|
20.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 14/12 |
DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tat-30 ta’ Novembru 2009
dwar il-ħatra ta’ Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej
(2010/33/KE, Euratom)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 223 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 139 tiegħu,
Billi, skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u b’konsegwenza tal-mewt tas-Sur Dámaso Ruiz-Jarabo Colomer, għandu jiġi maħtur Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għall-bqija tal-mandat tas-Sur Dámaso Ruiz-Jarabo Colomer, jiġifieri sas-6 ta’ Ottubru 2015,
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Pedro Cruz Villalón huwa maħtur Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għall-perijodu mit-30 ta’ Novembru 2009 sas-6 ta’ Ottubru 2015.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.
Il-President
B. ASK