Official Journal L 158 , 14/06/2001 P. 0006 - 0007
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 27/2001 tat-30 ta' Marzu 2001 li temenda l-Anness I (Materji Veterinarji u Fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness I għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 189/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 [1]. (2) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta' Lulju 1999 li tistabbilixxi l-istandards minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ bajjada [2], għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. (3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/50/KE tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar ħtiġiet minimi għall-ispezzjoni ta' impriżi li fihom jinżammu l-annimali għal għanijiet ta' biedja [3] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim. (4) Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għall-Islanda u għal-Liechtenstein, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-punti li ġejjin għandhom jiġu mdaħħla wara l-punt 7 (Regolament tal-Kusill (KE) Nru 411/98) fil-Parti 9.1 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim: "8. 399 L 0074: Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta' Lulju 1999 li tistabbilixxi l-istandards minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ bajjada (ĠU L 203, tat-3.8.1999, p. 53). 9. 32000 D 0050: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/50/KE tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar ħtiġiet minimi għall-ispezzjoni ta' impriżi li fihom jinżammu l-annimali għal għanijiet ta' biedja (ĠU L 19, tal-25.1.2000, p. 51)." Artikolu 2 It-testi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/74/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/50/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-31 ta' Marzu 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, 30 ta' Marzu 2001. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 74, tal-15.3.2001, p. 24. [2] ĠU L 203, tat-3.8.1999, p. 53. [3] ĠU L 19, tal-25.1.2000, p. 51. [4] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------