Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1007/2009, tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (ĠU L 286, p.36).
Dispożittiv
1) L-opinjoni tas-servizz legali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tat-18 ta’ Frar 2009, dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki, ippreżentata mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [KUMM(2008) 469 finali, tat-23 ta’ Lulju 2008], li tinsab fl-Anness A 4 tat-talba għal miżuri provviżorji, u l-estratt tal-imsemmija opinjoni li jinsab fil-punt 16 ta’ din l-istess talba huma mneħħija mill-proċess tal-Kawża T-18/10 R.
2) It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
3) L-ispejjeż huma rriżervati