOROU, Δήμαρχος Πολεμιδιών (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Polemidia).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

NAGY M.


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/oj).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/2157/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3007/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)