10.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9080 — CEFC/Rockaway Capital/European Bridge Travel (II))

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 318/04)

1.   

Fit-3 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:—

—

CEFC Group (Europe) Company a.s. (“CEFC”, iċ-Ċina), ikkontrollata mis-CITIC Group,

—

Rockaway Kapitali SE (“Rockaway”, ir-Repubblika Ċeka).

CEFC u Rockaway jakkwsitaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ European Bridge Travel a.s. (il-joint venture, “JV), li bħalissa hija kkontrollata minn Rockaway.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   CEFC: hija attiva fil-metallurġija, l-inġinerija, servizzi tal-lukandi, il-kiri tal-proprjetà immobbli (tal-ispazju tal-uffiċċji u ħwienet) u l-operazzjoni ta’ klabb sportiv (tal-futbol),

—   Rockaway: tinvesti f’kumpaniji eżistenti u l-istart-ups fis-settur tat-teknoloġija, inkluż il-kummerċ elettroniku,

—   għall-JV: hija kumpanija holding li indirettament il-kontroll ta’ kumpaniji oħra involuti fil-forniment ta’ servizzi tal-ivvjaġġar, b’mod partikolari l-bejgħ ta’ terzi persuni u tal-ivvjaġġar online tal-bejgħ tal-linji tal-ajru.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9080 — CEFC/Rockaway Capital/European Bridge Travel (II)

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.