<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑340/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0340</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:576">EU:C:2017:576</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20170720">20.7.2017</DATE> – KAWŻA C-340/16</P><P>MMA IARD</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza Tal-Qorti Tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 44/2001</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 9(1)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 11(2)</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Azzjoni diretta tal-vittma kontra l-assiguratur</KEYWORD><KEYWORD>Azzjoni tal-persuna li timpjega lill-vittma, stabbiliment irregolat mid-dritt pubbliku, ċessjonarju <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> tad-drittijiet tal-impjegat tiegħu kontra l-assiguratur tal-vettura involuta</KEYWORD><KEYWORD>Surroga</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-340/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberster Gerichtshof (qorti suprema, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni <DATE ISO="20160525">25 ta’ Mejju 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Landeskrankenanstalten-Betriebsgesellschaft -KABEG</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Mutuelles du Mans assurances - MMA IARD SA,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, M. Vilaras, J. Malenovský, M. Safjan (Relatur) u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Għal Landeskrankenanstalten-Betriebsgesellschaft - KABEG, minn H.H. Toriser, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Mutuelles du Mans assurances - MMA IARD SA, minn M. Angerer, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn F. Di Matteo, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Heller u M. Wilderspin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tat-<DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42), moqri flimkien mal-Artikolu 11(2) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn il-Landeskrankenanstalten-Betriebsgesellschaft – KABEG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>KABEG<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), stabbiliment irregolat mid-dritt pubbliku li għandu s-sede tiegħu fi Klagenfurt am Wörthersee (l-Awstrija) u li jopera stabbilimenti ta’ kura, għal Mutuelles du Mans assurances – MMA IARD SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>MMA IARD<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), kumpannija tal-assigurazzjoni stabbilita fi Franza, dwar it-talba għal kumpens, imressqa minn KABEG, peress li baqgħet tħallas ir-remunerazzjoni ta’ wieħed mill-impjegati tagħha matul perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol temporanja wara inċident tat-traffiku, li seħħ fl-Italja, li fih kienu involuti dan l-impjegat u vettura bil-mutur koperta minn assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili kkuntrattata ma’ MMA IARD.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC"><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 44/2001</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 11 sa 13 tar-Regolament Nru 44/2001 kienu fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>(11)</NO.P><TXT>Ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni għandhom jiġu mbassra minn qabel u stabbiliti fuq il-prinċipju li l-ġurisdizzjoni hija ġeneralment ibbażata fuq id-domiċilju tal-konvenut u l-ġurisdizzjoni għandha dejjem tkun disponibbli fuq dan il-lat ħlief għal ftit sitwazzjonijiet definiti sewwa li fihom is-suġġett tal-materja tal-litigazzjoni jew ta’ awtonomija tal-partijiet tkun teħtieġ fattur differenti. Id-domiċilju ta’ persuna ġuridika għandu jiġi definit b’awtonomija u b’hekk jagħmel ir-regoli komuni aktar trasparenti u jevita kunflitti ta’ ġurisdizzjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>B’żieda mad-domiċilju tal-konvenut, għandu jkun hemm bażi alternattiva ta’ ġurisdizzjoni bbażata fuq rabta mill-qrib bejn il-qorti u l-azzjoni jew sabiex tkun iffaċilitata amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(13)</NO.P><TXT>B’relazzjoni ma’ assigurazzjoni, kuntratti tal-konsumatur u impjieg, il-parti l-anqas b’saħħitha għandha tiġi mħarsa b’regoli ta’ ġurisdizzjoni l-aktar favorevoli għall-interessi tiegħu milli hemm provduti fir-regoli ġenerali.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni stabbiliti mir-Regolament Nru 44/2001 jinsabu fil-Kapitolu II tiegħu, li huwa kompost mill-Artikoli 2 sa 31.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-regolament, li jaqa’ taħt is-Sezzjoni 1 tal-imsemmi Kapitolu II, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Disposizzjonijiet ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, kien ifformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Bla preġudizzju għal dan ir-Regolament, persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jiġu mfittxija fil-qrati ta’ dak l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-imsemmi regolament, li jifforma parti mill-imsemmija Sezzjoni 1, kien jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Persuni domiċiljati fi Stat Membru jistgħu jiġi mfittxija fil-qrati ta’ Stat Membru ieħor biss bis-saħħa tar-regoli mniżżla f’Sezzjonijiet 2 sa 7 ta’ dan il-Kapitolu.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Is-Sezzjoni 3 tal-Kapitolu 2 tal-istess regolament kienet intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Ġurisdizzjoni f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>. Din kienet tinkludi l-Artikoli 8 sa 14 tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fi kliem l-Artikolu 8 ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>F’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni, il-ġurisdizzjoni għandha tiġi determinata b’din is-Sezzjoni bla ħsara għal l-Artikolu 4 u punt 5 ta’ l-Artikolu 5.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1) tal-imsemmi regolament kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Assiguratur domiċiljat fi Stat Membru jista’ jiġi mfittex:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fil-qrati tal-Istat Membru fejn jkun domiċiljat, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>fi Stat membru ieħor, fil-każ ta’ azzjonijiet miġjuba minn dak li jkollu l-polza ta’ assigurazzjoni, dak li jkun assigurat jew xi benefiċjarju, fil-qrati tal-post fejn l-attur ikun domiċiljat […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tal-istess regolament kien ifformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>F’dak li għandu x’jaqsam ma’ assigurazzjoni ta’ responsabbilità jew assigurazzjoni fuq propjetà immobli, l-assiguratur jista’ jiġi mfittex ukoll fil-qrati tal-post fejn tkun seħħet il-ħsara. L-istess japplika jekk propjetà mobbli u immobli taqa’ taħt l-istess polza ta’ assigurazzjoni u t-tnejn jiġu effettwati ħażin bl-istess kontinġenza.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fi kliem l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>L-Artikoli 8, 9 u 10 għandhom japplikaw għall-azzjonijiet miġjuba mill-parti li tkun ġarrbet il-ħsara kontra l-assiguratur, meta jkunu permissibli tali azzjonijiet diretti.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 44/2001 ġie abrogat mill-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>). Madankollu, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 81 ta’ dan ir-regolament tal-aħħar, dan japplika biss mill-<DATE ISO="20150110">10 ta’ Jannar 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2009/103/KE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Assigurazzjoni obbligatorja għall-vetturi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE>, dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="263" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 263, p. 11</REF.DOC.OJ>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Kull Stat Membru għandu, soġġett għall-Artikolu 4, jieħu l-miżuri kollha approprjati biex jassigura li r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi normalment ibbażati fit-territorju tiegħu ikun kopert minn assigurazzjoni.</ALINEA><?PAGE NO="4"?><ALINEA>Il-ħsara koperta u t-termini u l-kondizzjonijiet tal-kopertura għandhom ikunu determinati fuq il-bażi tal-miżuri msemmijin fl-ewwel paragrafu.</ALINEA><ALINEA><P>Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jassigura li l-kuntratt tal-assigurazzjoni jkopri wkoll:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>skont il-liġi fis-seħħ fl-Istati Membri l-oħra, kull telf jew korriment ikkawżat fit-territorju ta’ dawk l-Istati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>kull telf jew korriment soffert minn ċittadini ta’ Stati Membri tul vjaġġ dirett bejn żewġ territorji li fihom it-Trattat ikun fis-seħħ, jekk ma jkun hemm l-ebda uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi responsabbli għat-territorju li jkun qed jinqasam; f’dak il-każ, it-telf jew korriment għandu jkun kopert skont il-liġijiet nazzjonali dwar l-assigurazzjoni obbligatorja fis-seħħ fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-vettura tkun normalment ibbażata.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>L-assigurazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tkopri b’mod obbligatorju kemm il-ħsara lill-proprjetà kif ukoll id-danni personali.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fi kliem l-Artikolu 18 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Dritt ta’ azzjoni diretta<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Kull Stat Membru għandu jassigura li l-partijiet danneġġjati msemmija fl-Artikolu 1 f’inċidenti fis-sens ta’ dik id-disposizzjoni igawdu minn dritt dirett ta’ azzjoni kontra l-impriża ta’ assikurazzjoni li tkopri l-persuna responsabbli kontra r-responsabbiltà ċivili.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Inċident tat-traffiku li seħħ fl-Italja, fis-<DATE ISO="20110326">26 ta’ Marzu 2011</DATE>, involva ċiklist, impjegat ta’ KABEG u domiċiljat fl-Awstrija, u vettura bil-mutur koperta b’assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili ma’ MMA IARD. Dan l-impjegat sofra diversi ġrieħi f’dan l-inċident.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>KABEG adixxiet il-Landesgericht Klagenfurt (qorti reġjonali ta’ Klagenfurt, l-Awstrija) sabiex titlob li MMA IARD tiġi kkundannata tħallas dannu fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">15505.64</FT> flimkien mal-interessi u l-ispejjeż. KABEG esponiet li hija baqgħet tħallas ir-remunerazzjoni tal-impjegat tagħha, vittma tal-inċident stradali, matul il-perijodu tal-leave tal-mard wara dan l-inċident. Fuq din il-bażi, hija ġiet issurrogata fid-drittijiet finanzjarji ta’ dan l-impjegat fl-ammont ta’ din is-somma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>KABEG tqis li l-ġurisdizzjoni territorjali tal-Landesgericht Klagenfurt (qorti reġjonali ta’ Klagenfurt) hija bbażata fuq l-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001, moqri flimkien mal-Artikolu 11(2) ta’ dan ir-regolament. Barra minn hekk, hija ssostni li l-azzjoni ppreżentata b’mod parallel mill-impjegat tagħha hija pendenti quddiem din l-istess qorti, li diġà kkonstatat il-ġurisdizzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>MMA IARD qajmet eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni billi sostniet li s-Sezzjoni 3 tal-Kapitolu II tal-imsemmi regolament tistabbilixxi sistema speċifika ta’ riżoluzzjoni ta’ kunflitti ta’ ġurisdizzjoni f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni. Skont il-premessa 13 tal-istess regolament, ir-regoli speċjali ta’ ġurisdizzjoni previsti minn din is-sezzjoni huma intiżi sabiex jipproteġu lill-parti l-inqas b’saħħitha. KABEG, bħala l-persuna li timpjega, ma tistax tinvoka tali protezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Landesgericht Klagenfurt (qorti reġjonali ta’ Klagenfurt) ċaħdet din l-eċċezzjoni minħabba li KABEG, li hija biss issurrogata fid-drittijiet tal-impjegat tagħha, tista’ tinvoka l-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001, moqri flimkien mal-Artikolu 11(2) ta’ dan ir-regolament, billi tali persuna ġuridika hija, indipendentement mid-daqs tagħha, il-parti l-inqas b’saħħitha f’tilwima ma’ impriża tal-assigurazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>MMA IARD appellat minn din id-deċiżjoni quddiem l-Oberlandesgericht Graz (qorti reġjonali superjuri ta’ Graz, l-Awstrija) li, filwaqt li laqgħet l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, irriformat din id-deċiżjoni u ċaħdet l-azzjoni. Din il-qorti rrilevat b’mod partikolari li r-riferiment tal-Artikolu 11(2) tal-imsemmi regolament għall-Artikolu 9(1)(b) tal-istess regolament jagħti lill-vittma, persuna fiżika jew persuna ġuridika, id-dritt li tħarrek lill-assiguratur quddiem il-qorti kompetenti tal-Istat Membru fejn din għandha d-domiċilju tagħha jew fejn hija stabbilita. Barra minn hekk, jaqgħu fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>parti li tkun ġarrbet il-ħsara<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> kemm il-vittmi immedjati kif ukoll il-vittmi indiretti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Madankollu, skont l-imsemmija qorti, mhux kull vittma tgawdi minn tali dritt. F’dan ir-rigward, sabiex jiġi ddeterminat jekk vittma tistax tinvoka dan id-dritt, għandu jiġi ddeterminat jekk din hijiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>ekonomikament inqas b’saħħitha u b’inqas esperjenza ġuridika<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> meta mqabbla ma’ assiguratur għar-responsabbiltà ċivili. Dan ma huwiex il-każ fir-rigward ta’ stabbiliment irregolat mid-dritt pubbliku li jiġġestixxi ħames sptarijiet, bħal KABEG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>KABEG adixxiet lill-Oberster Gerichtshof (qorti suprema, l-Awstrija) b’azzjoni għal <HT TYPE="ITALIC">Reviżjoni</HT>, billi invokat il-benefiċċju tal-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001, moqri flimkien mal-Artikolu 11(2) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Minn naħa, skont din il-qorti, tqum il-kwistjoni dwar jekk, fil-każ li jitqies li rikorrent ma għandux bżonn protezzjoni, l-azzjoni tiegħu tistax tiġi kklassifikata bħala azzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fis-sens tal-Artikolu 8 tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kriterji li jippermettu li tiġi stabbilita s-sitwazzjoni ta’ inferjorità taċ-ċessjonarju <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> tad-drittijiet ta’ vittma meta mqabbel ma’ assiguratur għar-responsabbiltà ċivili professjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberster Gerichtshof (qorti suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>(1)</NO.P><TXT>L-azzjoni ta’ persuna li timpjega nazzjonali intiża għall-kumpens għad-dannu li hija ssostni indirettament minħabba ż-żamma tal-pagament tar-remunerazzjoni tal-impjegat tagħha li jirresjedi fit-territorju nazzjonali tikkostitwixxi azzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>[f’]materji li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> fis-sens tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 44/2001, meta:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-impjegat ġie mweġġa’ f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Stat Membru (l-Italja),</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-azzjoni tkun diretta kontra l-assiguratur għar-responsabbiltà ċivili, stabbilit fi Stat Membru ieħor (Franza), tal-vettura tal-awtur tad-dannu u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>il-persuna li timpjega tkun stabbiliment irregolat mid-dritt pubbliku b’personalità ġuridika proprja?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:</TXT><P>L-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament Nru°44/2001, moqri flimkien mal-Artikolu 11(2) tal-imsemmi regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuna li timpjega li tkun baqgħet tħallas ir-remunerazzjoni, tista’, fil-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>parti li tkun ġarrbet il-ħsara<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, tressaq azzjoni kontra l-assiguratur għar-responsabbiltà ċivili tal-vettura tal-awtur tad-dannu quddiem il-qorti tal-post li fih il-persuna li timpjega hija stabbilita, sa fejn l-azzjoni diretta tkun possibbli?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Bid-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament Nru 44/2001, moqri flimkien mal-Artikolu 11(2) ta’ dan ir-regolament, għandux jiġi interpretat fis-sens li persuna li timpjega, stabbilita fi Stat Membru, li baqgħet tħallas ir-remunerazzjoni tal-impjegat tagħha assenti wara inċident tat-traffiku u li hija<?PAGE NO="6"?> ssurrogata fid-drittijiet tiegħu fir-rigward tal-kumpannija li tassigura r-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-vettura involuta f’dan l-inċident, li hija stabbilita fi Stat Membru ieħor, tistax, bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>parti li tkun ġarrbet il-ħsara<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar, tħarrek lil din il-kumpannija tal-assigurazzjoni quddiem il-qrati tal-ewwel Stat Membru, meta azzjoni diretta tkun possibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li s-Sezzjoni 3 tal-Kapitolu II tal-imsemmi regolament tistabbilixxi sistema awtonoma ta’ qsim ta’ ġurisdizzjoni f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050512">12 ta’ Mejju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Société financière et industrielle du Peloux</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-112/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:280">EU:C:2005:280</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Bħal fil-każ ta’ materji relatati mal-ħaddiema u l-konsumaturi, u kif jirriżulta wkoll mill-premessa 13 tar-Regolament Nru 44/2001, l-azzjoni f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni hija kkaratterizzata minn ċertu żbilanċ bejn il-partijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050526">26 ta’ Mejju 2005</DATE>, <NAME.CASE>GIE Réunion européenne <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-77/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:327">EU:C:2005:327</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li d-dispożizzjonijiet tal-imsemmija sezzjoni jridu jikkoreġu billi jagħtu lill-parti l-inqas b’saħħitha l-benefiċċju ta’ regoli ta’ ġurisdizzjoni iktar favorevoli għall-interessi tagħhom milli huma r-regoli ġenerali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090917">17 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Vorarlberger Gebietskrankenkasse</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-347/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:561">EU:C:2009:561</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Id-domandi tal-qorti tar-rinviju fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta’ persuna li timpjega, ċessjonarju <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> tad-drittijiet ta’ vittma, bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>l-parti l-anqas b’saħħitha<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> twieldu mill-konstatazzjoni, li saret mill-Qorti tal-Ġustizzja, li organu tas-sigurtà soċjali, ċessjonarju <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> tad-drittijiet tal-persuna direttament leża f’inċident ta’ vettura, ma jistax jiġi hekk ikklassifikat, filwaqt li s-suċċessur fid-dritt tal-persuna direttament leża bħal werriet jista’ (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090917">17 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Vorarlberger Gebietskrankenkasse</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-347/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:561">EU:C:2009:561</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tesponi li, f’ċirkustanzi bħalma huma dawk tal-kawża prinċipali, il-possibbiltà għal persuna li timpjega, issurrogata fid-drittijiet tal-impjegat tagħha, li tħarrek lill-assiguratur għar-responsabbiltà ċivili tal-awtur tad-dannu quddiem il-qrati tal-Istat Membru li fih il-persuna li timpjega hija stabbilita tiggarantixxi l-konsistenza tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni u, għaldaqstant, il-prevedibbiltà tagħhom kif ukoll amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għalhekk, f’dan il-każ, għandha tiġi eżaminata l-kwistjoni dwar jekk il-persuni li jimpjegaw issurrogati fid-drittijiet tal-persuna direttament leża jaqgħux fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>parti li tkun ġarrbet il-ħsara<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> fis-sens tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Issa, kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 47 tal-konklużjonijiet tiegħu, fil-kuntest tar-Regolament Nru 44/2001, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>parti l-anqas b’saħħitha<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> għandu sinjifikat usa’ f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni milli f’materji ta’ kuntratti konklużi mill-konsumaturi jew f’materji ta’ kuntratti individwali tax-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li l-Qorti tal-Ġustizzja ġġudikat li r-riferiment li jinsab fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu l-għan li jżid mal-lista ta’ rikorrenti, li tinsab fl-Artikolu 9(1)(b) ta’ dan ir-regolament, il-persuni li jkunu sofrew dannu, mingħajr ma ċ-ċirku ta’ dawn il-persuni ġie ristrett għal dawk li sofrew id-dannu direttament (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>FBTO Schadeverzekeringen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-463/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:792">EU:C:2007:792</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090917">17 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Vorarlberger Gebietskrankenkasse</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-347/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:561">EU:C:2009:561</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif il-qorti tar-rinviju rrilevat fid-deċiżjoni ta’ rinviju tagħha, evalwazzjoni każ b’każ tal-kwistjoni ta’ jekk il-persuna li timpjega li baqgħet tħallas ir-remunerazzjoni tistax titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>l-parti l-anqas b’saħħitha<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> sabiex tkun tista’ taqa’ fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>parti li tkun ġarrbet il-ħsara<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fis-sens tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament Nru 44/2001, toħloq riskju ta’ inċertezza legali u tmur kontra l-għan tal-imsemmi regolament, stipulat fil-premessa 11 tiegħu, li tipprovdi li r-regoli ta’ ġurisdizzjoni għandu jkollhom livell għoli ta’ prevedibbiltà.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jitqies li, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Nru 44/2001, il-persuni li jimpjegaw issurrogati fid-drittijiet għal kumpens tal-impjegati tagħhom jistgħu, bħala persuni li sostnew dannu u indipendentement mid-daqs u mill-forma ġuridika tagħhom, jinvokaw ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni speċjali previsti fl-Artikoli 8 sa 10 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>B’hekk, il-persuna li timpjega, issurrogata fid-drittijiet tal-impjegat tagħha peress li ħallset ir-remunerazzjoni ta’ dan tal-aħħar matul il-perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol, li, biss f’din il-kwalità, tressaq azzjoni fuq il-bażi tad-dannu sostnut mill-istess impjegat tista’ titqies bħala inqas b’saħħitha mill-assiguratur li hija tħarrek u, għaldaqstant, bħala li għandha tibbenefika mill-possibbiltà li tressaq azzjoni quddiem il-qrati tal-istat Membru fejn din hija stabbilita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>36</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li persuna li timpjega ssurrogata fid-drittijiet tal-impjegat vittma ta’ inċident tat-traffiku, li tiegħu hija baqgħet tħallas ir-remunerazzjoni tista’, bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>parti li tkun ġarrbet il-ħsara<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, tħarrek lill-assiguratur tal-vettura involuta f’dan l-inċident quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn hija tinsab stabbilita, meta azzjoni diretta tkun possibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/103, huma l-Istati Membri li għandhom jiżguraw li l-persuni li jkunu sofrew ħsara minħabba inċident ikkawżat minn vettura koperta mill-assigurazzjoni għal responsabbiltà ċivili jkollhom dritt ta’ azzjoni diretta kontra l-impriża ta’ assigurazzjoni li tkopri r-responsabbiltà ċivili tal-persuna responsabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>38</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjoni kollha preċedenti jirriżulta li Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, moqri flimkien mal-Artikolu 11(2) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li timpjega, stabbilita fi Stat Membru, li baqgħet tħallas ir-remunerazzjoni tal-impjegat tagħha assenti wara inċident tat-traffiku u li ġiet issurrogata fid-drittijiet ta’ dan tal-aħħar fir-rigward tal-kumpannija li tassigura r-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-vettura involuta f’dan l-inċident, li hija stabbilita fi Stat Membru ieħor, tista’, bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>parti li tkun ġarrbet il-ħsara<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar, tħarrek lil din il-kumpannija ta’ assigurazzjoni quddiem il-qrati tal-ewwel Stat Membru, meta azzjoni diretta tkun possibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>39</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, moqri flimkien mal-Artikolu 11(2) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li timpjega, stabbilita fi Stat Membru, li baqgħet tħallas ir-remunerazzjoni tal-impjegat tagħha assenti wara inċident tat-traffiku u li ġiet issurrogata fid-drittijiet ta’ dan tal-aħħar fir-rigward tal-kumpannija li tassigura r-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-vettura involuta f’dan l-inċident, li hija stabbilita fi Stat Membru ieħor, tista’, bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>parti li tkun ġarrbet il-ħsara<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar, tħarrek lil din il-kumpannija ta’ assigurazzjoni quddiem il-qrati tal-ewwel Stat Membru, meta azzjoni diretta tkun possibbli.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>