|
1.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 270/7 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8969 — FSN Capital V/Saferoad Holding)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 270/06)
1.
Fil-25 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
FSN Capital GP V Limited (“FSN Capital V”, ir-Renju Unit), li tappartjeni għall-grupp FSN Capital (in-Norveġja); |
|
— |
Saferoad Holding ASA (“Saferoad”, in-Norveġja). |
FSN Capital V takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Saferoad kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma kif ukoll permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fis-16 ta’ Mejju 2018.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— FSN Capital V: fond issuġġerit minn FSN Capital Partners AS, ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata bil-kwartieri ġenerali f’Oslo, in-Norveġja.
— Saferoad: kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata inkorporata fin-Norveġja u l-kumpanija azzjonarja ta’ grupp ta’ kumpaniji li jispeċjalizzaw fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq u soluzzjonijiet infrastrutturali fl-Ewropa tat-Tramuntana, Ċentrali u tal-Lvant.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.8969 — FSN Capital V/Saferoad Holding
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).