|
28.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 301/4 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10274 — EDFR/Lumani/GLD)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 301/04)
1.
Fl-20 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
EDF Renouvelables France (“EDFR”, Franza), li tappartjeni għall-grupp Électricité de France SA (“EDF Group”, Franza), |
|
— |
Lumani Energy Limited (“Lumani”, ir-Renju Unit), li tappartjeni għall-grupp Green Investment Group Limited (“Green Investment Group”, ir-Renju Unit), finalment ikkontrollata minn Macquarie Group, l-Awstralja, |
|
— |
Green Lighthouse Développement (“GLD”, Franza). |
EDFR u Lumani jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ GLD.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
għal EDFR: tiżviluppa, tibni u topera impjanti tal-enerġija nadifa, prinċipalment għaliha stess, fi Franza. L-attivitajiet tal-EDFR ikopru l-katina kollha tal-enerġija rinnovabbli, mill-iżvilupp sat-tħaddim u l-manutenzjoni, |
|
— |
għal Lumani: Lumani hija sussidjarja indiretta ta’ Green Investment Group, li huwa speċjalista fl-investiment prinċipali tal-infrastruttura ekoloġika, fl-iżvilupp u t-twassil tal-proġetti, fil-konsulenza dwar l-impatt ekoloġiku u fil-ġestjoni tal-assi tal-portafoll. Green Investment Group huwa parti mill-Grupp Macquarie, grupp finanzjarju diversifikat li jipprovdi lill-klijenti b’ġestjoni u finanzi tal-assi, soluzzjonijiet bankarji, konsultattivi u ta’ riskju u kapital fid-dejn, l-ekwità u l-komoditajiet, |
|
— |
għal GLD: jiżviluppa materjal għall-enerġija solari, iffukat fuq proġetti agrikolvoltajċi ta’ skala kbira fi Franza. B’mod aktar speċifiku, GLD jiżviluppa proġetti mmirati lejn il-kostruzzjoni ta’ diversi faċilitajiet ta’ produzzjoni tal-enerġija solari fuq art agrikola bil-ħsieb li dawn il-faċilitajiet ta’ produzzjoni jinbiegħu wara l-kostruzzjoni lil investituri bħal produtturi tal-elettriku (inkluż lill EDFR, iżda mhux biss lilha), investituri istituzzjonali, fondi ta’ investiment u kumpaniji tal-assigurazzjoni. GLD bħalissa hija kkontrollata biss minn Lumani. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:
M.10274 — EDFR/Lumani/GLD
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 122964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).