<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑398/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0398</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:197">EU:C:2017:197</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>tabonclcjeSENTENZA TAD-<DATE ISO="20170309">9.3.2017</DATE> – KAWŻA C-398/15</P><P>MANNI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20170309">9 ta’ Marzu 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Data personali</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ din id-data</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 95/46/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6(1)(e)</KEYWORD><KEYWORD>Data suġġetta għall-pubbliċità tar-reġistru tal-kumpanniji</KEYWORD><KEYWORD>L-Ewwel Direttiva 68/151/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3</KEYWORD><KEYWORD>Stralċ tal-kumpannija kkonċernata</KEYWORD><KEYWORD>Limitazzjoni tal-aċċess tat-terzi għal din id-data</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-398/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Corte suprema di cassazione (qorti tal-kassazzjoni, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150521">21 ta’ Mejju 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20150723">23 ta’ Lulju 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Lecce</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Salvatore Manni,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič (Relatur), President tal-Awla, A. Prechal, A. Rosas, C. Toader u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: I. Illéssy, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20160615">15 ta’ Ġunju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Lecce, minn L. Caprioli, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn E. De Bonis u P. Grasso, avvocati dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u J. Möller, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Irlanda, minn E. Creedon u J. Quaney kif ukoll minn A. Joyce, bħala aġenti, assistiti minn A. Carroll, barrister,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes u M. Figueiredo kif ukoll minn C. Vieira Guerra, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Costa de Oliveira kif ukoll minn D. Nardi u H. Støvlbæk, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20160908">8 ta’ Settembru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE, tad-<DATE ISO="19680309">9 ta’ Marzu 1968</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 58 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f’kull parti tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 3), kif emendata bid-Direttiva 2003/58/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20030715">15 ta’ Lulju 2003</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 304) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva 68/151<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kif ukoll tal-Artikolu 6(1)(e) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE, tal-<DATE ISO="19951024">24 ta’ Ottubru 1995</DATE>, dwar il-protezzjoni ta’ individwi [persuni fiżiċi] fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn il-Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Lecce (kamra tal-kummerċ, tal-industrija, tal-artiġġjanat u tal-agrikoltura ta’ Lecce, l-Italja, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Kamra tal-Kummerċ ta’ Lecce<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u Salvatore Manni fir-rigward tar-rifjut minnha li tħassar ċerta data ta’ natura personali relattiva għal S. Manni mir-reġistru tal-kumpanniji.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 68/151</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Hekk kif tippreċiża l-premessa 3 tad-Direttiva 2003/58, din kienet b’mod partikolari intiża biex timmodernizza d-Direttiva 68/151 b’mod <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>li jagħmlu l-informazzjoni dwar il-kumpanniji aktar aċċessibbli b’mod faċli u malajr minn partijiet interessati, iżda wkoll għandha tħaffef b’mod sinifikanti l-formalitajiet ta’ żvelar imposti fuq kumpanniji<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessi tad-Direttiva 68/151 huma redatti kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>[b]illi l-kordinazzjoni prevista fl-Artikolu 54(3) (ġ) [tat-Trattat KE] u fil-Programm Ġenerali għat-tneħħija ta’ restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ stabbiliment hija kwistjoni ta’ urġenza, speċjalment dwar kumpaniji limitati b’azzjonijiet jew għandhom xort’oħra responsabbiltà limitata, billi l-attiviatjiet ta’ dawk il-kumpaniji ġieli jestendu ’l hinn mill-fruntieri ta’ territorji nazzjonali;</P></CONSID><?PAGE NO="3"?><CONSID><P>billi l-kordinazzjoni ta’ disposizzjonijiet nazzjonali dwar l-iżvelar, il-validità ta’ obbligi li jkunu daħlu għalihom, u n-nullità ta’ dawk il-kumpaniji hija ta’ importanza speċjali, partikolarment għall-iskop ta’ protezzjoni ta’ l-interessi ta’ terzi persuni;</P></CONSID><CONSID><P>billi f’dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet tal-Komunità relattivament għal dawk il-kumpaniji simultanjament, billi l-uniċi salvagwardji li huma joffru lil partijiet terzi huma l-assi tagħhom;</P></CONSID><CONSID><P>billi d-dokumenti bażiċi tal-kumpanija għandhom jiġu żvelati sabiex partijiet terzi jkunu jistgħu jaċċertaw il-kontenut tagħhom u tagħrif ieħor dwar il-kumpanija, speċjalment dettalji tal-persuni li huma awtorizzati li jorbtu l-kumpanija;</P></CONSID><CONSID><P>billi l-protezzjoni ta’ terzi għandha tiġi assigurata b’disposizzjonijiet li jirrestrinġu sa fejn l-iktar possibbli r-raġunijiet li għalihom obbligi aċċettati f’isem il-kumpanija ma jkunux validi;</P></CONSID><CONSID><P>billi huwa meħtieġ, sabiex tiġi assigurata ċertezza fil-liġi dwar relazzjonijiet bejn il-kumpanija u terzi, u wkoll bejn membri, biex jillimitaw il-każijiet li fihom tista’ tinqala’ n-nullità u l-effett retroattiv ta’ dikjarazzjoni ta’ nullità, u biex jiġi ffissat limitu ta’ żmien qasir li fih terzi persuni jistgħu jagħmlu oġġezzjoni għal kull dikjarazzjoni bħal dik<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 68/151, il-miżuri ta’ koordinazzjoni preskritti b’din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar it-tipi ta’ kumpaniji elenkati minn din id-dispożizzjoni, li fosthom tidher, għar-Repubblika Taljana, is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>società a responsabilità limitata<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> (kumpannija b’responsabbiltà limitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, li jinsab fit-Taqsima I tagħha, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Pubbliċità<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw żvelar obbligatorju minn kumpaniji ta’ għall-inqas id-dokumenti u dettalji li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>Il-ħatra, it-tmiem ta’ kariga u d-dettalji tal-persuni li sew bħala korp kostitwit skond liġi u sew bħala membri ta’ kull korp bħal dak:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>huma awtorizzati li jirrappreżentaw il-kumpanija fit-trattattivi ma’ terzi u fi proċedimenti legali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>jieħdu parti fl-amministrazzjoni, sorveljanza jew kontroll tal-kumpanija.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(h)</NO.P><TXT>L-istralċ tal-kumpanija;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(j)</NO.P><TXT>Il-ħatra ta’stralċjarji, dettalji dwarhom, u s-setgħat rispettivi tagħhom, kemm-il darba dawn is-setgħat huma espressament u esklussivament meħuda minn liġi jew mill-istatuti tal-kumpanija;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(k)</NO.P><TXT>It-terminazzjoni ta’ l-istralċ u, fi Stati Membri meta tħassir mir-reġistru jinvolvi konsegwenzi legali, il-fatt ta’ kull tħassir bħal dak.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva msemmija, li jinsab fl-istess Taqsima, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>F’kull Stat Membru, għandu jinfetaħ file fir-reġistru ċentrali, reġistru kummerċjali jew reġistru tal-kumpanniji, għal kull waħda minn dawk il-kumpanniji rreġistrati fih.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dokumenti u partikolaritajiet kollha li għandhom ikunu żvelati skond l-Artikolu 2 għandhom jinżammu fil-file, jew jiddaħħlu fir-reġistru; is-suġġett tan-notamenti fir-reġistru għandhom f’kull każ jidhru fil-file.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kopja tad-dokumenti jew partikolaritajiet kollha jew kull parti minnhom li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2 ikollha tkun disponibbli meta japplikaw għaliha. Mhux aktar tard mill-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>, applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lir-reġistru permezz ta’ stampat jew mezzi elettroniċi skond kif jagħżel l-applikant.</ALINEA><ALINEA>Minn data li għandha tintgħażel minn kull Stat Membru, li mgħandhiex tkun aktar tard mill-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>, kopji kif hemm riferenza għlihom fl-ewwel paragrafu għandhom ikunu disponibbli mir-reġistru permezz ta’ stampat jew b’mezzi elettroniċi kif jagħżel l-applikant. Dan għandu japplika fil-każ tad-dokumenti u partikolaritajiet kollha, irrispettivament jekk kinux ippreżentati qabel jew wara d-data magħżula. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk id-dokumenti u partikolaritajiet kollha, jew ċerti tipi tagħhom, jiġux ippreżentati permezz ta’ stampat jew qabel data li tista’ ma tkunx aktar tard mill-<DATE ISO="20061231">31 ta’ Diċembru 2006</DATE> għandhom ikuni disponibbli mir-reġistru permezz ta’ mezzi elettroniċi jekk perjodu speċifiku jkun skada bejn id-data ta’ meta jkun ġie ppreżentat u d-data ta’ l-applikazzjoni li tkun ippreżentata lir-reġistru. Perjodu speċifikat bħal dan ma jistax ikun anqas minn 10 snin.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Id-Direttiva 68/151 tħassret u ġiet issostitwita bid-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="258" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 258, p. 11</REF.DOC.OJ>), li sussegwentement ġiet emendata bid-Direttiva 2012/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20120613">13 ta’ Ġunju 2012</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="156" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 156, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>B’mod partikolari, id-Direttiva 2012/17 introduċiet fid-Direttiva 2009/101 l-Artikolu 7a, li jippreċiża:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Il-proċessar tad-data personali li jsir fil-kuntest ta’ din id-Direttiva għandu jkun soġġett għad-Direttiva 95/46/KE […]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dawl tad-data meta seħħew il-fatti, it-tilwima fil-kawża prinċipali tibqa’ rregolata mid-Direttiva 68/151.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 95/46</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Id-Direttiva 95/46 li, skont l-Artikolu 1 tagħha, għandha l-għan li tipproteġi l-libertajiet u d-drittijiet fundamentali tal-persuni fiżiċi, b’mod partikolari, id-dritt għall-ħajja privata, fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali, kif ukoll l-eliminazzjoni tal-ostakoli għall-moviment liberu ta’ dik id-data, tipprovdi fil-premessi 10 u 25 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>(10)</NO.P><TXT>Billi l-għan tal-liġijiet nazzjonali dwar il-proċessar ta’ data personali huwa l-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, l-aktar id-dritt għall-ħajja privata, li huwa rikonoxxut kemm fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u fil-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Komunità; billi, għal dik ir-raġuni, l-approssimazzjoni ta’ dawk il-liġijiet m’għandhiex bħala riżultat ta’ dan tnaqqas mill-protezzjoni minnhom mogħtija, imma għandha, għall-kuntrarju, tfittex li tassigura grad għoli ta’ protezzjoni fil-Komunità;</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="5"?><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(25)</NO.P><TXT>Billi l-prinċipji ta’ protezzjoni għandhom ikunu riflessi, minn naħa l-waħda, fl-obbligazzjonijiet imposti fuq persuni, awtoritajiet pubbliċi, intrapriżi, aġenziji u korpi oħra responsabbli għal ipproċessar, partikolarment dwar il-kwalità tad-data, sigurtà teknika, avviżi lill-awtorità ta’ superviżjoni, u ċ-ċirkostanzi li fihom jista’ jsir l-ipproċessar, u, minn naħa l-oħra, id-dritt mogħti lil individwu, li d-data dwaru jkun is-suġġett ta’ l-ipproċessar, li jkun mgħarraf bl-ipproċessar li jkun qed isir dwaru, li jikkonsulta d-data, jitlob korrezzjonijiet u li jagħmel ukoll oġġezzjoni għal ipproċessar f’ċerti ċirkostanzi<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46 jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>data personali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> tfisser kull data li jkollha x’taqsam ma’ persuna naturali identifikata jew identifikabbli (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>suġġett tad-data<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>); persuna identifikabbli huwa min jista’ jkun identifikat, direttament jew indirettament, partikolarment b’referenza għal numru ta’ identità jew għal fattur wieħed speċifiku jew aktar dwar l-identità fiżika, fiżjoloġika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tiegħu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>ipproċessar ta’ data personali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>ipproċessar<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>) tfisser kull operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li jsiru fuq data personali, b’mezzi awtomatiċi jew mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, reġistrazzjoni, organizzazzjoni, ħażna, adattament jew bdil, rkupru, konsultazzjoni, użu, żvelar bi trasmissjoni, tixrid jew li xort’oħra jagħmlu l-ipproċessar disponibbli jew li jġibu allineament, taħlita, imblokk, tħassir jew distruzzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> tfisser persuna naturali jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li waħdu jew flimkien ma’ oħrajn jiddetermina l-finijiet u l-mezzi ta’ l-ipproċessar ta’ data personali; meta l-finijiet u l-mezzi ta’ l-ipproċessar ikunu determinati minn liġijiet jew regolamenti nazzjonali jew tal-Komunità, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għan-nomina tiegħu jistgħu jkunu stabbiliti b’liġijiet nazzjonali jew tal-Komunità;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Skop<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Din id-Direttiva għandha tkun applikabbli għall-ipproċessar ta’ data personali fl-intier tiegħu jew parti minnu b’mezzi awtomatiċi, u għall-ipproċessar b’mezzi oħra mhux awtomatiċi ta’ data personali li tagħmel parti minn sistema ta’ skedar jew li tkun maħsuba li tagħmel parti minn sistema ta’ skedar.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Taħt it-Taqsima I tal-Kapitolu II tad-Direttiva 95/46, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Prinċipji dwar il-kwalità tad-data<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, l-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Stati Membri għandhom jipprovdu li data personali għandu jkun:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ipproċessat b’mod ġust u skond il-liġi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>miġbur għal finijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi u mhux ipproċessat aktar b’mod li ma jkunx kompatibbli ma dawk il-finijiet. Ippoċessar iktar ta’ data għal finijiet storiċi, ta’ statistika jew xjentifiċi m’għandux jitqies bħala inkompatibbli sakemm dak l-Istat Membru jagħti protezzjoni xierqa;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>adekwat, rilevanti u mhux eċċessiv għall-finijiet li għalih jinġab u/jew jiġi iktar ipproċessat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>eżatt u, fejn meħtieġ, jinżamm aġġornat; għandu jsir dak kollu raġjonevoli biex ikun assigurat li data li ma tkunx eżatta jew mhux kompleta, meħud kont tal-finijiet li għalihom kien inġabar jew li għalihom ikun sar iktar ipproċessar, jitħassar jew jissewwa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>miżmum b’mod li jippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal mhux iktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom id-data tkun inġabret jew li għalihom tkun iktar ipproċessata. Stati Membri għandhom jistabbilixxu protezzjoni xierqa għal data personali maħżuna għal perijodi itwal għal użu storiku, ta’ statistika jew xjentifiku.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għandu jkun il-kontrollur li jassigura konformità mal-paragrafu 1.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Taħt it-Taqsima II tal-Kapitolu II tad-Direttiva 95/46, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Kriterji biex l-ipproċessar ta’ data jkun leġittimu<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, l-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Stati Membri għandhom jipprovdu li data personali jista’ jkun ipproċessat biss jekk:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>l-ipproċessar ikun meħtieġ biex titħares obbligazzjoni legali li s-suġġett tagħha jkun il-kontrollur;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>jew</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>l-ipproċessar ikun meħtieġ biex isir ħidma fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika vestita fil-kontrollur jew f’parti terza li lilha jkun żvelat id-data;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>jew</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ l-interessi leġittimi li jkollu l-kontrollur jew il-parti terza jew il-partijiet li lilhom ikun żvelat id-data, ħlief meta dawk l-interessi jiġu wara l-interessi ta’ drittijiet u libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data li jkun jeħtiġilhom protezzjoni skond l-Artikolu 1(1).<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Dritt ta’ aċċess<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Stati Membri għandhom jiggarantixxu lil kull suġġett tad-data d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>skond kif jixraq, ir-rettifika, tħassir jew imblokk ta’ data li l-ipproċessar tiegħu ma jkunx skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, partikolarment minħabba n-natura mhux kompluta jew mhux eżatta tad-data;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/46, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Id-dritt tas-suġġett tad-data li jagħmel oġġezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Stati Membri għandhom jagħtu lis-suġġett tad-data d-dritt:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li, bla ħsara għal dak provdut fil-liġijiet nazzjonali, mill-inqas fil-każi msemmija fl-Artikolu 7(e) u (f), jagħmel oġġezzjoni f’kull żmien kontra l-ipproċessar ta’ data dwaru għal raġunijiet gravi u leġittimi dwar is-sitwazzjoni partikolari tiegħu. Meta jkun hemm oġġezzjoni ġustifikata, l-ipproċessar mibdi mill-kontrollur jista’ ma jibqax juża dak id-data;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46 jipprovdi għall-implementazzjoni mill-Istati Membri ta’ awtorità ta’ superviżjoni inkarigata li tissorvelja l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet adottati b’applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 2188 tal-codice civile (kodiċi ċivili) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>1) Ir-reġistru tal-kumpanniji huwa stabbilit għall-finijiet tar-reġistrazzjonijiet previsti mil-liġi.</ALINEA><ALINEA>2) Ir-reġistru għandu jinżamm mill-uffiċċju tar-reġistru tal-kumpanniji, taħt is-sorveljanza ta’ Imħallef iddelegat mill-President tal-qorti.</ALINEA><ALINEA>3) Ir-reġistru għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(1) u (2) tal-legge n. 580 – Riordinamento delle camere di commercio, industria, artigianato e agricoltura (Liġi Nru 580, li torganizza mill-ġdid il-Kmamar tal-Kummerċ, tal-Industrija, tal-Artiġġjanat u tal-Agrikoltura), tad-<DATE ISO="19931229">29 ta’ Diċembru 1993</DATE> (suppliment ordinarju għall-GURI Nru 7, tal-<DATE ISO="19940111">11 ta’ Jannar 1994</DATE>), jipprevedi li ż-żamma tar-reġistru tal-kumpanniji għandha tiġi fdata lill-Kmamar tal-Kummerċ, tal-Industrija, tal-Artiġġjanat u tal-Agrikoltura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-decreto del Presidente della Repubblica n. 581 – Regolamento di attuazione dell’articolo 8 della legge <DATE ISO="19931229">29 dicembre 1993</DATE>, n. 580, in materia di istituzione del registro delle impresa di cui all’articolo 2188 del codice civile (Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 581, li jirregola l-implementazzjoni tal-Artikolu 8 tal-Liġi Nru 580, tad-<DATE ISO="19931229">29 ta’ Diċembru 1993</DATE>, dwar l-istabbiliment tar-reġistru tal-kumpanniji stabbilit fl-Artikolu 2188 tal-Kodiċi Ċivili), tas-<DATE ISO="19951207">7 ta’ Diċembru 1995</DATE> (GURI Nru 28, tat-<DATE ISO="19960203">3 ta’ Frar 1996</DATE>), jirregola ċerti aspetti relattivi għar-reġistru tal-kumpanniji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>It-traspożizzjoni fil-liġi Taljana tad-Direttiva 95/46 hija żgurata bid-decreto legislativo n. 196 – Codice in materia di protezione dei dati personali (Digriet Legali Nru 196, li jistabbilixxi kodiċi fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali), tat-<DATE ISO="20030630">30 ta’ Ġunju 2003</DATE> (suppliment ordinarju għall-GURI Nru 174, tad-<DATE ISO="20030729">29 ta’ Lulju 2003</DATE>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>S. Manni huwa l-amministratur uniku ta’ Italiana Costruzioni Srl, li ġiet attribwita kuntratt għall-kostruzzjoni ta’ kumpless turistiku.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>B’rikors tat-<DATE ISO="20071212">12 ta’ Diċembru 2007</DATE>, S. Manni ppreżenta kawża kontra l-Kamra tal-Kummerċ ta’ Lecce, billi sostna li l-bini ta’ dan il-kumpless ma kienx qiegħed jinbiegħ minħabba l-fatt li mir-reġistru tal-kumpanniji kien qed jirriżulta li huwa kien l-amministratur uniku u l-likwidatur ta’ Immobiliare e Finanziaria Salentina Srl (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Immobiliare Salentina<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>), li l-falliment tagħha kien iddikjarat matul l-1992 u li tħassret mir-reġistru tal-kumpanniji, wara proċedura ta’ stralċ, fis-<DATE ISO="20050707">7 ta’ Lulju 2005</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, S. Manni osserva li d-data personali li tikkonċernah, li tirriżulta mir-reġistru tal-kumpanniji, ġiet ipproċessata minn kumpannija speċjalizzata fil-ġbir u fl-ipproċessar ta’ informazzjoni tas-suq u fl-evalwazzjoni tar-riskji (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>rating<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>) u li, minkejja talba f’dan is-sens, il-Kamra tal-Kummerċ ta’ Lecce ma ħassritx din id-data personali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>B’hekk, S. Manni talab, minn naħa, li jiġi ordnat li l-Kamra tal-Kummerċ ta’ Lecce tħassar, li tagħmel anonima jew li tibblokka d-data li torbtu mal-falliment ta’ Immobiliare Salentina u, min-naħa l-oħra, li din il-Kamra tal-Kummerċ tiġi kkundannata tikkumpensa d-dannu subit minnu minħabba l-ħsara lir-reputazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>B’sentenza tal-<DATE ISO="20110801">1 ta’ Awwissu 2011</DATE>, it-Tribunale di Lecce (qorti ta’ Lecce, l-Italja) a laqgħet din it-talba, billi ordnat lill-Kamra tal-Kummerċ ta’ Lecce li tagħmel anonima d-data li torbot lil S. Manni mal-falliment ta’ Immobiliare Salentina u billi kkundannat lill-konvenuta għall-kumpens ta’ dannu, stmat għal EUR <FT TYPE="NUMBER">2000</FT>, flimkien mal-interessi u l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>It-Tribunale di Lecce (qorti ta’ Lecce), effettivament qieset li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>ir-reġistrazzjonijiet li jorbtu l-isem ta’ persuna fiżika ma’ fażi kritika tal-ħajja tal-impriża (bħall-falliment) ma jistgħux ikunu perenni, fin-nuqqas ta’ interess ġenerali speċifiku fil-konservazzjoni u fid-divulgazzjoni tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. Fin-nuqqas ta’ tul massimu ta’ reġistrazzjoni stabbilit mill-kodiċi ċivili, din qieset li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>ladarba jgħaddi perijodu xieraq<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> mill-konklużjoni tal-falliment tal-kumpannija kkonċernata u l-istralċ tagħha mir-reġistru tal-kumpanniji, il-ħtieġa u l-utilità, fis-sens tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 196, tal-indikazzjoni ta’ isem l-ex amministratur uniku ta’ din il-kumpannija fil-mument tal-falliment tagħha tispiċċa, l-interess pubbliku ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>memorja storika<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="2019" ID="QE0033"/> tal-eżistenza tal-kumpannija u tad-diffikultajiet li din għaddiet minnhom [li jistgħu] jitwettqu fil-parti l-kbira permezz ta’ data anonima<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Wara li l-Kamra tal-Kummerċ ta’ Lecce ppreżentat appell fil-kassazzjoni kontra s-sentenza msemmija, il-Corte suprema di cassazione (qorti tal-kassazzjoni, l-Italja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>1)</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ żamma tad-data personali b’mod li tippermetti l-identifikazzjoni tal-persuni kkonċernati għal perijodu ta’ żmien li ma jaqbiżx dak meħtieġ għat-twettiq tal-għanijiet li għalihom tinġabar din id-data jew tiġi pproċessata sussegwentement, previst fl-Artikolu 6(e) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE, tal-<DATE ISO="19951024">24 ta’ Ottubru 1995</DATE>, trasposta bid-Digriet Leġiżlattiv Nru 1996, tat-<DATE ISO="20030630">30 ta’ Ġunju 2003</DATE>, għandu jipprevalixxi u, għaldaqstant, jipprekludi s-sistema ta’ pubblikazzjoni mwettqa bir-reġistru tal-kumpanniji, previst bl-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE, tad-<DATE ISO="19680309">9 ta’ Marzu 1968</DATE>, kif ukoll bid-dritt nazzjonali fl-Artikolu 2188 tal-Codice Civile u bl-Artikolu 8 tal-Liġi Nru 580 tad-<DATE ISO="19941229">29 ta’ Diċembru 1994</DATE>, sa fejn dan ikun jeħtieġ li kulħadd, mingħajr limitazzjonijiet ta’ żmien, ikun jista’ jsir jaf bid-data relatata mal-persuni fiżiċi li jirriżultaw minnu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Artikolu 3 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KE, tad-<DATE ISO="19680309">9 ta’ Marzu 1968</DATE>, jippermetti li, b’deroga mit-tul ta’ żmien mhux limitat u mid-destinatarji mhux determinati tad-data ppubblikata fir-reġistru tal-kumpanniji, id-data stess ma tibqax suġġetta għal <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>pubblikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="2019" ID="QE0035"/>, f’tali sinjifikat doppju, iżda minflok tkun disponibbili biss għal żmien limitat u fir-rigward ta’ destinatarji determinati, abbażi ta’ valutazzjoni każ b’każ fdata f’idejn l-amministratur tad-data?<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Bid-domandi tagħha, li għandhom jiġu ttrattati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 3 tad-Direttiva 68/151 u l-Artikolu 6(1)(e) tad-Direttiva 95/46 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li l-Istati Membri jistgħu, jew saħansitra għandhom, jippermettu lill-persuni fiżiċi, imsemmija fl-Artikolu 2(1)(d) u (j) tad-Direttiva 68/151, li jitolbu lill-awtorità inkarigata miż-żamma tar-reġistru tal-kumpanniji biex tillimita, mal-iskadenza ta’ ċertu perijodu wara l-istralċ tal-kumpannija kkonċernata u abbażi ta’ evalwazzjoni każ b’każ, l-aċċess għad-data personali li tikkonċernahom, imniżżla f’dan ir-reġistru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li l-każ inkwistjoni fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari indirizzati lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jirrigwardawx l-ipproċessar ulterjuri tad-data kkontestata f’dan il-każ imwettaq minn kumpannija speċjalizzata fl-attività ta’ rating, li jissemma fil-punt 25 ta’ din is-sentenza, iżda jirrigwarda l-aċċessibbiltà minn terzi ta’ tali data miżmuma fir-reġistru tal-kumpanniji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu qabel kollox jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva 68/151, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji biex il-pubbliċità obbligatorja dwar il-kumpanniji ssemmi mill-inqas il-ħatra, it-tmiem ta’ kariga kif ukoll id-dettalji tal-persuni li, sew bħala korp ikkostitwit skont il-liġi u sew bħala membri ta’ tali korp, huma awtorizzati li jirrappreżentaw lill-kumpannija kkonċernata fit-trattativi ma’ terzi u fi proċedimenti legali, jew jieħdu parti fl-amministrazzjoni, fis-sorveljanza jew fil-kontroll tal-kumpannija. Barra minn hekk, skont dan l-istess Artikolu 2(1)(j), għandhom isiru pubbliċi wkoll il-ħatra ta’ stralċjarji, dettalji dwarhom kif ukoll, fil-prinċipju, is-setgħat rispettivi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>B’applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) sa (3) tad-Direttiva 68/151, dawn l-indikazzjonijiet għandhom jitniżżlu f’kull Stat Membru jew f’reġistru ċentrali, jew f’reġistru tal-kummerċ jew f’reġistru tal-kumpanniji (iktar ’il quddiem, flimkien, ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>reġistru<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>), u kopja sħiħa jew parzjali ta’ dawn l-indikazzjonijiet għandha tkun tista’ tinkiseb fuq talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li l-indikazzjonijiet relattivi għall-identità tal-persuni msemmija fl-Artikolu 2(1)(d) u (j) tad-Direttiva 68/151 jikkostitwixxu, bħala informazzjoni li tikkonċerna lil persuni fiżiċi identifikati jew identifikabbli, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>data personali<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 95/46. Fil-fatt, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-fatt li xi informazzjoni tidħol fil-kuntest ta’ attività professjonali ma huwiex tali li jneħħilha l-kwalità ta’ data personali (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth u PAN Europe vs EFSA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-615/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:489">EU:C:2015:489</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, meta tniżżel u żżomm l-informazzjoni msemmija fir-reġistru u meta tikkomunika din, jekk ikun il-każ, fuq talba lil terzi, l-awtorità inkarigata biż-żamma ta’ dan ir-reġistru twettaq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>ipproċessar ta’ data ta’ natura personali<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, li din hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>responsabbli<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> għaliha, fis-sens tad-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2(b) u (d) tad-Direttiva 95/46.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>L-ipproċessar ta’ data personali li b’hekk isir fl-implementazzjoni tal-Artikolu 2(1)(d) u (j) u tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 68/151 huwa suġġett għad-Direttiva 95/46, abbażi tal-Artikolu 1 u 3 ta’ din tal-aħħar. Barra minn hekk, issa dan hu espressament previst fl-Artikolu 7a tad-Direttiva 2009/101, kif emendata bid-Direttiva 2012/17, li madankollu f’dan ir-rigward ma għandu ebda valur dikjarattiv. Hekk kif esponiet il-Kummissjoni Ewropea waqt is-seduta, il-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea effettivament ħass li kien utli li jfakkar din iċ-ċirkustanza fil-kuntest tal-emendi leġiżlattivi introdotti mid-Direttiva 2012/17 u intiżi biex jiżguraw l-interoperabbiltà tar-reġistri tal-Istati Membri, peress li dawn l-emendi jbassru żieda fl-intensità tal-ipproċessar ta’ data personali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-Direttiva 95/46, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-Artikolu 1 u mill-premessa 10 tagħha, din hija intiża li tiggarantixxi livell għoli ta’ protezzjoni tal-libertajiet u tad-drittijiet fundamentali tal-persuni fiżiċi, b’mod partikolari tal-ħajja privata tagħhom, fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140513">13 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Google Spain u Google</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-131/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:317">EU:C:2014:317</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Skont il-premessa 25 tad-Direttiva 95/46, il-prinċipji ta’ protezzjoni previsti f’din id-direttiva għandhom ikunu riflessi, minn naħa, fl-obbligi imposti fuq il-persuni li jipproċessaw id-data, obbligi li jikkonċernaw b’mod partikolari l-kwalità tad-data, is-sigurtà teknika, in-notifika lill-awtorità ta’ superviżjoni, iċ-ċirkustanzi li fihom jista’ jsir l-ipproċessar, u, min-naħa l-oħra, fid-drittijiet mogħtija lill-persuni li d-data tagħhom tkun is-suġġett ta’ pproċessar li jkunu informati dwar dan, li jkollhom aċċess għad-data, li jkunu jistgħu jitolbu rettifiki tad-data, u li saħansitra joġġezzjonaw għall-ipproċessar f’ċerti kundizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46, sa fejn jirregolaw l-ipproċessar ta’ data personali li tista’ tippreġudika l-libertajiet fundamentali u, b’mod partikolari, id-dritt għall-ħajja privata, għandhom neċessarjament jiġu interpretati fid-dawl tad-drittijiet fundamentali żgurati mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>) (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Schrems</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-362/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:650">EU:C:2015:650</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>B’hekk, l-Artikolu 7 tal-Karta jiggarantixxi d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata, filwaqt li l-Artikolu 8 tal-Karta jirrikonoxxi espliċitament id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-aħħar artikolu jippreċiżaw li din id-data għandha tiġi pproċessata b’mod ġust, għal finijiet iddeterminati u abbażi tal-kunsens tal-persuna kkonċernata jew fuq bażi oħra leġittima stabbilita mil-liġi, u li kull persuna għandha d-dritt ta’ aċċess għad-data miġbura li tirrigwarda lilha u d-dritt li tikseb ir-rettifika tagħha u li l-osservanza ta’ dawn ir-regoli għandha tkun suġġetta għas-superviżjoni ta’ awtorità indipendenti. Dawn ir-rekwiżiti huma implementati b’mod partikolari fl-Artikoli 6, 7, 12, 14 u 28 tad-Direttiva 95/46.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ legalità imposti bid-Direttiva 95/46, għandu jitfakkar li, bla ħsara għad-derogi ammessi taħt l-Artikolu 13 tagħha, kull ipproċessar ta’ data għandu, minn naħa, ikun konformi mal-prinċipji dwar il-kwalità tad-data stabbiliti fl-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva u, min-naħa l-oħra, jissodisfa wieħed mill-prinċipji dwar in-natura leġittima tal-ipproċessar ta’ data elenkati fl-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140513">13 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Google Spain u Google</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-131/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:317">EU:C:2014:317</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 52 tal-konklużjonijiet tiegħu, għandu jiġi kkonstatat li l-ipproċessar ta’ data personali li jsir mill-awtorità inkarigata miż-żamma tar-reġistru fl-implementazzjoni tal-Artikolu 2(1)(d) u (j), u tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 68/151 jissodisfa diversi raġunijiet ta’ leġittimazzjoni previsti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46, jiġifieri dawk li jinsabu fil-punt (c) tiegħu, dwar l-osservanza ta’ obbligu legali, fil-punt (e) tiegħu, dwar l-eżerċizzju tal-awtorità pubblika jew l-eżekuzzjoni ta’ missjoni ta’ interess pubbliku, u fil-punt (f) tiegħu, dwar it-twettiq ta’ interess leġittimu imfittex mill-persuna responsabbli mill-ipproċessar jew mit-terza persuna li lilha tiġi kkomunikata d-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod partikolari, tal-motiv ta’ leġittimazzjoni stabbilit fl-Artikolu 7(e) tad-Direttiva 95/46, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni li tiddeċiedi li l-attività ta’ awtorità pubblika li tikkonsisti fil-ħarsien, f’bażi ta’ data, tad-data li l-kumpanniji huma marbuta li jikkomunikaw abbażi ta’ obbligi legali, biex tippermetti lill-persuni interessati jikkonsultaw din id-data u biex tipprovdilhom kopji tagħha tidħol fl-eżerċizzju ta’ prerogattivi ta’ setgħa pubblika (ara<?PAGE NO="11"?> s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Compass-Datenbank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-138/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:449">EU:C:2012:449</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, tali attività tikkostitwixxi wkoll missjoni ta’ interess pubbliku, fis-sens ta’ din l-istess dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-partijiet fil-kawża prinċipali ma jaqblux dwar il-punt jekk l-awtorità inkarigata biż-żamma tar-reġistru għandhiex, mal-iskadenza ta’ ċertu terminu wara t-tmiem tal-attivitajiet ta’ kumpannija u fuq talba tal-persuna kkonċernata, jew tħassar jew tagħmel anonima d-data personali, jew tillimita l-pubbliċità tagħha. F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tistaqsi ruħha b’mod partikolari jekk tali obbligu jirriżultax mill-Artikolu 6(1)(e) tad-Direttiva 95/46.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(1)(e) tad-Direttiva 95/46, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li d-data personali għandha tinżamm b’mod li jippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal mhux iktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom id-data tkun inġabret jew li għalihom tkun ipproċessata ulterjorment. Meta din id-data tinżamm lil hinn mill-perijodu msemmi iktar ’il fuq għal finijiet storiċi, statistiċi jew xjentifiċi, l-Istati Membri għandhom jipprovdu garanziji xierqa. Skont il-paragrafu 2 tal-istess Artikolu, għandu jkun il-kontrollur li jassigura konformità ma’ dawn il-prinċipji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 6(1)(e) tad-Direttiva 95/46, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu lill-persuna kkonċernata, b’applikazzjoni tal-Artikolu 12(b) tagħha, id-dritt li tikseb mingħand il-kontrollur, skont il-każ, it-tħassir jew imblokk tad-data kkonċernata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140513">13 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Google Spain u Google</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-131/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:317">EU:C:2014:317</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/46, l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu lis-suġġett tad-data d-dritt, b’mod partikolari fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 7(e) u (f) tagħha, li joġġezzjona f’kull ħin, għal raġunijiet gravi u leġittimi marbuta mas-sitwazzjoni partikolari tiegħu, għall-ipproċessar ta’ data li tikkonċernah, sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni kuntrarja fid-dritt nazzjonali. Għalhekk, l-ibbilanċjar li għandu jitwettaq fil-kuntest tal-imsemmi punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 jippermetti li jittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod iktar speċifiku ċ-ċirkustanzi kollha tas-sitwazzjoni konkreta tal-persuna kkonċernata. Fil-każ ta’ oġġezzjoni ġġustifikata, l-ipproċessar implementat mill-kontrollur ta’ dan l-ipproċessar ma jkunx jista’ jibqa’ jkopri din id-data (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140513">13 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Google Spain u Google</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-131/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:317">EU:C:2014:317</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ddeterminat jekk l-Istati Membri humiex marbuta, skont l-Artikolu 6(1)(e) u l-Artikolu 12(b), jew il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/46, li jipprovdu għall-persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 2(1)(d) u (j) tad-Direttiva 68/151, id-dritt li jitolbu lill-awtorità inkarigata miż-żamma tar-reġistru li tħassar jew tibblokka wara ċertu żmien id-data personali mniżżla f’dan ir-reġistru, jew li jillimitaw l-aċċess, għandu, qabel kollox, jiġi stabbilit x’inhu l-għan ta’ din ir-reġistrazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-premessi u mit-titolu tad-Direttiva 68/151 jirriżulta li l-pubbliċità prevista minnha hija intiża biex tipproteġi b’mod partikolari l-interessi tat-terzi meta mqabbel mal-kumpanniji limitati b’azzjonijiet u mal-kumpanniji b’responsabbiltà limitata, peress li dawn joffru bħala garanzija fir-rigward tat-terzi l-assi tagħhom biss. Għal dan il-għan, il-pubbliċità għandha tippermetti li t-terzi persuni jkunu jistgħu isiru jafu l-atti essenzjali tal-kumpannija kkonċernata u ċerti indikazzjonijiet li jikkonċernawha, bħall-identità tal-persuni li huma awtorizzati li jorbtu lill-kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrilevat li l-għan tad-Direttiva 68/151 huwa li tiżgura ċ-ċertezza legali fir-relazzjonijiet bejn il-kumpanniji u t-terzi fil-perspettiva ta’ intensifikazzjoni tal-kurrenti tal-kummerċ bejn Stati Membri wara l-ħolqien tas-suq intern u li, f’din il-perspettiva, kull persuna li tixtieq tistabbilixxi u twettaq rapporti kummerċjali ma kumpanniji li jinsabu fi Stati Membri oħra għandha tkun tista’ taċċedi faċilment għad-data essenzjali relattiva għall-kostituzzjoni<?PAGE NO="12"?> tal-kumpanniji kummerċjali u għas-setgħat tal-persuni inkarigati li jirrappreżentawhom, liema ħaġa teħtieġ li d-data kollha rilevanti tkun tidher b’mod espliċitu fir-reġistru (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19741112">12 ta’ Novembru 1974</DATE>, <NAME.CASE>Haaga</NAME.CASE>, <NO.CASE>32/74</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:116">EU:C:1974:116</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0006">6</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-pubbliċità prevista fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 68/151 hija intiża biex tippermetti l-informazzjoni lit-terzi interessati kollha, mingħajr ma dawn għandhom jiġġustifikaw dritt jew interess li jeħtieġ protezzjoni. F’dan ir-rigward, din irrilevat li t-test stess tal-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat KEE, li fuqu kienet ibbażata din id-direttiva, issemmi l-għan ta’ protezzjoni tal-interessi tat-terzi b’mod ġenerali mingħajr ma jiġu distinti jew esklużi ċerti kategoriji fosthom, b’tali mod li l-kunċett ta’ terzi msemmi f’din id-dispożizzjoni ma jistax b’mod partikolari jiġi ridott biss għall-kredituri tal-kumpannija kkonċernata (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19971204">4 ta’ Diċembru 1997</DATE>, <NAME.CASE>Daihatsu Deutschland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-97/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:581">EU:C:1997:581</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll id-digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040923">23 ta’ Settembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Springer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-435/02 u C-103/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:552">EU:C:2004:552</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Sussegwentement, fir-rigward tal-kwistjoni jekk, sabiex jitwettaq l-għan imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 68/151, huwiex fil-prinċipju neċessarju li d-data personali tal-persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 2(1)(d) u (j) ta’ din id-direttiva tibqa’ mniżżla fir-reġistru u/jew tibqa’ aċċessibbli għal kull terz fuq talba anki wara t-terminazzjoni tal-attività tal-kumpannija kkonċernata, għandu jiġi kkonstatat li d-direttiva msemmija ma tagħti ebda preċiżazzjoni dwar dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali fil-punti 73 u 74 tal-konklużjonijiet tiegħu, huwa stabbilit li, anki wara x-xoljiment ta’ kumpannija, jistgħu jibqgħu jeżistu drittijiet u relazzjonijiet legali fir-rigward tagħha. B’hekk, f’każ ta’ tilwima, id-data msemmija fl-Artikolu 2(1)(d) u (j) tad-Direttiva 68/151 tista’ tirriżulta li hija neċessarja sabiex, b’mod partikolari, tiġi vverifikata l-legalità ta’ att magħmul f’isem din il-kumpannija matul il-perijodu tal-attività tagħha jew sabiex terzi jkunu jistgħu jippreżentaw kawża kontra l-membri tal-organi jew kontra l-likwidaturi tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Barra minn hekk, b’mod partikolari skont it-termini ta’ preskrizzjoni applikabbli fl-Istati Membri differenti, xi kwistjonijiet li jeħtieġu d-disponibbiltà ta’ din id-data jistgħu iqumu ħafna snin wara li din il-kumpannija tkun waqfet teżisti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Issa, fid-dawl tal-ħafna xenarji possibbli, li jistgħu jinvolvu atturi f’diversi Stati Membri, u tal-eteroġenità sinifikanti fil-perijodi ta’ preskrizzjoni stabbiliti mid-diversi liġijiet nazzjonali fl-oqsma differenti tal-liġi, enfasizzata mill-Kummissjoni, jidher, fl-istat attwali, li huwa impossibbli li jiġi identifikat terminu uniku, li jibda jiddekorri mix-xoljiment ta’ kumpannija, li mal-iskadenza tiegħu ir-reġistrazzjoni tad-data msemmija fir-reġistru u l-pubbliċità tagħha ma tibqax neċessarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, skont l-Artikolu 6(1)(e) u l-Artikolu 12(b) tad-Direttiva 95/46, l-Istati Membri ma humiex marbuta li jiżguraw lill-persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 2(1)(d) u (j) tad-Direttiva 68/151, id-dritt li jiksbu fil-prinċipju wara ċertu terminu mix-xoljiment tal-kumpannija kkonċernata, it-tħassir tad-data personali li tikkonċernahom, li tniżżlet fir-reġistru b’applikazzjoni ta’ din l-aħħar dispożizzjoni, jew l-ibblokkar tagħha għall-pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1)(e) u tal-Artikolu 12(b) tad-Direttiva 95/46 ma twassalx, barra minn hekk, għal indħil sproporzjonat fid-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati, u b’mod partikolari fid-dritt għar-rispett tal-ħajja privata tagħhom kif ukoll fid-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-data personali, żgurat mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, l-Artikolu 2(1)(d) u (j) u l-Artikolu 3 tad-Direttiva 68/151 jimponu l-pubbliċità biss għal numru limitat ta’ data personali, jiġifieri dik relatata mal-identità u mal-funzjonijiet rispettivi tal-persuni li għandhom is-setgħa li jorbtu lill-kumpannija kkonċernata fir-rigward tat-terzi u li jirrappreżentawha legalment, jew li jipparteċipaw fl-amministrazzjoni, fis-sorveljanza jew fil-kontroll ta’ din il-kumpannija, jew li ġew innominati bħala likwidaturi fiha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, hekk kif ġie rrilevat fil-punt 49 ta’ din is-sentenza, id-Direttiva 68/151 tipprevedi l-pubbliċità għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(d) u (j), b’mod partikolari minħabba l-fatt li l-kumpanniji limitati b’azzjonijiet u l-kumpanniji b’responsabbiltà limitata joffru biss l-assi tagħhom bħala garanzija fir-rigward tat-terzi, liema ħaġa tinvolvi riskju ekonomiku ogħla lil dawn tal-aħħar. Fid-dawl ta’ dan, jidher ġustifikat li l-persuni fiżiċi li jagħżlu li jipparteċipaw fil-kummerċ permezz ta’ tali kumpannija jkunu obbligati li jagħmlu pubblika d-data relatata mal-identità u mal-funzjonijiet tagħhom fi ħdanha, iktar u iktar meta dawn ikunu jafu b’dan l-obbligu fil-mument meta jiddeċiedu li jagħtu bidu għal tali attività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Finalment, fir-rigward tal-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/46, għandu jiġi kkonstatat li, għalkemm minn dak li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li fl-evalwazzjoni li għandha ssir fil-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni jipprevalu, fil-prinċipju, il-ħtieġa ta’ protezzjoni tal-interessi tat-terzi fil-konfront tal-kumpanniji limitati b’azzjonijiet u tal-kumpanniji b’responsabbiltà limitata u li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, il-lealtà tat-tranżazzjonijiet kummerċjali u b’hekk il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, madankollu ma jistax jiġi eskluż li jistgħu jeżistu sitwazzjonijiet partikolari li fihom raġunijiet prevalenti u leġittimi fir-rigward tal-każ konkret tal-persuna jiġġustifikaw b’mod eċċezzjonali li l-aċċess għad-data personali li tikkonċernaha mniżżla fir-reġistru jkun limitat, mal-iskadenza ta’ terminu twil biżżejjed wara x-xoljiment tal-kumpannija inkwistjoni, għat-terzi li jiġġustifikaw interess speċifiku li jikkonsultawha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li peress li l-applikazzjoni tal-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/46 hija suġġetta għar-riżerva li l-liġi nazzjonali ma tipprovdix dispożizzjoni kuntrarja, id-deċiżjoni finali fir-rigward tal-punt jekk il-persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 2(1)(d) u (j) tad-Direttiva 68/151 jistgħux jitolbu, lill-awtorità inkarigata miż-żamma tar-reġistru, tali limitazzjoni għall-aċċess għad-data personali li tikkonċernahom, abbażi ta’ evalwazzjoni każ b’każ, tinsab f’idejn il-leġiżlaturi nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika l-istat tal-liġi nazzjonali tagħha fuq dan il-livell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Anki jekk jitqies li minn tali verifika jirriżulta li l-liġi nazzjonali tippermetti tali talbiet, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha rilevanti u billi tieħu inkunsiderazzjoni ż-żmien li għadda mix-xoljiment tal-kumpannija kkonċernata, l-eżistenza eventwali ta’ raġunijiet gravi u leġittimi li jkunu, jekk ikun il-każ, tali li jiġġustifikaw b’mod eċċezzjonali l-limitazzjoni tal-aċċess tat-terzi għad-data li tikkonċerna lil S. Manni fir-reġistru tal-kumpanniji, li minnha jirriżulta li dan kien l-amministratur uniku u l-likwidatur ta’ Immobiliare Salentina. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li s-sempliċi fatt li, allegatament, il-bini ta’ kumpless turistiku mibni minn Italiana Costruzioni, li tagħha S. Manni huwa fil-preżent l-amministratur uniku, mhux qed jinbiegħ minħabba l-fatt li xerrejja potenzjali ta’ dan il-bini għandhom aċċess għal din id-data fir-reġistru tal-kumpanniji, ma jistax ikun biżżejjed biex jikkostitwixxi tali raġuni, b’mod partikolari fid-dawl tal-interess leġittimu ta’ dawn li jkollhom din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal iktar ’il fuq, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 6(1)(e), l-Artikolu 12(b), u l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/46, moqrija flimkien mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 68/151, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fl-istat attwali tal-liġi tal-Unjoni, huma l-Istati Membri li għandhom jiddeterminaw jekk il-persuni fiżiċi, imsemmija fl-Artikolu 2(1)(d) u (j) ta’ din l-aħħar direttiva, jistgħux jitolbu li l-awtorità inkarigata miż-żamma tar-reġistru tivverifika, abbażi ta’ evalwazzjoni każ b’każ, jekk huwiex eċċezzjonalment iġġustifikat, għal raġunijiet gravi u leġittimi marbuta mas-sitwazzjoni partikolari tagħhom, li tillimita, mal-iskadenza ta’ terminu twil biżżejjed wara l-istralċ tal-kumpannija kkonċernata, l-aċċess għad-data personali li tikkonċernahom, irreġistrata f’dan ir-reġistru, lill-persuni terzi li jiġġustifikaw interess speċifiku għall-konsultazzjoni ta’ din id-data.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 6(1)(e), l-Artikolu 12(b), u l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE, tal-<DATE ISO="19951024">24 ta’ Ottubru 1995</DATE>, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, moqrija flimkien mal-Artikolu 3 tal-ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE, tad-<DATE ISO="19680309">9 ta’ Marzu 1968</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f’kull parti tal-Komunità, kif emendata bid-Direttiva 2003/58/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20030715">15 ta’ Lulju 2003</DATE>, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fl-istat attwali tal-liġi tal-Unjoni, huma l-Istati Membri li għandhom jiddeterminaw jekk il-persuni fiżiċi, imsemmija fl-Artikolu 2(1)(d) u (j) ta’ din l-aħħar direttiva, jistgħux jitolbu li l-awtorità inkarigata miż-żamma, rispettivament, tar-reġistru ċentrali, tar-reġistru kummerċjali, jew tar-reġistru tal-kumpanniji tivverifika, abbażi ta’ evalwazzjoni każ b’każ, jekk huwiex eċċezzjonalment iġġustifikat, għal raġunijiet gravi u leġittimi marbuta mas-sitwazzjoni partikolari tagħhom, li tillimita, mal-iskadenza ta’ terminu twil biżżejjed wara l-istralċ tal-kumpannija kkonċernata, l-aċċess għad-data personali li tikkonċernahom, irreġistrata f’dan ir-reġistru, lill-persuni terzi li jiġġustifikaw interess speċifiku għall-konsultazzjoni ta’ din id-data.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>