<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑214/06</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62006TJ0214</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:275">EU:T:2012:275</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>42</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>42</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20120605">5.6.2012</DATE> — KAWŻA T-214/06</P><P>IMPERIAL CHEMICAL INDUSTRIES vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20120605">5 ta’ Ġunju 2012</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Akkordji</KEYWORD><KEYWORD>Suq tal-metakrilati</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE</KEYWORD><KEYWORD>Parteċipazzjoni f’aspett wieħed tal-ksur</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tad-difiża</KEYWORD><KEYWORD>Multi</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Gravità tal-ksur</KEYWORD><KEYWORD>Effett dissważiv</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva</KEYWORD><KEYWORD>Tul tal-proċedura</KEYWORD><KEYWORD>Terminu raġonevoli</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T-214/06,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Imperial Chemical Industries Ltd</HT>, li kienet Imperial Chemical Industries pls, stabbilita f’Londra (ir-Renju Unit), inizjalment irrappreżentata minn D. Anderson, QC, H. Rosenblatt, B. Lebrun, avukati, W. Turner, S. Berwick u T. Soames, solicitors, sussegwentement minn R. Wesseling u C. Swaak, u finalment minn R. Wesseling, C. Swaak u F. ten Have, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, inizjalment irrappreżentata minn V. Bottka, I. Chatzigiannis u F. Amato, sussegwentement minn V. Bottka, I. Chatzigiannis u F. Arbault, u finalment minn V. Bottka u J. Bourke, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tal-Artikolu 2(c) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 2098 finali, tal-<DATE ISO="20060531">31 ta’ Mejju 2006</DATE>, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.645 — Metakrilati), jew, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta permezz ta’ din id-dispożizzjoni,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn O. Czúcz, President, I. Labucka (Relatur) u D. Gratsias, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: N. Rosner, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20111108">8 ta’ Novembru 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 2098 finali, tal-<DATE ISO="20060531">31 ta’ Mejju 2006</DATE>, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.645 — Metakrilati) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) [traduzzjoni mhux uffiċjali], il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ikkonstatat, b’mod partikolari, li ċertu numru ta’ impriżi kienu kisru l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) billi pparteċipaw, matul diversi perijodi bejn it-<DATE ISO="19970123">23 ta’ Jannar 1997</DATE> u t-<DATE ISO="20020912">12 ta’ Settembru 2002</DATE>, f’numru ta’ ftehim u prattiki miftiehma antikompetittivi fis-settur tal-metakrilati, li kienu jkopru t-territorju kollu taż-ŻEE (Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Skont id-deċiżjoni kkontestata, dan kien ksur uniku u kontinwu, li kien ikopri t-tliet prodotti tal-polimetakrilat tal-metil (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>PMMA<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> segwenti: il-komponenti tal-forom (moulding compounds), il-folji solidi (solid sheet) u l-folji għal tagħmir sanitarju (sanitary ware). Mid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li għalkemm dawn it-tliet prodotti tal-PMMA huma distinti kemm mill-aspett fiżiku kif ukoll mill-aspett kimiku u għandhom użi differenti, dawn jistgħu jitqiesu li jikkostitwixxu grupp ta’ prodotti omoġenu wieħed minħabba l-materja prima komuni tagħhom, jiġifieri il-metrakrilat tal-metil (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>MMA<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) (premessi 4 sa 8 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont id-deċiżjoni kkontestata, il-ksur inkwistjoni kkonsista f’diskussjonijiet dwar il-prezzijiet kif ukoll fil-konklużjoni, fl-implementazzjoni u fis-sorveljanza ta’ ftehim dwar il-prezzijiet li kienu maħsuba sabiex jinkisbu żidiet jew, minn tal-inqas, stabbilizzazzjoni tal-livell tal-prezz eżistenti, fl-eżami tal-impatt tan-nefqa tas-servizzi addizzjonali fuq ix-xerrejja, fl-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjalment importanti u kunfidenzjali dwar is-swieq u/jew dwar l-impriżi, kif ukoll fil-parteċipazzjoni f’laqgħat regolari u f’kuntatti oħra maħsuba sabiex jiġi ffaċilitat il-ksur (Artikolu 1 u premessi 1 sa 3 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni kkontestata kienet indirizzata lil Degussa AG, lil Röhm GmbH &amp; Co. KG, lil Para-Chemie GmbH (iktar ’il quddiem, flimkien, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Degussa<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), lil Total SA, lil Elf Aquitaine SA, lil Arkema SA (li kienet Atofina SA), lil Altuglas International SA, lil Altumax Europe SAS (iktar ’il quddiem, flimkien, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Atofina<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), lil Lucite International Ltd, lil Lucite International UK (iktar ’il quddiem, flimkien, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Lucite<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), lil Quinn Barlo Ltd, lil Quinn Plastics NV, lil Quinn Plastics GmbH (iktar ’il quddiem, flimkien, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Barlo<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), kif ukoll lir-rikorrenti, Imperial Chemical Industries Ltd (li kienet Imperial Chemical Industries plc).</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti hija l-kumpannija parent tal-grupp Imperial Chemical Industries u tipproduċi speċjalitajiet kimiċi. Sa mill-1990, il-produzzjoni jew il-bejgħ tal-prodotti koperti mid-deċiżjoni kkontestata fi ħdan il-grupp kienu ġestiti minn ICI Acrylics, dipartiment kummerċjali distint li iżda ma huwiex inkorporat fil-forma ta’ kumpannija. Permezz ta’ kuntratt konkluż fit-<DATE ISO="19991003">3 ta’ Ottubru 1999</DATE>, l-attivitajiet u l-assi ta’ ICI Acrylics inbiegħu lil Ineos Acrylics UK Parent Co 2 Ltd u lil Ineos Acrylics UK Trader Ltd, li sussegwentement saru, rispettivament, Lucite International Holdings Ltd u Lucite International UK Ltd.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-investigazzjoni li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata nfetħet wara li Degussa ressqet, fl-<DATE ISO="20021220">20 ta’ Diċembru 2002</DATE>, talba għal immunità taħt l-Avviż tal-Kummissjoni, tad-<DATE ISO="20020219">19 ta’ Frar 2002</DATE>, dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 155, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fil-25 u fis-<DATE ISO="20030326">26 ta’ Marzu 2003</DATE>, il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet fil-bini ta’ Atofina, ta’ Barlo, ta’ Degussa u ta’ Lucite.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fit-3 ta’ April u fil-<DATE ISO="20030711">11 ta’ Lulju 2003</DATE> rispettivament, Atofina u Lucite ressqu talba għal immunità jew għal tnaqqis tal-ammont tal-multa taħt il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni (premessa 66 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20030508">8 ta’ Mejju 2003</DATE>, il-Kummissjoni wieġbet għall-mistoqsija magħmula minn Lucite fis-sens jekk din tal-aħħar kellhiex tikkuntattja lir-rikorrenti u tagħtiha aċċess għall-impjegati u għad-dokumenti tagħha sabiex tkun tista’ tipprepara d-difiża tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20040729">29 ta’ Lulju 2004</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet talba għal informazzjoni lil diversi impriżi, fosthom lir-rikorrenti, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE>, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 [KE] u 82 [KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205). Din it-talba kienet l-ewwel miżura ta’ istruttorja indirizzata lir-rikorrenti fil-kuntest tal-investigazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20041018">18 ta’ Ottubru 2004</DATE>, ir-rikorrenti ressqet talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa taħt il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni. Fil-<DATE ISO="20050811">11 ta’ Awwissu 2005</DATE> l-Kummissjoni informatha li t-talba tagħha kienet ġiet irrifjutata.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20050817">17 ta’ Awwissu 2005</DATE>, il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet dwar ksur uniku u kontinwu li kien jikkonċerna l-MMA, il-komponenti tal-forom tal-PMMA, il-folji solidi tal-PMMA u l-folji għal tagħmir sanitarju tal-PMMA u indirizzatha, b’mod partikolari, lir-rikorrenti u lil Lucite. Billi kkunsidrat li l-bejgħ ta’ ICI Acrylics lil Ineos (li saret Lucite) twettaq fl-<DATE ISO="19991001">1 ta’ Ottubru 1999</DATE>, il-Kummissjoni qieset it-<DATE ISO="19990930">30 ta’ Settembru 1999</DATE> bħala d-data li fiha ntemm il-ksur imputat lir-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>It-tweġiba tar-rikorrenti għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet għandha d-data tal-<DATE ISO="20051104">4 ta’ Novembru 2005</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Inżamm smigħ fil-15 u s-<DATE ISO="20051216">16 ta’ Diċembru 2005</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20060210">10 ta’ Frar 2006</DATE>, bi tweġiba għal talba mill-Kummissjoni, Lucite pprovdiet kjarifikazzjoni dwar id-data tax-xiri ta’ ICI Acrylics.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20060213">13 ta’ Frar 2006</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet l-ittra msemmija fil-punt 15 iktar ’il fuq lir-rikorrenti sabiex din tkun tista’ tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20060217">17 ta’ Frar 2006</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20060531">31 ta’ Mejju 2006</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata. F’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni abbandunat uħud mill-oġġezzjonijiet magħmula fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u, b’mod partikolari, l-oġġezzjonijiet magħmula fil-konfront tal-kumpanniji kkonċernati kollha fir-rigward tal-aspett tal-ksur li jikkonċerna l-MMA (premessa 93 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(i) tad-deċiżjoni kkontestata jipprovdi li r-rikorrenti pparteċipat fil-ksur deskritt fil-punti 2 u 3 iktar ’il fuq matul il-perijodu bejn it-<DATE ISO="19970123">23 ta’ Jannar 1997</DATE> u l-<DATE ISO="19991101">1 ta’ Novembru 1999</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkunsidrat li r-rikorrenti kienet il-persuna ġuridika li minnha kien jagħmel parti, fiż-żmien meta seħħew il-fatti, id-dipartiment kummerċjali li kien wettaq il-ksur inkwistjoni, jiġifieri ICI Acrylics. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonstatat li r-rikorrenti kellha titqies bħala impriża, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE, li kienet qiegħda tipparteċipa fl-aġir kollużiv inkwistjoni, u li d-deċiżjoni kkontestata kellha għalhekk tiġi indirizzata lilha (premessi 288 sa 290 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-data li fiha ntemm il-perijodu ta’ ksur imputat lir-rikorrenti, il-Kummissjoni ddikjarat li, fid-dawl tat-tweġiba ta’ Lucite għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, hija kienet ser tikkunsidra d-data tat-<DATE ISO="19991102">2 ta’ Novembru 1999</DATE>, li fiha sar it-trasferiment tal-proprjetà f’ICI Acrylics, sabiex taqsam ir-responsabbiltajiet bejn ir-rikorrenti u Lucite (premessa 291 tad-deċiżjoni kkontestata). Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkunsidrat l-<DATE ISO="19991101">1 ta’ Novembru 1999</DATE> bħala d-data li fiha ntemm il-ksur imputat lir-rikorrenti, filwaqt li ppreċiżat li din il-bidla fil-konfront tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ma kellhiex impatt fuq l-ammont tal-multa (premessa 292 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(c) tad-deċiżjoni kkontestata jimponi multa ta’ EUR 91 406 250 fuq ir-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kalkolu tal-ammont tal-multa, fl-ewwel lok, il-Kummissjoni eżaminat il-gravità tal-ksur u kkonstatat, l-ewwel nett, li, fid-dawl tan-natura tal-ksur u tal-fatt li dan il-ksur kien ikopri t-territorju kollu taż-ŻEE, dan kien ksur serju ħafna fis-sens tal-Linji ta’ gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi imposti skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 u l-Artikolu 65 (5) tat-Trattat KEFA (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 171, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Linji gwida<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) (premessi 319 sa 331 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>It-tieni nett, hija kkunsidrat li, fil-kategorija ta’ ksur serju ħafna, l-impriżi setgħu jkunu suġġetti għal trattament iddifferenzjat b’tali mod li tittieħed inkunsiderazzjoni l-kapaċità ekonomika effettiva tal-awturi tal-ksur li jikkawżaw ħsara kunsiderevoli għall-kompetizzjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni kkonstatat li fil-każ ineżami l-impriżi kkonċernati setgħu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>jiġu subdiviżi fi [tliet] kategoriji fuq il-bażi tal-piż relattiv tagħhom fid-dħul mill-bejgħ iġġenerat mill-bejgħ tal-prodotti tal-PMMA li fir-rigward tagħhom [kienu] ipparteċipaw fl-akkordju<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, filwaqt li ħadet bħala referenza d-dħul mill-bejgħ iġġenerat minn dawn il-prodotti fl-2000 fuq il-livell taż-ŻEE. Il-Kummissjoni qiegħdet lir-rikorrenti u lil Lucite fit-tieni kategorija, fid-dawl tad-dħul mill-bejgħ ta’ Lucite ġġenerat mit-tliet prodotti tal-PMMA kkonċernati fl-2000 (EUR 105.98 miljun), u ffissat l-ammonti inizjali tal-multi tagħhom bħala EUR 32.5 miljun (premessi 332 sa 336 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li, fil-kategorija tal-ksur serju ħafna, l-iskala tal-multi li setgħu jiġu imposti kienet tippermetti wkoll li l-ammont tal-multi jiġi ffissat f’livell li jiggarantixxi li dawn il-multi jkollhom effett dissważiv suffiċjenti, u dan fid-dawl tad-daqs u tas-saħħa ekonomika ta’ kull impriża. Fid-dawl tad-dħul mill-bejgħ totali tar-rikorrenti fl-2005 (EUR 8.49 biljuni), il-Kummissjoni applikat fattur multiplikatur ta’ 1.5 għall-ammont inizjali tal-multa tagħha, sabiex b’hekk dan l-ammont żdied għal EUR 48.75 miljun.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Kummissjoni eżaminat it-tul tal-ksur u kkonstatat li, peress li r-rikorrenti kienet ipparteċipat fil-ksur għal sentejn u disa’ xhur, l-ammont inizjali tal-multa tagħha kellu jiżdied b’25 %. B’hekk, l-ammont bażiku tal-multa kkalkolat għar-rikorrenti jammonta għal EUR 60 937 500 (premessi 351 sa 354 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-Kummissjoni eżaminat l-eżistenza eventwali ta’ ċirkustanzi aggravanti jew attenwanti. Fir-rigward tar-rikorrenti, il-Kummissjoni kkonstatat li, fid-dawl tal-eżistenza ta’ żewġ deċiżjonijiet preċedenti li tagħhom hija kienet id-destinatarja, din tal-aħħar kienet reċidiva billi wettqet ksur tal-istess tip u ddeċidiet li żżid l-ammont bażiku tal-multa tagħha b’50 % (premessi 355 sa 369 tad-deċiżjoni kkontestata). Barra minn hekk, il-Kummissjoni ċaħdet iċ-ċirkustanzi attenwanti invokati mir-rikorrenti. Għaldaqstant, l-ammont tal-multa tagħha kien stabbilit bħala EUR 91 406 250, ammont li ma jaqbiżx il-livell massimu, iffissat fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ tagħha (premessi 372 sa 398 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fl-aħħar lok, il-Kummissjoni applikat il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni filwaqt li fakkret li t-talba tar-rikorrenti taħt din il-komunikazzjoni kienet ġiet miċħuda. Fir-rigward tal-impriżi l-oħra li kienu ressqu talba f’dan is-sens, il-Kummissjoni tat, minn naħa, immunità totali minn multi lil Degussa u, min-naħa l-oħra, tnaqqis tal-ammont tal-multi lil Atofina u lil Lucite.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fid-dawl taċ-ċaħda tat-talba tar-rikorrenti, l-ammont finali tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti kien għalhekk iffissat bħala EUR 91 406 250.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20060817">17 ta’ Awwissu 2006</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-proċedura bil-miktub ingħalqet fil-<DATE ISO="20070411">11 ta’ April 2007</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) iddeċidiet, fil-<DATE ISO="20110915">15 ta’ Settembru 2011</DATE>, li tiftaħ il-proċedura orali u, fil-kuntest ta’ miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, li tistieden lill-partijiet sabiex iwieġbu għal numru ta’ mistoqsijiet. Il-partijiet wieġbu fit-terminu mogħti.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tat-<DATE ISO="20111108">8 ta’ Novembru 2011</DATE>. Matul is-seduta, ir-rikorrenti għaddiet lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ġenerali ċerti dokumenti intiżi sabiex jissostanzjaw is-sottomissjonijiet orali tagħha. Il-Kummissjoni qajmet oġġezzjoni fir-rigward tal-produzzjoni ta’ wieħed minn dawn id-dokumenti u l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li ma tinkludihx fil-proċess. Id-dokumenti l-oħra ġew inklużi fil-proċess minħabba li l-Kummissjoni ma qajmet ebda oġġezzjoni fil-konfront tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, matul is-seduta, il-Qorti Ġenerali stiednet lill-Kummissjoni sabiex tipproduċi żewġ dokumenti li hija kienet invokat matul is-sottomissjonijiet orali tagħha. Il-Kummissjoni osservat din it-talba fit-terminu mogħti u l-Qorti Ġenerali stiednet lir-rikorrenti sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet eventwali tagħha dwar dawn id-dokumenti. Dawn l-osservazzjonijiet ġew ippreżentati fit-terminu mogħti.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-proċedura orali ngħalqet fil-<DATE ISO="20111215">15 ta’ Diċembru 2011</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla l-Artikolu 2(c) tad-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tibdel l-Artikolu 2(c) tad-deċiżjoni kkontestata sabiex tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuqha;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors bħala infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fl-att tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi insostenn tar-rikors. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq in-natura insuffiċjenti tal-provi tal-ksur fir-rigward tal-komponenti tal-forom tal-PMMA. It-tieni motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>ammont bażiku<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> tal-multa. It-tielet element huwa bbażat fuq in-nuqqas, min-naħa tal-Kummissjoni, li twettaq l-obbligu tagħha li taqsam l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>ammont bażiku<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> bejn ir-rikorrenti u Lucite. Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq in-natura inadegwata taż-żieda tal-ammont inizjali tal-multa sabiex il-multa tkun waħda dissważiva. Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ir-rifjut mhux iġġustifikat li jingħata tnaqqis tal-ammont tal-multa minħabba l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni. Barra minn hekk, matul is-seduta, ir-rikorrenti qajmet motiv ieħor, ibbażat fuq it-tul eċċessiv tal-proċedura.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq in-natura insuffiċjenti tal-provi tal-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-ksur fir-rigward tal-komponenti tal-forom tal-PMMA</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti tallega li l-implikazzjoni tagħha fil-ksur fir-rigward ta’ wieħed mill-prodotti koperti mid-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri l-komponenti tal-forom tal-PMMA, ma ġietx stabbilita.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Kif jirriżulta b’mod ċar mit-talbiet magħmula fir-rikors (ara l-punt 36 iktar ’il fuq), u kif ikkonfermat ukoll ir-rikorrenti fit-tweġiba tagħha għal mistoqsija bil-miktub mill-Qorti Ġenerali, minkejja l-argumenti fformulati fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ma hijiex qiegħda titlob l-annullament tal-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn dan l-artikolu jikkonstata r-responsabbiltà tagħha għall-ksur inkwistjoni. Għall-kuntrarju, dan il-motiv qiegħed jiġi invokat insostenn tat-talba tagħha għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, ir-rikorrenti tikkunsidra li l-fatt li impriża ma tkunx ipparteċipat fl-elementi kollha li jikkostitwixxu l-akkordju għandu jittieħed inkunsiderazzjoni meta tiġi evalwata l-gravità tal-ksur u meta jiġi ddeterminat l-ammont tal-multa. Fil-fehma tagħha, għalhekk, l-ammont tal-multa kellu jitnaqqas b’mod li jirrifletti l-proporzjon irrappreżentat mill-komponenti tal-forom tal-PMMA fil-valur jew fil-volum globali tat-tliet prodotti kkonċernati (skont ir-rikorrenti, 44 jew 36 % rispettivament).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan id-dawl għandu jitfakkar li l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata jżomm lir-rikorrenti responsabbli għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>numru ta’ ftehim u prattiki miftiehma fis-settur tal-metakrilati<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. Meta tinqara fid-dawl tal-motivi ta’ din id-deċiżjoni, u b’mod partikolari fid-dawl tal-premessi 2 u 222 sa 225 tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20070917">17 ta’ Settembru 2007</DATE>, Microsoft vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-201/04" PAGE.ECR="II-3601" YEAR="2007">T-201/04, Ġabra p. II-3601</REF.DOC.ECR>, punt 1258, u l-ġurisprudenza ċċitata), din id-dispożizzjoni żżomm lir-rikorrenti responsabbli għall-parteċipazzjoni, fil-perijodu kkonċernat, fi ksur uniku u kontinwu fir-rigward tal-komponenti tal-forom tal-PMMA, tal-folji solidi tal-PMMA u tal-folji għal tagħmir sanitarju tal-PMMA.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>L-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti ġiet ddeterminat fuq il-bażi tal-gravità ta’ tali ksur. B’mod partikolari, mill-premessa 333 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li, fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-ammont inizjali tal-multa tar-rikorrenti, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ li hija kienet iġġenerat mill-bejgħ tal-prodotti tal-PMMA li fir-rigward tagħhom kienet ipparteċipat fl-akkordju, u għalhekk, skont il-Kummissjoni, tat-tliet prodotti kollha msemmija iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkonstatat li, minkejja li r-rikorrenti ma hijiex qiegħda titlob l-annullament tal-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata (ara l-punt 40 iktar ’il fuq), dan il-motiv, jekk jitqies li huwa fondat, huwa ta’ natura li jimplika t-tnaqqis tal-ammont tal-multa tagħha u, b’mod speċifiku, tal-ammont inizjali tagħha. Fil-fatt, kif tfakkar ir-rikorrenti, il-fatt li impriża ma pparteċipatx fl-elementi kollha li jikkostitwixxu akkordju għandu jittieħed inkunsiderazzjoni meta tiġi evalwata l-gravità tal-ksur u, jekk ikun il-każ, meta jiġi ddeterminat l-ammont tal-multa (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19990708">8 ta’ Lulju 1999</DATE>, Il-Kummissjoni vs Anic Partecipazioni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-49/92 P" PAGE.ECR="I-4125" YEAR="1999">C-49/92 P, Ġabra p. I-4125</REF.DOC.ECR>, punt 90, u tas-<DATE ISO="20040107">7 ta’ Jannar 2004</DATE>, Aalborg Portland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-204/00 P+C-205/00 P+C-211/00 P+C-213/00 P+C-217/00 P+C-219/00 P" PAGE.ECR="I-123" YEAR="2004">C-204/00 P, C-205/00 P, C-211/00 P, C-213/00 P, C-217/00 P u C-219/00 P, Ġabra p. I-123</REF.DOC.ECR>, punt 86). Skont il-ġurisprudenza, din l-evalwazzjoni għandha ssir fl-istadju tal-iffissar tal-ammont inizjali speċifiku tal-multa (sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-<DATE ISO="20100519">19 ta’ Mejju 2010</DATE>, IMI <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-18/05" PAGE.ECR="II-1769" YEAR="2010">T-18/05, Ġabra p. II-1769</REF.DOC.ECR>, punt 164).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħha, ir-rikorrenti essenzjalment issostni li, fir-rigward tal-komponenti tal-forom tal-PMMA matul il-perijodu li fih hija kienet il-proprjetarja ta’ ICI Acrylics, il-Kummissjoni bbażat ruħha esklużivament fuq id-dikjarazzjonijiet mhux issostanzjati ta’ impriża li kienet ressqet talba għal immunità jew għal tnaqqis tal-ammont tal-multa u fuq il-fatt li kienu nżammu numru ta’ laqgħat. Skont ir-rikorrenti, dawn il-provi ma jissodisfawx l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>istandard ta’ prova<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> meħtieġ mill-ġurisprudenza.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Fil-fehma tagħha, huma biss il-provi li jikkonċernaw laqgħa li nżammet fis-<DATE ISO="19991026">26 ta’ Ottubru 1999</DATE>, imsemmija fil-premessa 124 tad-deċiżjoni kkontestata, li jistgħu, jekk ikun il-każ, jissodisfaw l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>istandard<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> imsemmi sa fejn il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq żewġ impriżi li ressqu talba taħt il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni kif ukoll fuq dokument mill-istess żmien bħal-laqgħa msemmija. Madankollu, ir-rikorrenti ssostni li din il-laqgħa ma tistax tiġi invokata fil-konfront tagħha għaliex altrimenti jkunu qegħdin jiġu ppreġudikati d-drittijiet tad-difiża tagħha. Fil-fatt, fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, li tikkunsidra t-<DATE ISO="19990930">30 ta’ Settembru 1999</DATE> bħala d-data li fiha ntemm<?PAGE NO="7"?> il-ksur imputat lir-rikorrenti (ara l-premessa 291 tad-deċiżjoni kkontestata), din il-laqgħa kienet invokata mill-Kummissjoni fil-konfront ta’ parteċipanta oħra fil-ksur, jiġifieri Lucite. Għaldaqstant, ir-rikorrenti ma kellhiex il-possibbiltà li tiddefendi ruħha effettivament dwar l-allegazzjonijiet u dwar il-provi li jikkonċernaw din il-laqgħa.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat li l-argument imsemmi iktar ’il fuq li jikkonċerna ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti qiegħed jitqajjem esklużivament sabiex tiġi kkontestata l-possibbiltà li l-laqgħa tas-<DATE ISO="19991026">26 ta’ Ottubru 1999</DATE> u l-provi relatati ma’ din il-laqgħa jiġu invokati fil-konfront tar-rikorrenti fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-gravità ta’ ksur imwettaq minnha. B’mod partikolari, ir-rikorrenti ma hijiex qiegħda titlob l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkonstata, fir-rigward tagħha, tul tal-ksur itwal minn dak stabbilit fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, minħabba allegat ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi osservat li l-eventwali konstatazzjoni ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti ma jista’ jkollha ebda konsegwenza fuq is-soluzzjoni ta’ din il-kawża jekk jirriżulta li, anki jekk ma titteħidx inkunsiderazzjoni l-laqgħa tas-<DATE ISO="19991026">26 ta’ Ottubru 1999</DATE>, il-provi miġbura mill-Kummissjoni kienu suffiċjenti sabiex tiġi stabbilita l-implikazzjoni tar-rikorrenti fl-aspett tal-ksur li jikkonċerna l-komponenti tal-forom tal-PMMA.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għal raġunijiet ta’ ekonomija tal-ġudizzju, l-eżami ta’ dan il-motiv għandu jitkompla mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni l-laqgħa msemmija iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, għandu jiġi osservat li, skont id-deċiżjoni kkontestata, il-ksur uniku u kontinwu inkwistjoni kien jikkonsisti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>f’sensiela ta’ azzjonijiet li jistgħu jiġu kkwalifikati bħala ftehim jew bħala prattiki miftiehma, li kienu jkopru t-tliet prodotti kkonċernati u li kienu jiżvelaw l-eżistenza kontinwa ta’ ċerta direzzjoni fl-aġir intiża li tillimita l-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> (premessa 222 tad-deċiżjoni kkontestata). Fid-dawl tal-karatteristiċi komuni tal-ftehim antikompetittivi li jikkonċernaw it-tliet prodotti kkonċernati, elenkati fil-premessa 223 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkunsidrat li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>minkejja li [dawn it-tliet prodotti] għandhom karatteristiċi differenti u jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li jappartjenu għal swieq ta’ prodott differenti, [kienu] jeżistu rabtiet suffiċjenti li jippermettu [lill-Kummissjoni] tikkonkludi li l-prodotturi [tal-prodotti msemmija] imxew ma’ pjan komuni li kien jiddetermina d-direzzjoni tal-azzjoni tagħhom fis-suq u li kien jillimita l-aġir kummerċjali rispettiv tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. Skont il-Kummissjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>il-ksur ikkonsista f’sensiela ta’ azzjonijiet bi pjan komuni u b’għan ekonomiku wieħed, jiġifieri li jiġi evitat il-moviment normali tal-prezzijiet tat-tliet prodotti tal-PMMA fiż-ŻEE<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> (premessa 224 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fost il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>karatteristiċi komuni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> msemmija fil-premessa 223 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni semmiet b’mod partikolari:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>grupp ċentrali kkostitwit mill-istess impriżi, [jiġifieri] Atofina, ICI (li saret Lucite) u Degussa<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>;</P></ITEM><ITEM><P>il-fatt li dawn it-tliet produtturi Ewropej prinċipali kienu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>produtturi totalment integrati<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>kienu taw attenzjoni kbira lill-effetti kkawżati mill-ftehim antikompetittivi konklużi għal kull wieħed minn dawn il-prodotti [b’tali mod] li l-konklużjoni ta’ akkordju fuq wieħed minn dawn il-prodotti kellha awtomatikament impatt fuq l-istruttura tan-nefqa u/jew fuq il-prezzijiet tal-prodotti l-oħra<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>;</P></ITEM><ITEM><P>il-fatt li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>laqgħat u kuntatti kienu xi drabi ddedikati għal minn tal-inqas tnejn minn dawn it-tliet prodotti tal-PMMA<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, rabta din li tirriżulta minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>diversi laqgħat li kkonċernaw kemm il-komponenti tal-forom tal-PMMA u kif ukoll il-folji solidi tal-PMMA<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>;</P></ITEM><ITEM><P>il-fatt li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>numru ta’ rappreżentanti tal-impriżi implikati fil-ftehim antikompetittivi kienu responsabbli għal diversi prodotti koperti mill-investigazzjoni u kienu għalhekk konxji, jew ma setgħux ma jkunux konxji, tal-eżistenza [ta’ tali ftehim] li jkopru diversi prodotti<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni semmiet b’mod partikolari s-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Sur [D.], Viċi President ta’ Global Monomers u ta’<?PAGE NO="8"?> EAME fi ħdan ICI Acrylics, li [kien] attenda għal laqgħat iddedikati [għall-komponenti tal-forom tal-PMMA u għall-folji solidi tal-PMMA]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, laqgħat li diversi minnhom inżammu fil-perijodu ta’ ksur imputabbli lir-rikorrenti;</P></ITEM><ITEM><P>il-fatt li l-istess mekkaniżmu ta’ funzjonament tal-akkordju kienu japplikaw għat-tliet prodotti kkonċernati.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Fir-rigward b’mod speċifiku tal-kollużjoni dwar il-komponenti tal-forom tal-PMMA fil-perijodu kkunsidrat, huwa paċifiku bejn il-partijiet li, bl-eċċezzjoni tal-laqgħa tas-<DATE ISO="19991026">26 ta’ Ottubru 1999</DATE> (ara l-punt 48 iktar ’il fuq), il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni huma bbażati fuq erbatax-il laqgħa li nżammu bejn it-<DATE ISO="19970123">23 ta’ Jannar 1997</DATE> u s-sajf 1999 (ara l-premessi 110 sa 123 tad-deċiżjoni kkontestata). Barra minn hekk, huwa paċifiku li l-preżenza tar-rikorrenti hija allegata biss fir-rigward ta’ għaxra minn dawn il-laqgħat u li għalhekk ma hijiex allegata fir-rigward tal-erba’ laqgħat imsemmija fil-premessi 112, 114, 117 u 121 tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Għandu għalhekk jiġi eżaminat jekk il-provi miġbura mill-Kummissjoni kinux suffiċjenti sabiex tiġi stabbilita l-parteċipazzjoni tar-rikorrenti f’dan l-aspett tal-ksur.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan id-dawl għandu jitfakkar li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-provi li jkunu ta’ natura li juru, b’mod suffiċjenti fil-liġi, l-eżistenza tal-fatti li jikkostitwixxu ksur tal-Artikolu 81(1) KE (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="19981217">17 ta’ Diċembru 1998</DATE>, Baustahlgewebe vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-185/95 P" PAGE.ECR="I-8417" YEAR="1998">C-185/95 P, Ġabra p. I-8417</REF.DOC.ECR>, punt 58). Il-Kummissjoni għandha tippreżenta provi preċiżi u konkordanti sabiex fuqhom tibbaża l-konvinzjoni ferma li l-ksur twettaq (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20000706">6 ta’ Lulju 2000</DATE>, Volkswagen vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-62/98" PAGE.ECR="II-2707" YEAR="2000">T-62/98, Ġabra p. II-2707</REF.DOC.ECR>, punt 43, u l-ġurisprudenza ċċitata; sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20080708">8 ta’ Lulju 2008</DATE>, Lafarge vs Il-Kummissjoni, T-54/03, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 55).</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Madankollu, ma huwiex neċessarjament meħtieġ li kull waħda mill-provi mressqa mill-Kummissjoni tissodisfa dawn il-kriterji fir-rigward ta’ kull element tal-ksur. Huwa biżżejjed li s-sensiela ta’ indizji invokata mill-istituzzjoni, meta evalwata globalment, tissodisfa dan ir-rekwiżit (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20040708">8 ta’ Lulju 2004</DATE>, JFE Engineering <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-67/00+T-68/00+T-71/00+T-78/00" PAGE.ECR="II-2501" YEAR="2004">T-67/00, T-68/00, T-71/00 u T-78/00, Ġabra p. II-2501</REF.DOC.ECR>, punt 180, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>L-indizji invokati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni sabiex tipprova l-eżistenza ta’ ksur tal-Artikolu 81(1) KE minn impriża ma għandhomx jiġu evalwati b’mod iżolat iżda għandhom jiġu evalwati flimkien (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20080708">8 ta’ Lulju 2008</DATE>, BPB vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-53/03" PAGE.ECR="II-1333" YEAR="2008">T-53/03, Ġabra p. II-1333</REF.DOC.ECR>, punt 185, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Għandu jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll il-fatt li l-attivitajiet antikompetittivi jseħħu fil-moħbi u, għaldaqstant, fil-parti l-kbira tal-każijiet, l-eżistenza ta’ prattika jew ta’ ftehim antikompettivi għandha tinsilet min-numru ta’ koinċidenzi u ta’ indizji li, meta kkunsidrati flimkien, ikunu jistgħu jikkostitwixxu, fin-nuqqas ta’ spjegazzjoni koerenti oħra, prova ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni (sentenza Aalborg Portland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 43 iktar ’il fuq, punti 55 sa 57).</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita huwa biżżejjed li l-Kummissjoni turi li l-impriża kkonċernata pparteċipat f’laqgħat li matulhom ġew konklużi ftehim ta’ natura antikompetittiva, mingħajr ma opponiet b’mod evidenti għall-konklużjoni tagħhom, sabiex tipprova b’mod suffiċjenti l-parteċipazzjoni ta’ din l-impriża fl-akkordju. Ladarba l-parteċipazzjoni f’tali laqgħat tkun stabbilita, hija din l-impriża li jkollha tressaq indizji ta’ natura li jistabbilixxu li l-parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat imsemmija ma kellha ebda intenzjoni antikompetittiva u dan billi turi li hija kienet indikat lill-kompetituri tagħha li hija kienet qiegħda tipparteċipa f’dawn il-laqgħat b’perspettiva differenti minn tagħhom (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19990708">8 ta’ Lulju 1999</DATE>, Hüls vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-199/92 P" PAGE.ECR="I-4287" YEAR="1999">C-199/92 P, Ġabra p. I-4287</REF.DOC.ECR>, punt 155; Il-Kummissjoni vs Anic Partecipazioni, iċċitata fil-punt 43 iktar ’il fuq, punt 96, u Aalborg Portland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 43 iktar ’il fuq, punt 81).</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argumenti tar-rikorrenti dwar il-valur tad-dikjarazzjonijiet magħmula fil-kuntest tat-talbiet taħt il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, ebda dispożizzjoni u ebda prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea ma jipprekludu lill-Kummissjoni milli tinvoka, fil-konfront ta’ impriża, dikjarazzjonijiet magħmula minn impriżi implikati oħra (sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="19990420">20 ta’ April 1999</DATE>, Limburgse Vinyl Maatschappij <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-305/94+T-306/94+T-307/94+T-313/94+T-314/94+T-315/94+T-316/94+T-318/94+T-325/94+T-328/94+T-329/94+T-335/94" PAGE.ECR="II-931" YEAR="1999">T-305/94 sa T-307/94, T-313/94 sa T-316/94, T-318/94, T-325/94, T-328/94, T-329/94 u T-335/94, Ġabra p. II-931</REF.DOC.ECR>, punt 512). Għaldaqstant, id-dikjarazzjonijiet magħmula fil-kuntest tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni ma jistgħux jitqiesu li ma għandhomx valur probatorju minħabba s-sempliċi fatt li saru f’dan il-kuntest (sentenza Lafarge vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 53 iktar ’il fuq, punti 57 u 58).</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Wieħed jifhem li xhieda mogħtija b’mod volontarju mill-parteċipanti prinċipali f’akkordju illegali tiġi ttrattata b’ċertu suspett, meta titqies il-possibbiltà li dawn il-parteċipanti jkollhom it-tendenza li jnaqqsu l-importanza tal-kontribut tagħhom fil-ksur u li jżidu dak ta’ oħrajn. Madankollu, fid-dawl tal-loġika inerenti għall-proċedura prevista mill-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni, il-fatt li persuna titlob biex tibbenefika mill-applikazzjoni ta’ dan l-avviż bil-għan li tikseb tnaqqis tal-multa ma joħloqx neċessarjament inċentiv sabiex jiġu prodotti provi mhux idonei fil-konfront tal-parteċipanti l-oħra fl-akkordju inkwistjoni. Fil-fatt, kull tentattiv sabiex tqarraq bil-Kummissjoni jista’ jqajjem dubji dwar is-sinċerità kif ukoll dwar il-kompletezza tal-kooperazzjoni tal-impriża u, għaldaqstant, jipperikola l-possibbiltà li din tibbenefika b’mod sħiħ mill-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni (sentenzi tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20061116">16 ta’ Novembru 2006</DATE>, Peróxidos Orgánicos vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-120/04" PAGE.ECR="II-4441" YEAR="2006">T-120/04, Ġabra p. II-4441</REF.DOC.ECR>, punt 70, u Lafarge vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 53 iktar ’il fuq, punt 58).</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>B’mod partikolari, għandu jiġi kkunsidrat li l-fatt li persuna tistqarr li wettqet ksur u li tammetti għalhekk l-eżistenza ta’ fatti li jmorru lil hinn minn dawk li l-eżistenza tagħhom setgħet tiġi dedotta b’mod dirett mid-dokumenti inkwistjoni jimplika <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>, fin-nuqqas ta’ fatti partikolari li jindikaw il-kuntrarju, li din il-persuna ddeċidiet li tgħid il-verità. Fil-fatt, id-dikjarazzjonijiet li jmorru kontra l-interessi ta’ min għamilhom għandhom, bħala prinċipju, jiġu kkunsidrati bħala provi partikolarment affidabbli (sentenzi tal-Qorti Ġenerali JFE Engineering <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 54 iktar ’il fuq, punti 211 u 212; tas-<DATE ISO="20070426">26 ta’ April 2007</DATE>, Bolloré <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-109/02+T-118/02+T-122/02+T-125/02+T-126/02+T-128/02+T-129/02+T-132/02+T-136/02" PAGE.ECR="II-947" YEAR="2007">T-109/02, T-118/02, T-122/02, T-125/02, T-126/02, T-128/02, T-129/02, T-132/02 u T-136/02, Ġabra p. II-947</REF.DOC.ECR>, punt 166, u Lafarge vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 53 iktar ’il fuq, punt 59).</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita, id-dikjarazzjoni ta’ impriża akkużata li pparteċipat f’akkordju, li l-eżattezza tagħha tkun ikkontestata minn diversi impriżi akkużati oħra, ma tistax tkun ikkunsidrata bħala li tikkostitwixxi prova suffiċjenti tal-eżistenza ta’ ksur imwettaq minn dawn tal-aħħar jekk ma tkunx ikkorroborata minn provi oħra (sentenzi tal-Qorti Ġenerali JFE Engineering <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 54 iktar ’il fuq, punt 219; tal-<DATE ISO="20051025">25 ta’ Ottubru 2005</DATE>, Groupe Danone vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-38/02" PAGE.ECR="II-4407" YEAR="2005">T-38/02, Ġabra p. II-4407</REF.DOC.ECR>, punt 285, u Lafarge vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 53 iktar ’il fuq, punt 293).</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-eżami tal-valur probatorju tad-dikjarazzjonijiet tal-impriżi li ressqu talba taħt il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni, il-Qorti Ġenerali għandu tieħu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari l-importanza tal-indizji konkordanti li jsostnu r-rilevanza ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi JFE Engineering <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 54 iktar ’il fuq, punt 220, u Peróxidos Orgánicos vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 59 iktar ’il fuq, punt 70) u n-nuqqas ta’ indikazzjoni li dawn l-impriżi kienu qegħdin jipprovaw inaqqsu l-importanza tal-kontribuzzjoni tagħhom fil-ksur u jżidu dik tal-impriżi l-oħra (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Lafarge vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 53 iktar ’il fuq, punti 62 u 295).</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju fil-kawża ineżami, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, meta tkun adita b’rikors għall-annullament ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 81(1) KE, il-Qorti Ġenerali għandha teżerċita b’mod ġenerali stħarriġ sħiħ fir-rigward<?PAGE NO="10"?> tal-kwistjoni jekk il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) KE humiex sodisfatti jew le (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20001026">26 ta’ Ottubru 2000</DATE>, Bayer vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-41/96" PAGE.ECR="II-3383" YEAR="2000">T-41/96, Ġabra p. II-3383</REF.DOC.ECR>, punt 62, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ dubju fil-ħsieb tal-qorti għandha tiffavorixxi lill-impriża destinatarja tad-deċiżjoni li tikkonstata ksur, inkonformità mal-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza, prinċipju li, bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, japplika b’mod partikolari għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi li jista’ jwassal għall-impożizzjoni ta’ multi jew ta’ pagamenti ta’ penalità (sentenza Hüls vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 57 iktar ’il fuq, punti 149 u 150).</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Huwa fil-kuntest ta’ dawn l-osservazzjonijiet ġenerali li għandhom jiġu eżaminati l-provi miġbura mill-Kummissjoni fil-każ ineżami.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, għandu jiġi osservat li, fir-rigward tal-għaxar laqgħat imsemmija fil-punt 51 iktar ’il fuq, ir-rikorrenti la qiegħda tikkontesta li dawn saru bejn il-kompetituri u lanqas ma qiegħda tikkontesta l-preżenza tagħha waqt dawn il-laqgħat u li r-rikorrenti ma hijiex tallega li hija ddistakkat ruħha pubblikament mill-kontenut ta’ dawn il-laqgħat. Għaldaqstant, sabiex tiġi kkonstata r-responsabbiltà tar-rikorrenti, huwa biżżejjed li jiġi vverifikat jekk il-Kummissjoni stabbilixxietx b’mod suffiċjenti fil-liġi li dawn il-laqgħat kellhom għan manifestament anitkompetittiv fir-rigward tal-komponenti tal-forom tal-PMMA (ara l-ġurisprudenza msemmija fil-punt 57 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li d-deskrizzjoni tal-laqgħat imsemmija hija bbażata prinċipalment fuq id-dikjarazzjonijiet ta’ Degussa, il-benefiċjarja tal-immunità minn multa. Issa, Degussa tattribwixxi lil dawn il-laqgħat kontenut manifestament antikompetittiv fir-rigward tal-komponenti tal-forom tal-PMMA (ara l-premessi 110, 111, 113, 115, 116, 118, 119, 120, u 123), punt dan li ma huwiex ikkontestat mir-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, ir-rikorrenti ssostni, minn naħa, li dawn id-dikjarazzjonijiet, fihom infushom, ma jikkostitwixxux prova suffiċjenti tal-ksur u, min-naħa l-oħra, li dawn id-dikjarazzjonijiet ma humiex ikkorroborati minn provi oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza msemmija fil-punti 58 sa 60 iktar ’il fuq, id-dikjarazzjonijiet magħmula fil-kuntest tal-politika ta’ klemenza għandhom rwol importanti. Dawn id-dikjarazzjonijiet magħmula għan-nom ta’ impriżi għandhom valur probatorju kunsiderevoli peress li jinvolvu riskji legali u ekonomiċi kunsiderevoli (ara wkoll is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20110324">24 ta’ Marzu 2011</DATE>, Aalberts Industries <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-385/06" PAGE.ECR="II-1223" YEAR="2011">T-385/06, Ġabra p. II-1223</REF.DOC.ECR>, punt 47). Madankollu, mill-ġurisprudenza msemmija fil-punti 59 u 61 iktar ’il fuq jirriżulta wkoll li d-dikjarazzjonijiet magħmula minn impriżi akkużati, fil-kuntest ta’ talbiet imressqa taħt il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni, għandhom jiġu evalwati bi prudenza, u, jekk jiġu kkontestati, bħala regola ġenerali, ma jistgħux jiġu kkunsidrati li huma ta’ natura suffiċjentement probatorja sakemm ma jkunux ikkorroborati.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Madankollu, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni r-rikorrenti, id-dikjarazzjonijiet ta’ Degussa fir-rigward tal-eżistenza ta’ diskussjonijiet antikompetittivi dwar il-komponenti tal-forom tal-PMMA fil-perijodu kkunsidrat huma kkorroborati suffiċjentement minn provi oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi enfasizzat il-fatt li Degussa ma kinitx l-uniku sors ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni. Fil-fatt, id-deskrizzjoni tal-laqgħa tal-<DATE ISO="19990511">11 ta’ Mejju 1999</DATE> (premessa 122 tad-deċiżjoni kkontestata) hija bbażata fuq dikjarazzjoni minn Lucite. Għalkemm Degussa, li ma kinitx preżenti għal din il-laqgħa, ma tagħmilx riferiment għaliha fid-dikjarazzjoni tagħha, id-dikjarazzjoni ta’ Lucite xorta waħda tikkorrobora l-allegazzjoni ta’ Degussa fir-rigward tal-eżistenza ta’ akkordju dwar il-komponenti tal-forom tal-PMMA matul il-perijodu kkunsidrat u fir-rigward tal-implikazzjoni tar-rikorrenti f’dan l-akkordju.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi osservat li, fir-rigward tal-parti l-kbira minn dawn il-laqgħat, il-Kummissjoni ġabret provi (bħal indikazzjonijiet tal-aġenda, noti dwar l-ispejjeż), li jixhdu li nżammet il-laqgħa jew li jixhdu l-preżenza tal-persuni kkonċernati fil-laqgħa. Għalkemm, kif issostni ġustament ir-rikorrenti, is-sempliċi fatt li tkun inżammet laqgħa bejn il-kompetituri ma huwiex biżżejjed sabiex tiġi stabbilita n-natura antikompetittiva ta’ din il-laqgħa, għandu xorta waħda jiġi kkunsidrat li dawn il-provi jissostanzjaw, sa ċertu punt, id-dikjarazzjonijiet ta’ Degussa.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fit-talba tagħha tal-<DATE ISO="20030711">11 ta’ Lulju 2003</DATE>, imressqa taħt il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni, Lucite għamlet dikjarazzjonijiet li jikkonfermaw, b’mod ġenerali, l-eżistenza ta’ akkordju allegat fid-deċiżjoni li ssir spezzjoni, inkluż fir-rigward tal-komponenti tal-forom tal-PMMA, u l-parteċipazzjoni tar-rikorrenti f’dan l-akkordju.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li dawn huma affermazzjonijiet ġenerali, dan l-affermazzjonijiet xorta waħda għandhom l-istess sens bħall-allegazzjonijiet ta’ Degussa. Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-assi kkonċernati mill-ksur, inklużi d-dokumenti u l-membri tal-persunal, ġew ittrasferiti mir-rikorrenti lil Lucite, b’tali mod li d-dikjarazzjonijiet ta’ din tal-aħħar dwar l-implikazzjoni tar-rikorrenti fil-ksur huma partikolarment rilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, fit-talba tagħha mressqa taħt il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni, Atofina rrikonoxxiet li ħadet sehem f’akkordju b’effett, minn tal-inqas, mit-<DATE ISO="19970123">23 ta’ Jannar 1997</DATE>, inkluż fir-rigward tal-komponenti tal-forom tal-PMMA. Mill-bqija, il-kumpanniji li jikkomponu l-impriża Atofina (Arkema, Altuglas u Altumax, minn naħa, u Total u Elf Aquitaine, min-naħa l-oħra) ma kkontestawx l-eżistenza ta’ tali akkordju fil-kuntest tar-rikorsi rispettivi tagħhom kontra d-deċiżjoni kkontestata (Kawżi T-206/06 u T-217/06).</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Huma minnu li, f’komunikazzjoni ta’ Atofina tal-<DATE ISO="20030610">10 ta’ Ġunju 2003</DATE>, l-ewwel laqgħa antikompetittiva dwar il-komponenti tal-forom tal-PMMA, li fir-rigward tagħha Atofina ssemmi l-preżenza ta’ ICI Acrylics, hija l-laqgħa tas-<DATE ISO="19991026">26 ta’ Ottubru 1999</DATE>. Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li, f’din il-komunikazzjoni, Atofina tiddikjara b’mod ċar l-eżistenza ta’ kuntatti antikompetittivi dwar il-komponenti tal-forom tal-PMMA fil-perijodu bejn l-1998 u l-2001. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni tikkorrobora wkoll id-dikjarazzjonijiet ta’ Degussa f’dan is-sens.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Fil-ħames lok, għandu jiġi enfasizzat li, skont id-deċiżjoni kkontestata, minn tal-inqas sebgħa mill-għaxar laqgħat analizzati kienu jikkonċernaw kemm il-komponenti tal-forom tal-PMMA kif ukoll il-folji solidi tal-PMMA (ara l-premessi 110, 111, 115, 116, 118, 119 u 120 tad-deċiżjoni kkontestata) u li r-rikorrenti ma hijiex qiegħda tikkontesta n-natura antikompetittiva ta’ dawn il-laqgħat fir-rigward ta’ dan it-tieni prodott. Dan il-punt isaħħaħ ukoll il-kredibbiltà tad-dikjarazzjonijiet ta’ Degussa fir-rigward tad-deskrizzjoni ta’ dawn il-laqgħat antikompetittivi.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Fis-sitt lok, f’uħud mil-laqgħat imsemmija fil-punt 77 iktar ’il fuq, inkluża l-laqgħa tat-<DATE ISO="19970123">23 ta’ Jannar 1997</DATE>, li nżammet bħala d-data li minnha beda l-ksur, kien ipparteċipa s-Sur D., li kellu pożizzjoni għolja fi ħdan ICI Acrylics u li kien responsabbli kemm għall-komponenti tal-forom tal-PMMA kif ukoll għall-folji solidi tal-PMMA. Peress li r-rikorrenti ma hijiex qiegħda tikkontesta n-natura antikompetittiva ta’ dawn il-laqgħat fir-rigward ta’ dan it-tieni prodotti u lanqas ma qiegħda tikkontesta l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li l-impriżi kkonċernati kienu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>taw attenzjoni kbira lill-effetti kkawżati mill-ftehim antikompetittivi konklużi għal kull wieħed minn dawn il-prodotti<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> (ara l-premessa 223 tad-deċiżjoni kkontestata u t-tieni inċiż tal-punt 50 iktar ’il fuq), dan huwa indizju li jindika li l-komponenti tal-forom tal-PMMA kienu koperti wkoll matul dawn il-laqgħat.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-provi, għandu jiġi kkonstatat li, meta kkunsidrati flimkien, dawn il-provi jikkostitwixxu sensiela ta’ indizji suffiċjentement konkordanti sabiex jikkorroboraw id-dikjarazzjonijiet ta’ Degussa fir-rigward tal-eżistenza ta’ akkordju li jkopri l-komponenti tal-forom tal-PMMA matul il-perijodu kkunsidrat u fir-rigward tal-parteċipazzjoni tar-rikorrenti f’dan l-akkordju.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>L-argumenti mqajma mir-rikorrenti fir-rigward tar-rilevanza tad-dikjarazzjonijiet ta’ Degussa ma humiex ta’ natura li jaffettwaw din il-konklużjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Fil-fatt, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni r-rikorrenti, id-dikjarazzjonijiet ta’ Degussa ma jistgħux jitwarrbu għas-sempliċi raġuni li dawn huma dikjarazzjonijiet magħmula f’talba għal immunità mill-konsulenti tal-impriża (ara b’mod partikolari l-punti 59 u 60 iktar ’il fuq). Barra minn hekk, għalkemm, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kellha effettivament tabbanduna ċerti oġġezzjonijiet ibbażati fuq id-dikjarazzjonijiet ta’ Degussa (bħalma huma b’mod partikolari l-oġġezzjonijiet kollha dwar il-MMA, il-materja prima għall-produzzjoni tal-PMMA), xorta jibqa’ l-fatt li rriżulta li l-allegazzjonijiet tagħha kienu globalment fondati, kif jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti. Il-prova ta’ dan tinsab, b’mod partikolari, fil-fatt li tliet impriżi oħra, jiġifieri r-rikorrenti, Atofina u Lucite, ressqu t-talbiet tagħhom taħt il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni fir-rigward tal-akkordju allegat minn Degussa. Barra minn hekk, bl-eċċezzjoni tar-rikorrenti fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ebda waħda minn dawn l-impriżi ma kkontestat l-eżistenza tal-ksur fil-kuntest tar-rikors tagħha kontra d-deċiżjoni kkontestata (Kawżi T-206/06, T-217/06 u T-216/06). B’mod partikolari, ir-rikorrenti stess ikkonfermat b’mod impliċitu r-rilevanza tat-talba għal immunità ta’ Degussa sa fejn irrikonoxxiet il-parteċipazzjoni tagħha fl-akkordju fir-rigward tal-folji solidi tal-PMMA u tal-folji għal tagħmir sanitarju tal-PMMA.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Peress li d-dikjarazzjonijiet ta’ Degussa kienu kkorroborati b’mod suffiċjenti, għall-kuntrarju ta’ dak li tallega r-rikorrenti, ma jistax jiġi aċċettat l-argument tar-rikorrenti fis-sens li l-aspett tal-ksur li jikkonċerna l-komponenti tal-forom tal-PMMA ma setax jittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur tagħha fid-dawl tad-determinazzjoni tal-ammont tal-multa.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat ukoll li r-rikorrenti ma għandhiex raġun meta ssostni, essenzjalment, li l-klassifikazzjoni tal-ksur inkwistjoni bħala ksur uniku u kontinwu li jkopri t-tliet prodotti tal-PMMA, fosthom il-komponenti tal-forom (ara l-punt 49 iktar ’il fuq), ma jistax ikollha konsegwenza fuq l-analiżi ta’ dan il-motiv.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, ksur tal-Artikolu 81(1) KE jista’ jirriżulta mhux biss minn att iżolat iżda wkoll minn serje ta’ atti jew inkella minn aġir kontinwu. Din l-interpretazzjoni ma tistax tiġi kkontestata fuq il-bażi tal-argument li element jew diversi elementi minn din is-serje ta’ atti jew minn dan l-aġir kontinwu jistgħu jikkostitwixxu wkoll, fihom infushom u kkunsidrati b’mod iżolat, ksur tad-dispożizzjoni msemmija (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il-Kummissjoni vs Anic Partecipazioni, iċċitata fil-punt 43 iktar ’il fuq, punt 81). Meta d-diversi azzjonijiet jagħmlu parti minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>pjan globali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, minħabba li jkollhom l-istess għan li joħolqu distorsjoni għall-kompetizzjoni fis-suq komuni, il-Kummissjoni tista’ timputa r-responsabbiltà ta’ dawn l-azzjonijiet skont il-parteċipazzjoni fil-ksur ikkunsidrat fl-intier tiegħu (ara s-sentenza Aalborg Portland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 43 iktar ’il fuq, punt 258, u l-ġurisprudenza ċċitata), anki jekk jiġi stabbilit li l-impriża kkonċernata pparteċipat direttament biss f’wieħed jew f’diversi elementi li jikkostitwixxu l-ksur (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20071212">12 ta’ Diċembru 2007</DATE>, BASF u UCB vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-101/05+T-111/05" PAGE.ECR="II-4949" YEAR="2007">T-101/05 u T-111/05, Ġabra p. II-4949</REF.DOC.ECR>, punt 161, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex tistabbilixxi l-parteċipazzjoni ta’ impriża f’tali ftehim uniku, il-Kummissjoni għandha tipprova li l-imsemmija impriża kellha l-intenzjoni li, permezz tal-aġir tagħha stess, tikkontribwixxi għall-għanijiet komuni tal-parteċipanti kollha u li hija kienet taf bl-aġir materjali ppjanat jew implementat minn impriżi oħra sabiex jintlaħqu l-istess għanijiet, jew li hija setgħet b’mod raġonevoli tipprevedihom u li hija kienet lesta li taċċetta r-riskju korrispondenti (sentenza Il-Kummissjoni vs Anic Partecipazioni, iċċitata fil-punt 43 iktar ’il fuq, punt 87, u Aalborg Portland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 43 iktar ’il fuq, punt 83).</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, sabiex iżżomm lir-rikorrenti responsabbli għall-ksur uniku kollu u sabiex tiffissa l-ammont tal-multa fid-dawl ta’ dan, kien biżżejjed għall-Kummissjoni li tistabbilixxi li r-rikorrenti kienet taf jew kien imissha kienet taf li, bil-parteċipazzjoni tagħha f’akkordju dwar il-folji solidi tal-PMMA u l-folji għal tagħmir sanitarju tal-PMMA, hija kienet qiegħda tinvolvi ruħha f’akkordju globali li jkopri t-tliet prodotti tal-PMMA (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20020320">20 ta’ Marzu 2002</DATE>, Sigma Tecnologie vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-28/99" PAGE.ECR="II-1845" YEAR="2002">T-28/99, Ġabra p. II-1845</REF.DOC.ECR>, punt 45, u Bolloré <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 60 iktar ’il fuq, punt 209).</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Issa, l-provi analizzati iktar ’il fuq huma iktar minn suffiċjenti għal dan il-għan.</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>B’mod partikolari, għandu jitfakkar li l-eżistenza ta’ kuntatti antikompetittivi dwar il-komponenti tal-forom tal-PMMA fil-perijodu kkunsidrat tirriżulta wkoll mid-dikjarazzjonijiet ta’ tliet impriżi, jiġifieri Degussa, Lucite u Atofina.</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti ma hijiex qiegħda tikkontesta r-responsabbiltà tagħha għall-ksur imwettaq, matul l-istess perijodu, fir-rigward tal-folji solidi tal-PMMA u tal-folji għal tagħmir sanitarju tal-PMMA. Bl-istess mod, hija lanqas ma qiegħda tikkontesta l-eżistenza, bħala tali, ta’ ksur uniku. B’mod partikolari, minkejja numru ta’ argumenti frammentarji fir-replika, ir-rikorrenti lanqas biss tipprova tikkontesta l-motivi, imfakkra fil-punti 49 u 50 iktar ’il fuq, li wasslu lill-Kummissjoni sabiex tikkonstata l-eżistenza ta’ ksur uniku.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>B’hekk, ir-rikorrenti ma tikkontestax, b’mod partikolari, il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni fis-sens li r-rappreżentant tagħha li attenda għal-laqgħat antikompetittivi (li skont ir-rikorrenti kienu jikkonċernaw biss prodotti oħra) kien responsabbli għal diversi prodotti koperti mill-investigazzjoni u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>kien għalhekk konxju, jew ma setax ma jkunx konxju<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> tal-eżistenza ta’ tali ftehim li jkopru diversi prodotti. Bl-istess mod, hija lanqas ma tikkontesta d-dikjrazzjoni tal-Kummissjoni li hija kienet produttur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>totalment integrat<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> u li kienet tat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>attenzjoni kbira lill-effetti kkawżati mill-ftehim antikompetittivi konklużi għal kull wieħed minn dawn il-prodotti<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> (ara t-tieni u r-raba’ inċiżi tal-punt 50 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Issa, anki jekk jitqies li l-provi miġbura mill-Kummissjoni ma kinux suffiċjenti sabiex tiġi stabbilita l-implikazzjoni diretta tar-rikorrenti fl-aspett tal-akkordju li jikkonċerna l-komponenti tal-forom tal-PMMA, dawn il-provi huma iktar milli suffiċjenti sabiex, minn tal-inqas, juru l-eżistenza ta’ kuntatti antikompetittivi dwar dan il-prodott fil-perijodu kkunsidrat u sabiex juru li l-ksur uniku kien ikopri wkoll dan il-prodott. Dan jirriżulta b’mod partikolari mid-dikjarazzjonijiet konkordanti ta’ tliet impriżi, jiġifieri Degussa, Lucite u Atofina.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Dawn il-kunsiderazzjonijiet huma suffiċjenti sabiex jintwera, minn tal-inqas, li r-rikorrenti kienet taf jew kien imissha kienet taf li, bil-parteċipazzjoni tagħha f’akkordju li jikkonċerna l-folji solidi tal-PMMA u l-folji għal tagħmir sanitarju tal-PMMA, hija kienet qiegħda tinvolvi ruħha f’akkordju globali li jkopri tliet prodotti tal-PMMA.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Issa, f’tali ipoteżi, ir-responsabbiltà tagħha għall-integralità tal-ksur uniku setgħet tittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur fid-dawl tad-determinazzjoni tal-ammont tal-multa, b’tali mod li t-talba għat-tnaqqis tal-multa, fuq din il-bażi, għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li l-allegat ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti fir-rigward tal-laqgħa tas-<DATE ISO="19991026">26 ta’ Ottubru 1999</DATE> ma għandu ebda konsegwenza prattika fuq l-evalwazzjoni ta’ dan il-motiv u l-ilment tar-rikorrenti dwar dan il-punt għandu għalhekk jiġi miċħud bħala ineffettiv.</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud sa fejn huwa intiż li jissostanzja, minn naħa, it-talba għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata u, min-naħa l-oħra, it-talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa bis-saħħa tal-ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>ammont bażiku<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> tal-multa</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma spjegatx il-modalitajiet ta’ kif stabbilixxiet l-ammont inizjali tal-multa (EUR 32.5 miljun), iffissat fil-premessa 336 tad-deċiżjoni kkontestata, u li b’hekk la r-rikorrenti u lanqas il-Qorti Ġenerali ma jistgħu jeżaminaw id-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-<?PAGE NO="14"?><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>iktar parametru importanti<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> tad-determinazzjoni tal-ammont tal-multa. Fil-fatt, il-Kummissjoni sempliċement ipprovdiet ir-raġunijiet għalfejn hija kklassifikat il-ksur bħala wieħed serju ħafna u qassmet l-impriżi fi tliet kategoriji skont id-daqs relattiv tagħhom. Madankollu, skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni ma spjegatx kif wasslet għall-ammonti attribwiti għal kull waħda minn dawn il-kategoriji u lanqas għalfejn l-ammont iffissat għar-rikorrenti kien jaqbeż b’mod sostanzjali l-livell ta’ EUR 20 miljun iffissat mil-Linji gwida fir-rigward tal-ksur serju ħafna. B’hekk, il-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha taħt l-Artikolu 253 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-obbligu ta’ motivazzjoni huwa formalità sostanzjali u li r-rekwiżiti ta’ din il-formalità sostanzjali jkunu sodisfatti, fir-rigward tal-kalkolu tal-ammont tal-multa imposta skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, meta l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tagħha, tindika l-elementi ta’ evalwazzjoni li permezz tagħhom setgħet tiddetermina l-gravità u t-tul tal-ksur (ara, b’analoġija, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20001116">16 ta’ Novembru 2000</DATE>, KNP BT vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-248/98 P" PAGE.ECR="I-9641" YEAR="2000">C-248/98 P, Ġabra p. I-9641</REF.DOC.ECR>, punt 42; Sarrió vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-291/98 P" PAGE.ECR="I-9991" YEAR="2000">C-291/98 P, Ġabra p. I-9991</REF.DOC.ECR>, punt 73, u tal-<DATE ISO="20021015">15 ta’ Ottubru 2002</DATE>, Limburgse Vinyl Maatschappij <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-238/99 P+C-244/99 P+C-245/99 P+C-247/99 P+C-250/99 P+C-251/99 P+C-252/99 P+C-254/99 P" PAGE.ECR="I-8375" YEAR="2002">C-238/99 P, C-244/99 P, C-245/99 P, C-247/99 P, C-250/99 P sa C-252/99 P u C-254/99 P, Ġabra p. I-8375</REF.DOC.ECR>, punt 463).</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Fil-kawża ineżami, ir-rikorrenti stess tammetti li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni indikat, minn naħa, il-motivi li wassluha sabiex tikklassifika l-ksur bħala wieħed serju ħafna u, min-naħa l-oħra, il-motivi li wasslu sabiex tiddeċiedi li taqsam l-impriżi kkonċernati fi tliet kategoriji u li tiddifferenzja l-ammonti inizjali tal-multa attribwiti lil kull waħda minn dawn il-kategoriji.</TXT></NP><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minn eżami tal-premessi 319 sa 336 tad-deċiżjoni kkontestata jista’ jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni effettivament ipprovdiet motivazzjoni suffiċjenti f’dan ir-rigward. B’mod partikolari, mid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta b’mod ċar li l-ammont inizjali huwa bbażat b’mod partikolari fuq in-natura tal-ksur, stabbilita fid-dawl tal-karatteristiċi prinċipali tiegħu esposti fil-punt 4.2 tad-deċiżjoni kkontestata (ara l-premessa 320 tad-deċiżjoni kkontestata), fuq id-daqs tas-suq ġeografiku inkwistjoni, jiġifieri t-territorju taż-ŻEE (ara l-premessa 330 tad-deċiżjoni kkontestata), u fuq l-applikazzjoni ta’ trattament iddifferenzjat għall-impriżi kkonċernati sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni l-kapaċità ekonomika effettiva tagħhom li jikkawżaw ħsara kunsiderevoli għall-kompetizzjoni, kapaċità evalwata fid-dawl tad-dħul mill-bejgħ iġġenerat mill-bejgħ ta’ prodotti tal-PMMA li fir-rigward tagħhom dawn l-impriżi kienu pparteċipaw fl-akkordju inkwistjoni (ara l-premessi 332 sa 334 tad-deċiżjoni kkontestata). F’dan il-kuntest tal-aħħar, il-Kummissjoni semmiet ukoll id-daqs tas-suq kollu tal-prodotti tal-PMMA fl-2000 u fl-2002, f’termini ta’ volum u ta’ valur (ara l-premessa 333 tad-deċiżjoni kkontestata). F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-allegazzjoni tar-rikorrenti fis-sens li l-Kummissjoni ma spjegatx għalfejn il-gravità tal-ksur imputat lir-rikorrenti kienet tiġġustifika l-impożizzjoni ta’ tali ammont inizjali, ma hijiex issostanzjata mill-fatti.</TXT></NP><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>Sa fejn ir-rikorrenti tikkritika n-nuqqas ta’ ġustifikazzjoni speċifika għall-ammont ta’ EUR 32.5 miljun, attribwit għall-impriżi li bħalha kienu kklassifikati fit-tieni kategorija, huwa biżżejjed li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, ir-rekwiżiti tal-obbligu ta’ motivazzjoni ma jeħtiġux li l-Kummissjoni tindika, fid-deċiżjoni tagħha, il-figuri li jikkonċernaw il-metodu tal-kalkolu tal-multi (sentenzi Sarrió vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 97 iktar ’il fuq, punt 80, u tal-<DATE ISO="20021015">15 ta’ Ottubru 2002</DATE>, Limburgse Vinyl Maatschappij <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 97 iktar ’il fuq, punt 464). Minn dan isegwi li l-Kummissjoni ma kinitx meħtieġa, skont l-Artikolu 253 KE, tiġġustifika f’iktar dettall l-għażla tal-ammont ta’ EUR 32.5 miljun bħala l-ammont inzjali għall-multa ffissat għar-rikorrenti (ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza Microsoft vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 41 iktar ’il fuq, punt 1361).</TXT></NP><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti li, essenzjalment, il-ġurisprudenza msemmija fil-punt 100 iktar ’il fuq ma tapplikax għall-kawża ineżami, fid-dawl tal-livell tal-ammont inizjali tal-multa, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li l-ġurisprudenza msemmija ġiet applikata wkoll f’kawża fejn il-Kummissjoni kienet iffissat ammont inizjali ħafna ikbar minn dak inkwistjoni f’din il-kawża (sentenza Microsoft vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 41 iktar ’il fuq, punt 1361). Bl-istess mod, l-allegazzjoni tar-rikorrenti fis-sens li l-ammont inizjali tal-multa tagħha jaqbeż <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>b’mod sostanzjali<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> il-livell ta’ EUR 20 miljun<?PAGE NO="15"?> iffissat fir-rigward ta’ ksur serju ħafna, ma hijiex ta’ natura li tibdel l-evalwazzjoni magħmula fil-punt 100 iktar ’il fuq. Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-livell msemmi huwa biss ammont minimu previst mil-Linji gwida għal tali ksur, li min-naħa tagħhom jipprovdu li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>multi applikabbli<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> huma ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>aktar minn [EUR] 20 miljun<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni motiv għandu jiġi miċħud sa fejn huwa intiż li jissostanzja t-talba għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata. Barra minn hekk, l-argumenti mressqa fil-kuntest ta’ dan il-motiv lanqas ma jippermettu li jiġi ġġustifikat it-tnaqqis tal-ammont tal-multa bis-saħħa tal-ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq in-nuqqas tal-Kummissjoni milli twettaq l-obbligu tagħha li taqsam l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>ammont bażiku<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> bejn ir-rikorrenti u Lucite</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tenfasizza li hija stess u Lucite kienu konsekuttivament parteċipanti fil-ksur taħt investigazzjoni bħala proprjetarji suċċessivi tal-istess grupp wieħed ta’ assi li kienu s-suġġett tal-ksur u li għalhekk huma kkontribwixxew għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>gravità waħda<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> tal-ksur. Għaldaqstant, skont ir-rikorrenti, l-ammont tal-multa li jikkorrispondi għal din il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>gravità waħda<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> kellu jinqasam bejniethom sabiex jiġi evitat li jittieħed inkunsiderazzjoni darbtejn l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>impatt veritabbli tal-aġir illegali ta’ kull impriża fuq il-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, parametru dan li huwa rilevanti għad-determinazzjoni tal-gravità tal-ksur skont il-Linji gwida. Issa, l-ammont tal-multa ġie kkalkolat bħallikieku r-rikorrenti u Lucite kienu t-tnejn li huma eżerċitaw impatt distint u simultanju fuq il-kompetizzjoni. Dan il-metodu ta’ kalkolu wassal għal multa — fir-rigward ta’ ksur uniku — ta’ ammont kunsiderevolment ikbar għas-sempliċi raġuni li l-proprjetarju ta’ impriża kien inbidel u mhux minħabba xi ħsara addizzjonali għall-kompetizzjoni jew minħabba xi żball imwettaq min-naħa tar-rikorrenti. B’hekk, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>104</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, għandu l-ewwel nett jiġi miċħud l-argument tal-Kummissjoni li dan il-motiv huwa inammissibbli. Fil-fatt, dan il-motiv qiegħed jiġi invokat insostenn tat-talbiet imsemmija fil-punt 36 iktar ’il fuq u, jekk jitqies li huwa fondat, iwassal għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti. B’hekk, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni l-Kummissjoni, ir-rikorrenti qiegħda tikkontesta l-ammont tal-multa tagħha u mhux dak tal-multa imposta fuq terzi.</TXT></NP><NP><NO.P>105</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi osservat li, għalkemm it-titolu ta’ dan il-motiv jirreferi għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>ammont bażiku<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> tal-multa, min-noti tar-rikorrenti jirriżulta b’mod ċar li dan il-motiv jikkonċerna biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>l-element tal-multa li jikkonċerna l-gravità<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, jiġifieri, b’mod iktar preċiż, l-ammont inizjali tal-multa ta’ EUR 32.5 miljun, stabbilit fil-premessa 336 tad-deċiżjoni kkontestata. Barra minn hekk, fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ma hijiex qiegħda tikkontesta l-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni msemmija fil-punti 25 u 26 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>106</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat jekk, kif issostni r-rikorrenti, il-Kummissjoni kinitx meħtieġa taqsam tali ammont inizjali tal-multa bejn ir-rikorrenti u Lucite.</TXT></NP><NP><NO.P>107</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont id-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti u Lucite ipparteċipaw fil-ksur permezz tal-istess assi ta’ ICI Acrylics, l-entità li ġiet ittrasferita mill-ewwel impriża lit-tieni waħda fit-<DATE ISO="19991102">2 ta’ Novembru 1999</DATE>, jiġifieri bejn wieħed u ieħor f’nofs il-perijodu tal-ksur. Barra minn hekk, din id-data ntużat bħala data għad-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>diviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> tar-responsabbiltajiet tar-rikorrenti u ta’ Lucite għall-ksur (ara l-punt 21 iktar ’il fuq). Barra minn hekk, fil-kuntest tal-applikazzjoni tat-trattament iddifferenzjat għal dawn iż-żewġ impriżi, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-istess dħul mill-bejgħ iġġenerat minn Lucite fl-2000.Fuq din il-bażi, hija ffissat l-ammonti inizjali tal-multi tagħhom bħala EUR 32.5 miljun għal kull waħda minnhom (ara l-premessi 334 u 336 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>108</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, jista’ raġonevolment jitqies li, li kieku l-proprjetarju ta’ ICI Acrylics ma nbidilx, l-applikazzjoni tal-istess metodoloġija ta’ kalkolu tal-ammont tal-multa kienet twassal lill-Kummissjoni sabiex tiffissa ammont inizjali wieħed tal-multa ta’ EUR 32.5 miljun, li hija kienet tattribwixxi lil tali proprjetarju uniku. Għaldaqstant, l-allegazzjoni tar-rikorrenti, fis-sens li t-trasferiment ta’ ICI Acrylics kellu, bħala tali, impatt fuq l-ammont globali tal-multi imposti fid-deċiżjoni kkontestata, tidher li hija fondata.</TXT></NP><?PAGE NO="16"?><NP><NO.P>109</NO.P><TXT>Madankollu, l-argument tar-rikorrenti, fis-sens li l-Kummissjoni kien imissha aġixxiet b’mod differenti billi taqsam l-ammont inizjali bejn iż-żewġ impriżi kkonċernati, għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>110</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, dan l-argument huwa essenzjalment ibbażat fuq il-premessa li l-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur għandha tkun ibbażata mill-qrib fuq l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>impatt fuq il-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> jew fuq il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>ħsara<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> għall-kompetizzjoni u li, għaldaqstant, ir-rikorrenti u Lucite, bħala proprjetarji suċċessivi ta’ ICI Acrylics ikkontribwixxew għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>gravità waħda<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> tal-ksur. Fir-rigward ta’ dan il-punt, ir-rikorrenti tibbaża ruħha fuq il-formulazzjoni tal-Linji gwida, li jipprovdu li l-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>impatt reali tal-kondotta offensiva [tal-aġir illegali] ta’ kull impriża li hi f’kompetizzoni [fuq il-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>111</NO.P><TXT>Din il-premessa, iżda, hija żbaljata.</TXT></NP><NP><NO.P>112</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, l-effett ta’ prattika antikompetittiva ma huwiex, fih innifsu, il-kriterju determinanti fl-evalwazzjoni tal-ammont adegwat tal-multa (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20031002">2 ta’ Ottubru 2003</DATE>, Thyssen Stahl vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-194/99 P" PAGE.ECR="I-10821" YEAR="2003">C-194/99 P, Ġabra p. I-10821</REF.DOC.ECR>, punt 118, u tat-<DATE ISO="20090903">3 ta’ Settembru 2009</DATE>, Prym u Prym Consumer vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-534/07 P" PAGE.ECR="I-7415" YEAR="2009">C-534/07 P, Ġabra p. I-7415</REF.DOC.ECR>, punt 96). Il-gravità tal-ksur għandha tiġi stabbilita fid-dawl ta’ numru kbir ta’ elementi, bħalma huma ċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ, il-kuntest tagħha u l-portata dissważiva tal-multi (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20050628">28 ta’ Ġunju 2005</DATE>, Dansk Rørindustri <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-189/02 P+C-202/02 P+C-205/02 P+C-206/02 P+C-207/02 P+C-208/02 P+C-213/02 P" PAGE.ECR="I-5425" YEAR="2005">C-189/02 P, C-202/02 P, C-205/02 P sa C-208/02 P u C-213/02 P, Ġabra p. I-5425</REF.DOC.ECR>, punti 241 u 242, u l-ġurisprudenza ċċitata) u, pereżempju, elementi li jikkonċernaw l-aspett intenzjonali jista’ jkollhom iktar importanza minn dawk li jikkonċernaw l-effetti ta’ ksur, speċjalment meta l-ksur ikun intrinsikament serju (ara s-sentenzi Thyssen Stahl vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 118, u Prym u Prym Consumer vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 96, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>113</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-interpretazzjoni mogħtija mir-rikorrenti lil-Linji gwida hija waħda inkompleta. Fil-fatt, skont il-punt 1.A tagħhom, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>[b]iex tiġi valutata l-gravità tal-ksur, għandu jiġi kunsidrat in-natura tiegħu, l-impatt reali tiegħu fuq is-suq, fejn dan jista’ jkun ikkalkolat, u d-daqs tas-suq ġeografiku rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>. B’applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>[i]l-ksur se jinqasam [...] fi tliet kategoriji: ksur ftit serju, ksur serju u ksur serju ħafna<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>. Fir-rigward tal-ksur serju ħafna, il-Linji gwida jippreċiżaw b’mod partikolari li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>[d]awn ġeneralment ikunu restrizzjonijiet orriżontali bħal konsorzji ta’ prezzjiet<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> u li l-ammonti inizjali applikabbli huma ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>aktar minn [EUR] 20 miljun]<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>. Barra minn hekk, il-Linji Gwida jipprovdu li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>[f]’kull waħda minn dawn il-kategoriji, [...] l-iskala proposta ta’ multi se tagħmilha possibli li jiġi applikat trattament differenti lill-intrapriżi skond in-natura tal-ksur li jkun sar<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>114</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Linji gwida jenfasizzaw b’mod ċar in-natura tal-ksur bħala element determinanti għall-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur, fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-ammont inizjali tal-multa (ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20081008">8 ta’ Ottubru 2008</DATE>, Carbone-Lorraine vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-73/04" PAGE.ECR="II-2661" YEAR="2008">T-73/04, Ġabra p. II-2661</REF.DOC.ECR>, punt 91). Fir-rigward tal-impatt konkret tal-ksur, il-Linji gwida jipprevedu l-kriterju tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>impatt reali [...] fuq is-suq<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, li jikkonċerna l-ksur fl-intier tiegħu u mhux l-effetti tal-aġir speċifiku ta’ kull impriża (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20091112">12 ta’ Novembru 2009</DATE>, Carbone-Lorraine vs Il-Kummissjoni, C-554/08 P, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punti 21 u 24), filwaqt li jippreċiżaw li dan l-impatt għandu jittieħed inkunsiderazzjoni biss meta jkun jista’ jiġi kkalkolat.</TXT></NP><NP><NO.P>115</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkunsidrat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>ma [kienx possibbli] li jiġi kkalkolat l-impatt konkret fuq is-suq taż-ŻEE<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> tal-ksur kontenzjuż u hija għalhekk iddikjarat li, fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-ammont tal-multa, hija ma kinitx qiegħda tibbaża ruħha fuq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>impatt partikolari speċifiku [tal-ksur fuq is-suq]<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> (premessa 321 tad-deċiżjoni kkontestata). Hija għalhekk ikkonkludiet li l-ksur ineżami kien wieħed serju ħafna fuq il-bażi tal-evalwazzjoni tagħha tan-natura tal-ksur, fid-dawl tal-karatteristiċi prinċipali tiegħu kif esposti fil-punt 4.2 tad-deċiżjoni kkontestata (ara l-premessa 320 tad-deċiżjoni kkontestata) u fid-dawl tad-daqs tas-suq ġeografiku inkwistjoni (ara l-premessa 330 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><?PAGE NO="17"?><NP><NO.P>116</NO.P><TXT>Dan l-approċċ, li, barra minn hekk, ma huwiex qiegħed jiġi kkontestat mir-rikorrenti, huwa konformi ma’ ġurisprudenza stabbilita li tipprovdi li l-akkordji orizzontali dwar prezzijiet jew dwar tqassim tas-swieq jistgħu jiġu kklassifikati bħala ksur serju ħafna fuq il-bażi biss tan-natura partikolari tagħhom, mingħajr ma l-Kummissjoni hija meħtieġa, b’mod partikolari, li turi impatt konkret tal-ksur fuq is-suq (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja Prym u Prym Consumer vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 112 iktar ’il fuq, punt 75, u tal-<DATE ISO="20090924">24 ta’ Settembru 2009</DATE>, Erste Group Bank <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-125/07 P+C-133/07 P+C-135/07 P+C-137/07 P" PAGE.ECR="I-8681" YEAR="2009">C-125/07 P, C-133/07 P, C-135/07 P u C-137/07 P, Ġabra p. I-8681</REF.DOC.ECR>, punt 103).</TXT></NP><NP><NO.P>117</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kriterju tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>impatt reali tal-aġir illegali ta’ kull impriża fuq il-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>, invokat mir-rikorrenti, dan jissemma fil-paragrafu ta’ qabel tal-aħħar tal-punt 1.A tal-Linji gwida li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>[m]eta ksur jinvolvi aktar minn impriża waħda (eż. konsorzji), jista’ jkun neċessarju f’ċerti każijiet li jiġu applikati ko-effiċjenti korrettivi lill-ammonti determinati f’kull waħda mit-tliet kategoriji sabiex jiġi kkunsidrat il-piż speċifiku u, għalhekk, l-impatt reali tal-kondotta offensiva [aġir illegali] ta’ kull impriża li hi f’kompetizzjoni [fuq il-kompetizzjoni], partikolarment meta hemm disparità konsiderabbli bejn id-daqs ta’ l-impriżi li qed jikkommettu ksur ta’ l-istess tip<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>. Għaldaqstant, dan huwa biss kriterju fakultattiv li jippermetti l-aġġustament tal-ammont inizjali tal-multa fil-każ ta’ ksur li jimplika diversi impriżi u ma huwiex kriterju determinanti fl-istabbiliment tal-ammont imsemmi. Barra minn hekk, dan il-kriterju ma jikkonċernax il-kwantifikazzjoni tal-effetti antikompetittivi tal-aġir partikolari ta’ kull waħda mill-impriżi li jkunu pparteċipaw fi ksur speċifiku iżda jikkonċerna t-teħid inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ammont inizjali tal-multa, ta’ differenzi oġġettivi li jista’ jkun hemm bejniethom, bħal, b’mod partikolari, disparità kunsiderevoli bejn id-daqs tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>118</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, anki jekk jitqies li l-bidla fil-proprjetarju ta’ ICI Acrylics ma kkawżat ebda ħsara addizzjonali għall-kompetizzjoni, kif tallega r-rikorrenti, dan il-fatt ma jippermettix li jiġi konkluż li r-rikorrenti u Lucite kkontribwixxew għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>gravità waħda<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> tal-ksur u li l-ammont inizjali tal-multa kien imissu għalhekk inqasam bejniethom.</TXT></NP><NP><NO.P>119</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-argument tar-rikorrenti dwar il-ħtieġa li l-ammont inizjali tal-multa jinqasam bejnha u Lucite ma jiħux inkunsiderazzjoni l-fatt li l-kunsiderazzjonijiet li fuqhom hija bbażata d-determinazzjoni ta’ dan l-ammont (ara l-premessi 319 sa 336 tad-deċiżjoni kkontestata) japplikaw kompletament għar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>120</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, għandu jiġi enfasizzat li, skont id-deċiżjoni kkontestata, kemm ir-rikorrenti u kif ukoll Lucite wettqu l-ksur imsemmi fl-Artikolu 1 ta’ din id-deċiżjoni. Fil-fatt, ir-rikorrenti ma hijiex qiegħda tikkontesta r-responsabbiltà tagħha għal tali ksur (ara l-punt 40 iktar ’il fuq). Bl-istess mod, hija ma hijiex qiegħda tikkontesta l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni fis-sens li r-rikorrenti kellha titqies, bħala tali, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>bħala impriża għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE]<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> (premessa 288 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>121</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti la qiegħda tikkontesta l-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur, magħmula mill-Kummissjoni fil-premessi 319 sa 331 tad-deċiżjoni kkontestata, u lanqas l-evalwazzjoni tagħha fis-sens li, fil-kuntest tal-applikazzjoni tat-trattament iddifferenzjat, id-dħul mill-bejgħ iġġenerat minn Lucite mill-bejgħ tal-prodotti tal-PMMA fl-2000 kien jikkostitwixxi indikazzjoni adegwata fir-rigward tad-daqs u tas-saħħa ekonomika relattivi ta’ ICI Acrylics fis-suq inkwistjoni (premessa 334 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>122</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-argumenti tar-rikorrenti, fir-realtà, huma intiżi sabiex jintalab trattament preferenzjali fir-rigward tal-ammont inizjali tal-multa, fil-konfront tad-destinatarji l-oħra tad-deċiżjoni kkontestata, għas-sempliċi raġuni li ttrasferiet l-assi li kienu s-suġġett tal-ksur.</TXT></NP><NP><NO.P>123</NO.P><TXT>Issa, dan is-sempliċi fatt ma jfissirx li l-ksur imwettaq minnha sar inqas serju. Ir-rikorrenti għalhekk kienet imposta eżattament l-istess ammont bażiku tal-multa daqslikieku, minflok ma ttrasferiet ICI Acrylics lil Lucite b’effett mit-<DATE ISO="19991102">2 ta’ Novembru 1999</DATE>, hija sempliċement irtirat mill-ksur fl-istess data.</TXT></NP><?PAGE NO="18"?><NP><NO.P>124</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni, minkejja l-fatt li hija pparteċipat fl-akkordju permezz tal-istess assi bħalma għamlet Lucite warajha, ir-rikorrenti wettqet ksur li l-gravità tiegħu kienet tiġġustifika l-impożizzjoni tal-ammont inizjali adottat fil-konfront tagħha mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, l-argument tagħha li dan l-ammont inizjali kien imissu nqasam bejnha u Lucite ma jistax jiġi aċċettat.</TXT></NP><NP><NO.P>125</NO.P><TXT>L-argumenti l-oħra tar-rikorrenti ma humiex ta’ natura li jibdlu din il-konklużjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>126</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li t-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>tqassim tal-parametru <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>tul<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="2019" ID="QE0061"/>’<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="2019" ID="QE0060"/> tal-multa bejnha u Lucite ma huwiex suffiċjenti. Fil-fatt, skont il-metodoloġija tal-Linji gwida, huwa l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>parametru <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>gravità<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="2019" ID="QE0063"/><QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> tal-multa li għandu l-ikbar impatt fuq l-ammont bażiku tal-multa, bl-ammont inizjali jiġi miżjud biss b’10 % għal kull sena tal-ksur. B’hekk, fin-nuqqas ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>relazzjoni lineari<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> bejn it-tul tal-ksur u l-ammont bażiku tal-multa, anki jekk il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>parametru <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>tul<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="2019" ID="QE0066"/><QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> ikun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>inqasam<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/> bejn ir-rikorrenti u Lucite, l-ammonti bażiċi tagħhom meħuda flimkien ikunu iktar minn dak li kien jiġi kkalkolat li kieku l-proprjetarju ta’ ICI Acrylics ma nbidilx.</TXT></NP><NP><NO.P>127</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-ammont bażiku tal-multa tar-rikorrenti ġie ddeterminat fuq il-bażi tat-tul tal-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur (ara l-punt 26 iktar ’il fuq). Għalhekk, kif enfasizzat ġustament il-Kummissjoni, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>parametru <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>tul<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="2019" ID="QE0069"/><QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/> tal-multa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>nqasam<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/> effettivament bejn ir-rikorrenti u Lucite.</TXT></NP><NP><NO.P>128</NO.P><TXT>Huwa minnu li, kif issostni r-rikorrenti, l-ammonti bażiċi meħuda flimkien tar-rikorrenti u ta’ Lucite huma iktar minn dak li kien jiġi kkalkolat li kieku ACI Acrylics żammet l-istess proprjetarju (ara l-punt 108 iktar ’il fuq). Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li din is-sitwazzjoni hija sempliċement il-konsegwenza tal-applikazzjoni tal-metodoloġija prevista fil-Linji gwida, li jirriflettu l-politika li l-Kummissjoni kellha l-intenzjoni ssegwi fil-kuntest tal-iffissar tal-multi. Issa, fid-dawl tal-marġni ta’ diskrezzjoni li għandha l-Kummissjoni f’dan ir-rigward (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="19830607">7 ta’ Ġunju 1983</DATE>, Musique Diffusion française <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="100/80+101/80+102/80+103/80" PAGE.ECR="1825" YEAR="1983">100/80 sa 103/80, Ġabra p. 1825</REF.DOC.ECR>, punti 105 sa 109), hija setgħet tistabbilixxi tali relazzjoni bejn il-kriterji tal-gravità u tat-tul tal-ksur.</TXT></NP><NP><NO.P>129</NO.P><TXT>B’hekk, il-fatt li l-kriterju tal-gravità tal-multa kellu, f’dan il-każ, iktar importanza fid-determinazzjoni tal-ammont bażiku tal-multa milli kellu l-kriterju tat-tul tal-ksur ma jippermettix li jiġi vvalidat l-argument tar-rikorrenti dwar in-neċessità ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>tqassim tal-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>element gravità<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="2019" ID="QE0072"/><QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> tal-multa bejnha u Lucite.</TXT></NP><NP><NO.P>130</NO.P><TXT>Barra minn hekk, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>relazzjoni lineari<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/> bejn it-tul tal-ksur u l-ammont bażiku tal-multa, jiġifieri l-multiplikazzjoni tal-ammont inizjali tal-multa bin-numru ta’ snin tal-parteċipazzjoni ta’ impriża fil-ksur, kienet tkun stabbilita f’dan il-każ għad-detriment tar-rikorrenti billi kienet twassal għal ammont bażiku ogħla minn dak impost fuq ir-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>131</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi miċħud l-argument tar-rikorrenti bbażat fuq l-affermazzjoni tal-Kummissjoni, magħmula fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, fis-sens li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0074" REF.END="QE0074"/>jekk l-impriża li tkun kisbet l-assi tkompli tikser l-Artikolu 81 [KE] u/jew l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, ir-responsabbiltà għall-ksur għandha tinqasam bejn il-bejjiegħ u l-akkwirent tal-assi li jkunu s-suġġett tal-ksur<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/> (punt 347 tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet).</TXT></NP><NP><NO.P>132</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju ta’ dak li qiegħda timplika r-rikorrenti, din l-affermazzjoni ma fiha ebda preċiżjoni fir-rigward tal-kwistjoni tat-tqassim eventwali tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0075" REF.END="QE0075"/>element gravità<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/> tal-multa bejnha u Lucite. Kif jirriżulta b’mod ċar mill-kliem użat mill-Kummissjoni u mill-fatt li tinsab fil-punt 5.6 tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, din l-affermazzjoni tikkonċerna biss it-tqassim tar-responsabbiltajiet għall-ksur bejn il-bejjiegħ u l-akkwirent tal-assi li jkunu s-suġġett tal-ksur fil-kuntest tad-determinazzjoni tad-destinatarji tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. L-istess konklużjoni tapplika fir-rigward tar-riferiment, f’nota ta’ qiegħ il-paġna, għall-premessa 43 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/190/KEE, tal-<DATE ISO="19881221">21 ta’ Diċembru 1988</DATE>, dwar proċedura skont l-Artikolu 85 tat-Trattat KEE (IV/31.865, PVC) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="074" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1989">ĠU 1989 L 74, p. 1</REF.DOC.OJ>). Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni wettqet tali tqassim tar-responsabbiltajiet għall-ksur bejn ir-rikorrenti u Lucite (ara l-punt 21 iktar ’il fuq).</TXT></NP><?PAGE NO="19"?><NP><NO.P>133</NO.P><TXT>It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li, fil-prassi deċiżjonali preċedenti tagħha, il-Kummissjoni applikat metodu fejn l-ammont tal-multa jinqasam skont il-perijodi ta’ proprjetà ta’ entità responsabbli għal ksur.</TXT></NP><NP><NO.P>134</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jitfakkar li l-prassi deċiżjonali tal-Kummissjoni ma tikkostitwixxix qafas legali fir-rigward tal-iffissar tal-ammont tal-multi fil-qasam tal-kompetizzjoni peress li l-Kummissjoni għandha, f’dan il-qasam, setgħa diskrezzjonali wiesgħa li fl-eżerċizzju tagħha ma hijiex marbuta mill-evalwazzjonijiet li hija stess tkun għamlet preċedentement (ara s-sentenza Prym u Prym Consumer vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 112 iktar ’il fuq, punt 98, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>135</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, ir-rikorrenti ma hijiex tikkontesta l-argument tal-Kummissjoni li, b’mod differenti mill-kawża ineżami, fid-deċiżjonijiet invokati minnha, kien involut it-trasferiment ta’ kumpannija sussidjarja li kellha personalità ġuridika. Issa, din hija differenza fattwali fundamentali fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-ammont tal-multi sa fejn, fin-nuqqas ta’ personalità ġuridika ta’ ICI Acrylics, ebda multa ma setgħet tiġi imposta fuqha. Għaldaqstant, fi kwalunkwe każ, il-prassi deċiżjonali tal-Kummissjoni dwar it-trasferiment ta’ kumpannija sussidjarja matul il-perijodu tal-ksur ma tistax tiġi invokata effettivament mir-rikorrenti fil-kawża ineżami.</TXT></NP><NP><NO.P>136</NO.P><TXT>Fl-aħħar, għandu jiġi osservat li, fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssemmi wkoll il-ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament. Madankollu, ir-rikorrenti ma tressaqx argumenti speċifiċi f’dan ir-rigward minbarra dawk li ġew analizzati iktar ’il fuq fir-rigward tal-eżistenza tal-allegat obbligu tal-Kummissjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0076" REF.END="QE0076"/>taqsam l-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0077" REF.END="QE0077"/>element gravità<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="2019" ID="QE0077"/><QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/> minħabba n-nuqqas ta’ ħsara addizzjonali għall-kompetizzjoni b’riżultat tat-trasferiment. Għaldaqstant, dawn l-argumenti għandhom jiġu miċħuda wkoll.</TXT></NP><NP><NO.P>137</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tielet motiv għandu jiġi miċħud sa fejn huwa intiż li jissostanzja t-talba għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata. Barra minn hekk, l-argumenti mqajma fil-kuntest ta’ dan il-motiv lanqas ma jippermettu li jiġi ġġustifikat it-tnaqqis tal-ammont tal-multa bis-saħħa tal-ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba</HT><HT TYPE="ITALIC">’ motiv, ibbażat fuq in-natura inadegwata taż-żieda tal-ammont inizjali tal-multa għall-finijiet tal-effett dissważiv</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>138</NO.P><TXT>Dan il-motiv huwa maqsum f’żewġ partijiet. Fil-kuntest tal-ewwel parti, ir-rikorrenti ssostni li, fid-determinazzjoni taż-żieda tal-ammont inizjali tal-multa għall-finijiet tal-effett dissważiv, il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-kapaċità finanzjarja effettiva tagħha. Fil-kuntest tat-tieni parti, ir-rikorrenti ssostni, b’mod sussidjarju, li l-Kummissjoni kisret il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel parti tal-motiv, ibbażata fuq in-nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu inkunsiderazzjoni l-kapaċità finanzjarja effettiva tar-rikorrenti</P></TI></TITLE><NP><NO.P>139</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li ż-żieda ta’ 50 % tal-ammont inizjali tal-multa għall-finijiet ta’ effett suffiċjentement dissważiv ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-kapaċità finanzjarja reali effettiva tagħha. Kif uriet matul l-investigazzjoni, din il-kapaċità ma hijiex riflessa b’mod adegwat permezz tad-dħul mill-bejgħ tagħha, li fuqu bbażat ruħha l-Kummissjoni sabiex tiddetermina ż-żieda. Fil-fehma tagħha, il-kriterju tad-dħul mill-bejgħ huwa rilevanti, bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0078" REF.END="QE0078"/>indikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0079" REF.END="QE0079"/>approssimazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/> tas-saħħa ekonomika ta’ impriża iżda ma huwiex suffiċjenti meta l-impriża kkonċernata tippreżenta provi oħra dwar is-saħħa ekonomika tagħha. Għaldaqstant, iż-żieda inkwistjoni għandha tiġi eliminata.</TXT></NP><NP><NO.P>140</NO.P><TXT>F’dan id-dawl għandu jiġi osservat, l-ewwel nett, li, fil-premessa 337 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ddikjarat li, fil-kategorija tal-ksur serju ħafna, l-iskala tal-multi li setgħu jiġu imposti kienet tippermetti wkoll li l-ammont tal-multi jiġi ffissat f’livell li jiggarantixxi li dawn ikollhom effett<?PAGE NO="20"?> dissważiv suffiċjenti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0080" REF.END="QE0080"/>fid-dawl tad-daqs u tas-saħħa ekonomika ta’ kull impriża<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/>. Sabiex tevalwa d-daqs u s-saħħa ekonomika tar-rikorrenti, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ dinji tagħha fl-2005, l-aħħar sena finanzjarja preċedenti għal dik li fiha adottat id-deċiżjoni kkontestata (EUR 8.49 biljuni) u ddeċidiet li tapplika fattur multiplikatur ta’ 1.5 għall-multa tagħha (ara l-premessi 349 u 350 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>141</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, bi tweġiba għall-argumenti tar-rikorrenti dwar l-użu tad-dħul mill-bejgħ għall-evalwazzjoni tal-kapaċità ekonomika tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li l-kriterju tad-dħul mill-bejgħ kien jagħti indikazzjoni raġonevoli u utli tal-kapaċità u tas-saħħa ekonomika ta’ impriża u li hija fil-każ ineżami hija kienet applikat dan il-kriterju għall-impriżi kkonċernati kollha bl-istess mod (premessa 347 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>142</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-kunċett ta’ dissważjoni, għandu jitfakkar li dan huwa wieħed mill-elementi li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-ammont tal-multa. Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, il-multi imposti minħabba ksur tal-Artikolu 81 KE u previsti fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 huma intiżi sabiex jikkastigaw l-aġir illegali tal-impriżi kkonċernati kif ukoll sabiex jiddiswadu, kemm lill-impriżi inkwistjoni kif ukoll lil operaturi ekonomiċi oħra, milli jiksru, fil-futur, ir-regoli tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. B’hekk, il-Kummissjoni, meta tikkalkola l-ammont tal-multa, tista’ tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, id-daqs u s-saħħa ekonomika tal-impriża kkonċernata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20060629">29 ta’ Ġunju 2006</DATE>, Showa Denko vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-289/04 P" PAGE.ECR="I-5859" YEAR="2006">C-289/04 P, Ġabra p. I-5859</REF.DOC.ECR>, punt 16, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>143</NO.P><TXT>It-teħid inkunsiderazzjoni tad-daqs u tar-riżorsi globali tal-impriża inkwistjoni sabiex jiġi żgurat li l-multa jkollha effett dissważiv suffiċjenti jagħmel parti mill-impatt mixtieq fuq l-impriża msemmija, filwaqt li s-sanzjoni ma għandhiex tkun negliġibbli fid-dawl, b’mod partikolari, tal-kapaċità finanzjarja tagħha (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20100617">17 ta’ Ġunju 2010</DATE>, Lafarge vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-413/08 P" PAGE.ECR="I-5361" YEAR="2010">C-413/08 P, Ġabra p. I-5361</REF.DOC.ECR>, punt 104). F’dan is-sens ġie deċiż, b’mod partikolari, li l-għan ta’ dissważjoni li l-Kummissjoni hija intitolata ssegwi meta tiffissa l-ammont ta’ multa jista’ realment jintlaħaq biss billi tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni tal-impriża fil-jum meta tiġi imposta l-multa (sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20060405">5 ta’ April 2006</DATE>, Degussa vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-279/02" PAGE.ECR="II-897" YEAR="2006">T-279/02, Ġabra p. II-897</REF.DOC.ECR>, punt 278).</TXT></NP><NP><NO.P>144</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-rikorrenti ma hijiex qiegħda tikkontesta l-possibbiltà nnifisha li l-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni d-daqs u s-saħħa ekonomika tal-impriża sabiex taġġusta l-ammont tal-multa. Madankollu, hija qiegħda tikkontesta r-rilevanza tal-kriterju tad-dħul mill-bejgħ fl-evalwazzjoni tad-daqs tagħha u tas-saħħa ekonomika tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>145</NO.P><TXT>F’dan id-dawl għandu jiġi osservat li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra, b’mod kostanti, li d-dħul mill-bejgħ globali tal-impriża jikkostitwixxi indikazzjoni, anki jekk approssimattiva u imperfetta, tad-daqs tagħha u tas-saħħa ekonomika tagħha (ara s-sentenza Dansk Rørindustri <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 112 iktar ’il fuq, punt 243, u l-ġurisprudenza ċċitata). Għaldaqstant, diġà ġie deċiż li kien possibbli għall-Kummissjoni, sabiex tiddetermina l-ammont tal-multa f’livell li jiżguralha natura suffiċjentement dissważiva, li tieħu inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ totali tal-impriża inkwistjoni (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja Showa Denko vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 142 iktar ’il fuq, punti 15 sa 18, u tat-<DATE ISO="20080522">22 ta’ Mejju 2008</DATE>, Evonik Degussa vs Il-Kummissjoni u Il-Kunsill, C-266/06 P, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 120; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-<DATE ISO="20030709">9 ta’ Lulju 2003</DATE>, Cheil Jedang vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-220/00" PAGE.ECR="II-2473" YEAR="2003">T-220/00, Ġabra p. II-2473</REF.DOC.ECR>, punt 96).</TXT></NP><NP><NO.P>146</NO.P><TXT>B’hekk, filwaqt li l-ġurisprudenza tirrikonoxxi espliċitament li d-dħul mill-bejgħ globali tal-impriża jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0081" REF.END="QE0081"/>indikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/> tad-daqs tagħha u tas-saħħa ekonomika tagħha li tista’ tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0082" REF.END="QE0082"/>imperfetta<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0083" REF.END="QE0083"/>approssimattiva<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/>, din il-ġurisprudenza tivvalida, fl-istess ħin, l-użu ta’ dan il-kriterju fil-kuntest tad-determinazzjoni taż-żieda tal-multa għall-finijiet tal-effett dissważiv. Il-mertu inkontestabbli ta’ din is-soluzzjoni huwa li tippermetti lill-Kummissjoni tuża, fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-ammont tal-multi, kriterju oġġettiv, filwaqt li tapplikah mingħajr distinzjoni għall-impriżi kkonċernati kollha.</TXT></NP><?PAGE NO="21"?><NP><NO.P>147</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-allegazzjoni, fis-sens li d-dħul mill-bejgħ ta’ impriża jirrifletti b’mod imperfett u approssimattiv biss is-saħħa ekonomika tagħha, ma hijiex biżżejjed, bħala tali, sabiex tegħleb ir-rilevanza ta’ dan il-kriterju fil-kuntest tad-determinazzjoni taż-żieda tal-ammont tal-multa għall-finijiet tal-effett dissważiv.</TXT></NP><NP><NO.P>148</NO.P><TXT>Huwa minnu li, kif issostni essenzjalment ir-rikorrenti, wieħed ma għandux jinsa l-għan tal-impożizzjoni taż-żieda msemmija, jiġifieri l-aġġustament tal-multa b’tali mod li din ma tkunx negliġibbli, u lanqas min-naħa l-oħra ma tkun eċċessiva, b’mod partikolari fid-dawl tal-kapaċità finanzjarja tal-impriża inkwistjoni (ara l-punt 143 iktar ’il fuq u s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali Degussa vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 143 iktar ’il fuq, punt 283, u tat-<DATE ISO="20080618">18 ta’ Ġunju 2008</DATE>, Hoechst vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-410/03" PAGE.ECR="II-881" YEAR="2008">T-410/03, Ġabra p. II-881</REF.DOC.ECR>, punt 379).</TXT></NP><NP><NO.P>149</NO.P><TXT>Madankollu, il-provi mressqa mir-rikorrenti ma jippermettux li jiġi stabbilit li d-dħul mill-bejgħ tagħha, meħud inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni, kien jagħti stampa tant qarrieqa tal-kapaċità finanzjarja tagħha li dan l-għan ma kienx osservat fil-każ ineżami.</TXT></NP><NP><NO.P>150</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi osservat li r-rikorrenti ma tipprovdi ebda prova konkreta insostenn tal-argumenti u taċ-ċifri mressqa minnha, filwaqt li r-rikors ma jirreferi għal ebda dokument fir-rigward ta’ dan il-punt.</TXT></NP><NP><NO.P>151</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti sempliċement tinvoka, fir-rikors, l-eżistenza ta’ debiti minħabba rtirar, li huma iktar sostanzjali mill-impressjoni mogħtija mid-daqs tagħha, kif ukoll ta’ dejn dovut għall-finanzjament ta’ akkwist imwettaq fl-1997, mingħajr madankollu ma tispjega b’mod iddettaljat kif l-eżistenza ta’ dawn id-debiti taffettwa, b’mod konkret, ir-rilevanza tad-dħul mill-bejgħ tagħha fl-2005, meħud inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>152</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi osservat, kif tindika ġustament il-Kummissjoni, li dawn huma provi li jikkonċernaw diversi snin, u li għalhekk ma jikkostitwixxux neċessarjament indikatur affidabbli tas-saħħa ekonomika tal-impriża fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, u li, barra minn hekk, għandhom, bħala prinċipju, impatt inevitabbli fuq id-dħul mill-bejgħ tal-impriża. Barra minn hekk, fir-rikors tagħha, ir-rikorrenti stess tammetti li d-dejn inkwistjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0084" REF.END="QE0084"/>kellu impatt fuq l-attivitajiet tagħha<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="201D" ID="QE0084"/>. Bl-istess mod, ir-rikorrenti ma kkontestatx l-argument tal-Kummissjoni li d-debiti inkwistjoni kellhom neċessarjament impatt fuq id-dħul mill-bejgħ tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>153</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li r-rikorrenti ma tispjegax sa fejn il-kriterju tad-dħul mill-bejgħ ma jirriflettix b’mod adegwat il-kapaċità finanzjarja tagħha, fuq il-bażi tal-provi mressqa minnha. Hija sempliċement titlob l-eliminazzjoni, mingħajr iktar elaborazzjoni, taż-żieda applikata mill-Kummissjoni. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li din l-eliminazzjoni tqiegħed lir-rikorrenti fl-istess sitwazzjoni bħal Barlo u Lucite, li fir-rigward tagħhom ma kienet applikata ebda żieda għall-finijiet tal-effett dissważiv. Issa, id-dħul mill-bejgħ ta’ dawn iż-żewġ impriżi kien jirrappreżenta, fl-2005, rispettivament madwar 4 u 13 % tad-dħul mill-bejgħ tar-rikorrenti (ara l-premessi 36 u 46 tad-deċiżjoni kkontestata). Fin-nuqqas ta’ provi konvinċenti, l-argument li d-dħul mill-bejgħ tar-rikorrenti kien jagħti stampa ferm qarrieqa dwar il-kapaċità finanzjarja tagħha ma jistax jiġi aċċettat.</TXT></NP><NP><NO.P>154</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li r-rikorrenti ma invalidatx l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni fis-sens li d-dħul mill-bejgħ tagħha kien jagħti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0085" REF.END="QE0085"/>indikazzjoni raġonevoli u utli tal-kapaċità u tas-saħħa ekonomika tagħha<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="201D" ID="QE0085"/> (premessa 347 tad-deċiżjoni kkontestata). Għaldaqstant, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni r-rikorrenti, il-Kummissjoni setgħet tibbaża ruħha fuq dan id-dħul mill-bejgħ sabiex tiddetermina ż-żieda adegwata (ara b’mod partikolari l-punti 146 u 147 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>155</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni naqset milli teżamina l-provi dwar il-kapaċità finanzjarja tagħha prodotti matul il-proċedura amministrattiva, dan l-argument għandu jiġi miċħud ukoll. Minn naħa, din hija sempliċi affermazzjoni min-naħa tar-rikorrenti, li ma hija ssostanzjata b’ebda element konkret, bħal, pereżempju, l-indikazzjoni tal-provi li allegatament ġew<?PAGE NO="22"?> injorati mill-Kummissjoni. Min-naħa l-oħra, u fi kwalunkwe każ, mid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-Kummissjoni eżaminat l-argumenti tar-rikorrenti fis-sens li d-dħul mill-bejgħ tagħha kien jagħti impressjoni eżaġerata tal-kapaċità finanzjarja tagħha, filwaqt li kkonkludiet li d-dħul mill-bejgħ kien jikkostitwixxi indikazzjoni raġonevoli u utli tal-kapaċità tagħha u tas-saħħa ekonomika tagħha (premessi 343 u 347 tad-deċiżjoni kkontestata). Għalkemm il-Kummissjoni ma weġbitx b’mod iddettaljat għal kull wieħed mill-argumenti tar-rikorrenti, dan il-fatt, fih innifsu, ma jippermettix li jingħad li dawn l-argumenti ma ġewx eżaminati.</TXT></NP><NP><NO.P>156</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni wkoll li, f’dan il-każ, in-neċessità taż-żieda kien iktar u iktar jistħoqqilha li tiġi ssostanzjata fid-dawl tal-fatt li, kif kienet uriet, ebda wieħed mill-awturi konkreti tal-ksur ma kien impjegat minnha jew kien jokkupa pożizzjoni ta’ responsabbiltà fi ħdanha, ebda wieħed mill-membri tal-amministrazzjoni tagħha ma kien iffaċilita l-eżekuzzjoni tal-ksur u li l-ammont tal-multa kien diġà għoli ħafna.</TXT></NP><NP><NO.P>157</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fil-premessi 337 sa 350 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni applikat, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur, żieda fl-ammont inizjali tal-multa sabiex tiggarantixxi li din il-multa jkollha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0086" REF.END="QE0086"/>effett dissważiv suffiċjenti, fid-dawl tad-daqs u tas-saħħa ekonomika ta’ kull impriża<QUOT.END REF.START="QS0086" CODE="201D" ID="QE0086"/> (premessa 337 tad-deċiżjoni kkontestata). Dan l-istadju tal-kalkolu tal-ammont tal-multa jirriżulta mill-ħtieġa li l-ammont inizjali jiġi aġġustat b’mod li l-multa jkollha natura suffiċjentement dissważiva fid-dawl tar-riżorsi globali tal-impriża u tal-kapaċità tagħha li tillikwida l-fondi neċessarji sabiex tħallas il-multa. Għaldaqstant, l-allegazzjonijiet tar-rikorrenti fis-sens li ebda wieħed mill-awturi reali tal-ksur ma kien impjegat mir-rikorrenti jew kien jokkupa pożizzjoni ta’ responsabbiltà fi ħdanha u li ebda wieħed mill-membri tal-amministrazzjoni tagħha ma kien iffaċilita l-eżekuzzjoni tal-ksur huma irrilevanti f’dan il-kuntest u għalhekk ineffettivi.</TXT></NP><NP><NO.P>158</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi konkluż li l-argumenti mressqa fil-kuntest tal-ewwel parti tal-motiv ma humiex ta’ natura li jikkontestaw iż-żieda applikata fil-konfront tar-rikorrenti fil-premessi 349 u 350 tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>159</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel parti tal-motiv għandha tiġi miċħuda sa fejn hija intiża li tissostanzja t-talba għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni parti tal-motiv, ibbażata fuq ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament</P></TI></TITLE><NP><NO.P>160</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li, anki jekk jitqies li l-Kummissjoni setgħet timponi żieda dissważiva bbażata esklużivament fuq id-dħul mill-bejgħ, hija kellha tittratta lid-destinatarji tad-deċiżjoni kkontestata b’mod ekwu u b’mod proporzjonat. Issa, iż-żieda imposta fuq ir-rikorrenti hija, skontha, proporzjonalment ogħla minn dik imposta fuq Atofina u, għaldaqstant, tikser il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP><NP><NO.P>161</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, kif tirrileva r-rikorrenti, id-dħul mill-bejgħ meħud inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni fil-każ tar-rikorrenti (EUR 8.49 biljuni) huwa effettivament sittax-il darba inqas minn dak ta’ Atofina (EUR 143 biljun), filwaqt li ż-żieda applikata għall-multa tar-rikorrenti (50 %) hija biss 4 darbiet inqas minn dik applikata għall-multa ta’ Atofina (200 %).</TXT></NP><NP><NO.P>162</NO.P><TXT>Madankollu, din l-osservazzjoni ma hijiex biżżejjed sabiex jiġi kkontestat il-livell taż-żieda imposta fuq ir-rikorrenti fid-dawl tal-prinċipji invokati minnha.</TXT></NP><NP><NO.P>163</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, din id-differenza fil-konfront tat-trattament mogħti lil impriża oħra ma tfissirx, fiha nfisha, li ż-żieda tar-rikorrenti ma hijiex proporzjonali mal-għan segwit, jiġifieri, skont il-premessa 337 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-ammont tal-multa tagħha jiġi ffissat f’livell li jiggarantixxi li l-multa jkollha effett dissważiv suffiċjenti fid-dawl tad-daqs u tas-saħħa ekonomika tar-rikorrenti. Issa, fil-kuntest ta’ din il-parti tal-motiv, ir-rikorrenti ma tqajjimx argumenti f’dan ir-rigward.</TXT></NP><?PAGE NO="23"?><NP><NO.P>164</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, l-argument tar-rikorrenti, sa fejn jiffoka fuq is-sitwazzjoni ta’ Atofina u jekk jitqies li huwa fondat, iwassal sabiex iż-żieda imposta fuq ir-rikorrenti tkun ta’ 12.5 % biss (żieda sittax-il darba inqas minn dik ta’ 200 % imposta fuq Atofina). Issa, fid-dawl tad-daqs u tas-saħħa ekonomika tar-rikorrenti, kif riflessi mid-dħul mill-bejgħ tagħha fl-2005, tali żieda ma tkunx suffiċjenti sabiex jintlaħaq l-għan segwit.</TXT></NP><NP><NO.P>165</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, anki jekk jitqies li din id-differenza tista’ titqies bħala ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, minn dan ma jirriżultax neċessarjament li r-rikorrenti hija intitolata tikseb tnaqqis taż-żieda imposta.</TXT></NP><NP><NO.P>166</NO.P><TXT>Dwar dan il-punt il-Kummissjoni ġustament tosserva li r-rikorrenti qiegħda tipprova tapplika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0087" REF.END="QE0087"/>bil-maqlub<QUOT.END REF.START="QS0087" CODE="201D" ID="QE0087"/> is-soluzzjoni mogħtija fis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, Tokai Carbon <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-236/01+T-239/01+T-244/01+T-245/01+T-246/01+T-251/01+T-252/01" PAGE.ECR="II-1181" YEAR="2004">T-236/01, T-239/01, T-244/01 sa T-246/01, T-251/01 u T-252/01, Ġabra p. II-1181</REF.DOC.ECR>, punti 244 sa 249). Fil-kawża li wasslet għal dik is-sentenza, id-dħul mill-bejgħ tal-impriża Showa Denko KK (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0088" REF.END="QE0088"/>SDK<QUOT.END REF.START="QS0088" CODE="201D" ID="QE0088"/>) kien id-doppju ta’ dak tal-impriża VAW Aluminium AG (iktar ’il quddiem VAW”). Issa, il-Kummissjoni kienet imponiet fuq SDK żieda sitt darbiet ikbar (150 %) minn dik imposta fuq VAW (25 %). Kien f’tali sitwazzjoni li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tibdel iż-żieda imposta fuq SDK b’żieda ta’ 50 %, jiġifieri d-doppju ta’ dik imposta fuq VAW.</TXT></NP><NP><NO.P>167</NO.P><TXT>Madankollu, dan ma jfissirx li impriża bħalma hija r-rikorrenti tista’ tinvoka favur tagħha allegat ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament li jirriżulta mill-fatt li ż-żieda imposta fuq impriża ikbar minnha ma hijiex għolja biżżejjed sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni d-differenza fid-daqs bejn dawn iż-żewġ impriżi.</TXT></NP><NP><NO.P>168</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, u fi kwalunkwe każ, il-fondatezza tal-livell taż-żieda imposta fuq ir-rikorrenti, fid-dawl tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità, għandha tiġi eżaminata, jekk ikun il-każ, mhux biss fir-rigward taż-żieda applikata għal Atofina iżda wkoll fir-rigward ta’ dawk applikati għall-impriżi kkonċernati l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>169</NO.P><TXT>B’mod partikolari, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza, is-soluzzjoni adottata mill-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-eżami ta’ din il-parti tal-motiv ma jistax ikollha l-effett li twassal għal nuqqas ta’ ugwaljanza fit-trattament mogħti lill-impriżi li pparteċipaw fil-ksur inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja Sarrió vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 97 iktar ’il fuq, punt 97, u tal-<DATE ISO="20070125">25 ta’ Jannar 2007</DATE>, Dalmine vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-407/04 P" PAGE.ECR="I-829" YEAR="2007">C-407/04 P, Ġabra p. I-829</REF.DOC.ECR>, punt 152).</TXT></NP><NP><NO.P>170</NO.P><TXT>Issa, fir-rikors, ir-rikorrenti ma tqajjimx argumenti f’dan is-sens.</TXT></NP><NP><NO.P>171</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, f’ordni axxendenti, iż-żidiet applikati fid-deċiżjoni kkontestata kienu s-segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Barlo, bi dħul mill-bejgħ ta’ EUR 310.85 miljun (premessa 46 tad-deċiżjoni kkontestata), ma kienet suġġetta għal ebda żieda;</P></ITEM><ITEM><P>Lucite, bi dħul mill-bejgħ ta’ madwar EUR 1.14 biljuni (premessa 36 tad-deċiżjoni kkontestata), ma kienet suġġetta għal ebda żieda;</P></ITEM><ITEM><P>tliet kumpanniji tal-grupp Total (Arkema, Altuglas u Altumax), bi dħul mill-bejgħ ta’ EUR 5.71 biljuni (premessa 14 tad-deċiżjoni kkontestata), kienu suġġetti għal żieda <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0089" REF.END="QE0089"/>ipotetika<QUOT.END REF.START="QS0089" CODE="201D" ID="QE0089"/> ta’ 25 % (fattur multiplikatur ta’ 1.25) għall-finijiet tal-kalkolu taż-żieda minħabba reċidività, żieda li kienet speċifika għal dawn it-tliet kumpanniji (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 233 tad-deċiżjoni kkontestata). Barra minn hekk, f’deċiżjoni dwar ir-rikors ippreżentat minn dawn il-kumpanniji kontra d-deċiżjoni kkontestata, il-Qorti Ġenerali naqset l-ammont tal-multa li kienet imposta fuqhom billi kkalkolat mill-ġdid l-ammont globali tagħha fuq il-bażi tal-applikazzjoni taż-żieda ta’ 25 % għall-finijiet tal-effett dissważiv (sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20110607">7 ta’ Ġunju 2011</DATE>, Arkema France <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-217/06" PAGE.ECR="II-2593" YEAR="2011">T-217/06, Ġabra p. II-2593</REF.DOC.ECR>, punti 339 u 340);</P></ITEM><?PAGE NO="24"?><ITEM><P>ir-rikorrenti, bi dħul mill-bejgħ fl-2005 ta’ EUR 8.49 biljuni, kienet suġġetta għal żieda ta’ 50 % (fattur multiplikatur ta’ 1.5);</P></ITEM><ITEM><P>Degussa, bi dħul mill-bejgħ ta’ EUR 11.75 biljuni, kienet suġġetta għal żieda ta’ 75 % (fattur multiplikatur ta’ 1.75);</P></ITEM><ITEM><P>Atofina (ħames kumpanniji tal-grupp Total) kienet suġġetta għal żieda ta’ 200 % (fattur multiplikatur ta’ 3) fuq il-bażi tad-dħul mill-bejgħ ta’ Total SA fl-2005 ta’ EUR 143.168 biljuni (premessi 349 u 350 tad-deċiżjoni kkontestata).</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>172</NO.P><TXT>B’hekk, mid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta b’mod ċar li l-każ ta’ Atofina huwa każ speċifiku ta’ impriża li kellha dħul mill-bejgħ ħafna ikbar minn dak tal-impriżi kkonċernati l-oħra kollha. Għall-kuntrarju, l-approċċ tal-Kummissjoni fir-rigward tal-impriżi l-oħra kien koerenti billi ffissat iż-żidiet bħala 25, 50 u 75 % għall-impriżi li d-dħul mill-bejgħ tagħhom kien, rispettivament, ta’ EUR 5.71, 8.49 u 11.75 biljuni.</TXT></NP><NP><NO.P>173</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-Kummissjoni ma segwietx b’mod strett il-proporzjonijiet matematiċi u, b’mod partikolari, id-differenza relattiva fil-livell taż-żieda (f’perċentwali) bejn Arkema u r-rikorrenti (+ 100 %) hija ikbar minn dik bejn id-dħul mill-bejgħ tagħhom (+ 48 %), differenza li hija iżgħar minn dik bejn ir-rikorrenti u Degussa (+ 50 % fir-rigward taż-żieda u + 38 % fir-rigward tad-dħul mill-bejgħ).</TXT></NP><NP><NO.P>174</NO.P><TXT>Madankollu, din il-konstatazzjoni tal-aħħar ma hijiex biżżejjed sabiex jiġi stabbilit ksur tal-prinċipji invokati mir-rikorrenti. Fil-fatt, fid-dawl tal-marġni ta’ diskrezzjoni li għandha l-Kummissjoni f’dan il-qasam u fid-dawl tal-għan ta’ dissważjoni segwit bl-applikazzjoni taż-żidiet inkwistjoni, il-Kummissjoni ma tistax tkun obbligata, fuq il-bażi tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità, tiżgura li d-differenzi bejn il-livelli ta’ dawn iż-żidiet jirriflettu strettament kull differenza bejn l-impriżi fir-rigward tad-dħul mill-bejgħ tagħhom (ara wkoll, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza Evonik Degussa vs Il-Kummissjoni u Il-Kunsill, iċċitata fil-punt 145 iktar ’il fuq, punt 122). Kif jirriżulta mill-ġurisprudenza, filwaqt li d-dħul mill-bejgħ jikkostitwixxi kriterji rilevanti fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-ammont tal-multa f’livell li jiżgura li l-multa jkollha natura suffiċjentement dissważiva, l-iffissar ta’ multa adegwata xorta waħda ma għandux ikun neċessarjament ir-riżultat ta’ sempliċi kalkolu aritmetiku bbażat fuq id-dħul mill-bejgħ (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Musique Diffusion française <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 128 iktar ’il fuq, punt 121, u Evonik Degussa vs Il-Kummissjoni u Il-Kunsill, iċċitata fil-punt 145 iktar ’il fuq, punt 120).</TXT></NP><NP><NO.P>175</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-trattament tal-impriżi li, fid-dawl tad-dħul mill-bejgħ tagħhom, jinsabu f’sitwazzjoni li tixbah iktar lil dik tar-rikorrenti mis-sitwazzjoni ta’ Atofina, ma jippermettix li jiġi kkonstatat ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità. Għall-kuntrarju, l-argument tar-rikorrenti, sa fejn qiegħda titlob trattament proporzjonali esklużivament għal dak ta’ Atofina, jiġifieri, essenzjalment, żieda ta’ 12.5 % (ara l-punt 164 iktar ’il fuq), jekk jiġi aċċettat, ikun ta’ natura li jwassal għal nuqqas ta’ ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-impriżi kkonċernati l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>176</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandha ssir insistenza wkoll fuq il-fatt li r-rikorrenti ma tirreferix, b’mod partikolari, għall-każ ta’ Lucite. Issa, għandu jitfakkar li r-rikorrenti u Lucite wettqu l-ksur, suċċessivament, bl-istess assi, u li l-Kummissjoni attribwitilhom l-istess ammonti inizjali tal-multa, fuq il-bażi tal-istess dħul mill-bejgħ fir-rigward tal-prodotti tal-PMMA. Għalhekk, sa dak il-punt, l-ammonti tal-multi ta’ dawn iż-żewġ impriżi kienu kkalkolati bl-istess mod iżda, għall-kuntrarju tar-rikorrenti, Lucite ma kienet suġġetta għal ebda żieda għall-finijiet tal-effett dissważiv. Madankollu, peress li d-dħul mill-bejgħ tagħha kien 7.5 darbiet inqas minn dak tar-rikorrenti, ma jistax jiġi allegat li ż-żieda ta’ 50 % imposta fuq ir-rikorrenti hija kuntrarja għall-prinċipji invokati.</TXT></NP><NP><NO.P>177</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tieni parti tal-motiv għandha tiġi miċħuda sa fejn hija intiża li tissostanzja t-talba għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><?PAGE NO="25"?><NP><NO.P>178</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għar-raġunijiet preċedenti, l-argumenti mqajma mir-rikorrenti fil-kuntest tar-raba’ motiv lanqas ma jippermettu li jiġi ġġustifikat it-tnaqqis tal-ammont tal-multa, sa fejn hija bbażata fuq il-żieda tal-ammont inizjali għall-finijiet tal-effett dissważiv, bis-saħħa tal-ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti Ġenerali. Għaldaqstant, dan il-motiv għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq ir-rifjut mhux ġustifikat li jingħata tnaqqis tal-ammont tal-multa minħabba l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>179</NO.P><TXT>Dan il-motiv huwa maqsum f’żewġ partijiet. Fil-kuntest tal-ewwel parti, ir-rikorrenti tikkritika lill-Kummissjoni talli rrifjutat li tagħtiha tnaqqis tal-ammont tal-multa skont il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni. Fil-kuntest tat-tieni parti, ir-rikorrenti ssostni, sussidjarjament, li l-Kummissjoni kien imissha, minn tal-inqas, irrikonoxxiet il-mertu tal-kooperazzjoni tagħha lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-avviż.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel parti tal-motiv, dwar ir-rifjut li jingħata tnaqqis tal-ammont tal-multa skont il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni</P></TI></TITLE><NP><NO.P>180</NO.P><TXT>Din il-parti tal-motiv hija essenzjalment ibbażata fuq żewġ ilmenti. Minn naħa, ir-rikorrenti takkuża lill-Kummissjoni li kkunsidrat b’mod żbaljat li l-provi li hija kienet ipprovdiet ma kienu kkontribwixxew ebda valur miżjud għall-investigazzjoni tagħha. Min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti ssostni li d-dewmien min-naħa tagħha sabiex tipprovdi dawn il-provi, meta mqabbla mal-impriżi kkonċernati l-oħra, kien dovut għall-aġir tal-Kummissjoni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq l-evalwazzjoni żbaljata tal-valur miżjud tal-provi inklużi fit-talba skont il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>181</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-Kummissjoni tgawdi minn setgħa diskrezzjonali wiesgħa fir-rigward tal-metodu tal-kalkolu tal-multi u li hija tista’, f’dan ir-rigward, tieħu inkunsiderazzjoni numru kbir ta’ elementi, li fosthom tinsab il-kooperazzjoni tal-impriżi kkonċernati matul l-investigazzjoni mwettqa mid-dipartimenti ta’ din l-istituzzjoni. F’dan ir-rigward il-Kummissjoni għandha marġni ta’ diskrezzjoni wiesgħa sabiex tevalwa l-kwalità u l-utilità tal-kooperazzjoni mogħtija minn impriża, b’mod partikolari meta mqabbla mal-kontribuzzjonijiet mogħtija minn impriżi oħra (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20070510">10 ta’ Mejju 2007</DATE>, SGL Carbon vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-328/05 P" PAGE.ECR="I-3921" YEAR="2007">C-328/05 P, Ġabra p. I-3921</REF.DOC.ECR>, punti 81 u 88).</TXT></NP><NP><NO.P>182</NO.P><TXT>Sabiex ikun ġustifikat tnaqqis tal-ammont tal-multa fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni, l-informazzjoni mogħtija għandha tkun tista’ titqies bħala prova ta’ kooperazzjoni reali min-naħa tagħha, sa fejn l-għan ta’ tnaqqis tal-ammont tal-multa huwa li impriża tiġi kkumpensata għal kontribuzzjoni matul il-proċedura amministrattiva li wasslet lill-Kummissjoni sabiex tikkonstata ksur b’inqas diffikultà (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Erste Group Bank <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 116 iktar ’il fuq, punt 305). B’hekk, l-aġir ta’ impriża għandu jiffaċilita l-kompitu tal-Kummissjoni, li huwa li tikkonstata u twaqqaf ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni (ara s-sentenza JFE Engineering <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 54 iktar ’il fuq, punt 499, u l-ġurisprudenza ċċitata) u għandu juri intenzjoni reali ta’ kooperazzjoni (sentenza Dansk Rørindustri <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 112 iktar ’il fuq, punti 395 u 396).</TXT></NP><NP><NO.P>183</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-raġuni wara t-tnaqqis, il-Kummissjoni ma tistax tinjora l-utilità tal-informazzjoni mogħtija, li neċessarjament tiddependi mill-provi li jkollha diġà fil-pussess tagħha (sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20100428">28 ta’ April 2010</DATE>, Gütermann u Zwicky vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-456/05+T-457/05" PAGE.ECR="II-1443" YEAR="2010">T-456/05 u T-457/05, Ġabra p. II-1443</REF.DOC.ECR>, punt 221).</TXT></NP><NP><NO.P>184</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm il-Kummissjoni hija obbligata timmotiva r-raġunijiet għalfejn tqis li l-provi pprovduti minn impriżi fil-kuntest tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni jikkostitwixxu kontribuzzjoni li tiġġustifika jew li ma tiġġustifikax tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta, huma<?PAGE NO="26"?> mill-banda l-oħra l-impriżi li jkunu jixtiequ jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward li għandhom juru li l-Kummissjoni, fin-nuqqas ta’ tali informazzjoni mogħtija volontarjament minn dawn l-impriżi, ma kinitx tkun f’pożizzjoni li tipprova l-elementi essenzjali tal-ksur u għalhekk li tadotta deċiżjoni li timponi multi (sentenza Erste Group Bank <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 116 iktar ’il fuq, punt 297).</TXT></NP><NP><NO.P>185</NO.P><TXT>Fil-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni, il-Kummissjoni ppreċiżat il-kundizzjonijiet li fihom l-impriżi li jikkooperaw magħha matul l-investigazzjoni tagħha dwar akkordju jistgħu jiġu eżentati mill-multa jew jistgħu jibbenefikaw minn tnaqqis tal-ammont tal-multa li huma altrimenti kien ikollhom iħallsu.</TXT></NP><NP><NO.P>186</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-Kummissjoni ddikjarat li l-impriżi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet li jippermettulhom jibbenefikaw minn immunità minn multi jistgħu xorta waħda jibbenefikaw minn tnaqqis tal-ammont tal-multa (punt 20 tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni). Skont il-punt 21 tal-avviż imsemmi, sabiex tkun tista’ tikkwalifika għal tali tnaqqis, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0090" REF.END="QE0090"/>impriża għandha tipprovdi l-Kummissjoni bi provi tal-ksur tal-liġi ssuspettat li jirrapreżentaw valur miżjud [sinjifikattiv] b’rispett għall-evidenza li diġà tinstab fil-pussess tal-Kummissjoni u għandha twaqqaf l-involviment tagħha fil-ksur tal-liġi ssuspettat mhux aktar tard miż-żmien li fih tressaq il-provi<QUOT.END REF.START="QS0090" CODE="201D" ID="QE0090"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>187</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-punt 22 tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni jippreċiża:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0091" REF.END="QE0091"/>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0092" REF.END="QE0092"/>valur miżjud<QUOT.END REF.START="QS0092" CODE="2019" ID="QE0092"/> jirreferi għall-punt sa fejn il-provi pprovduti jinforzaw, bin-natura tagħhom u/jew bil-livell ta’ detall, l-abilità tal-Kummissjoni li tipprova l-fatti msemmija. F’din l-istima, il-Kummissjoni ġeneralment tikkunsidra l-provi bil-miktub li joriġinaw mill-perjodu ta’ żmien li miegħu jirrelataw il-fatti biex ikollhom valur ikbar mill-provi stabbiliti wara. Bl-istess mod, provi li huma direttament rilevanti għall-fatti msemmija ġeneralment jiġu kkunsidrati li għandhom valur akbar minn dawk b’rilevanza indiretta biss.<QUOT.END REF.START="QS0091" CODE="201D" ID="QE0091"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>188</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni osservat li r-rikorrenti kienet talbet l-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni fit-<DATE ISO="20041018">18 ta’ Ottubru 2004</DATE>, dwar li l-Kummissjoni kienet irċeviet talbiet skont dan l-avviż minn Degussa (fl-<DATE ISO="20021220">20 ta’ Diċembru 2002</DATE>), minn Atofina (fit-<DATE ISO="20030403">3 ta’ April 2003</DATE>) u minn Lucite (fil-<DATE ISO="20030711">11 ta’ Lulju 2003</DATE>) (premessa 416 tad-deċiżjoni kkontestata). Il-premessa 417 tad-deċiżjoni kkontestata tipprovdi li, skont il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni, il-Kummissjoni eżaminat il-kontribuzzjoni tar-rikorrenti fl-ordni kronoloġiku li fih saru l-komunikazzjonijiet, sabiex b’hekk tiddetermina jekk ir-rikorrenti kinitx ikkontribwixxiet valur miżjud sinjifikattiv fis-sens tal-punt 21 tal-avviż imsemmi. Fuq il-bażi ta’ dawn il-kriterji, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-provi pprovduti mir-rikorrenti ma kinux ikkontribwixxew valur miżjud sinjifikattiv fis-sens tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni (premessa 417 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>189</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni applikat kriterju legali żbaljat sabiex tiċħad it-talba tagħha għal tnaqqis tal-ammont tal-multa sa fejn, fil-premessa 419 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni tiddikjara li d-dokumenti pprovduti mir-rikorrenti ma kinux ippermettewlha li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0093" REF.END="QE0093"/>tistabbilixxi l-fatti<QUOT.END REF.START="QS0093" CODE="201D" ID="QE0093"/>. Issa, ir-rikorrenti ssostni li l-kriterju korrett, skont il-punt 21 tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni, kien dak tar-rinforz tal-abbiltà tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-fatti.</TXT></NP><NP><NO.P>190</NO.P><TXT>Dan l-argument ma huwiex fondat fil-fatt u għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>191</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif ingħad fil-punt 188 iktar ’il fuq, mill-premessi 416 sa 419 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta b’mod ċar li l-Kummissjoni applikat b’mod korrett id-dispożizzjoni rilevanti tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni, jiġifieri l-punt 21 tiegħu, meta applikat il-kriterju tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0094" REF.END="QE0094"/>valur miżjud [sinjifikattiv]<QUOT.END REF.START="QS0094" CODE="201D" ID="QE0094"/> (ara l-punt 188 iktar ’il fuq). Barra minn hekk, fl-ittra tal-<DATE ISO="20050811">11 ta’ Awwissu 2005</DATE>, fejn informat lir-rikorrenti dwar iċ-ċaħda tat-talba tagħha għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa taħt dan l-avviż, il-Kummissjoni sostniet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0095" REF.END="QE0095"/>il-provi prodotti [mir-rikorrenti] ma [kienu] jikkontribwixxu ebda valur miżjud sinjifikattiv fis-sens tal-punti 21 u 22 tal-[Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni]<QUOT.END REF.START="QS0095" CODE="201D" ID="QE0095"/>, u b’hekk indikat il-kriterju rilevanti.</TXT></NP><?PAGE NO="27"?><NP><NO.P>192</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti essenzjalment issostni li l-provi prodotti minnha jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 21 u 22 tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>193</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 184 iktar ’il fuq, hija r-rikorrenti li għandha turi li l-kundizzjonijiet imsemmija kienu sodisfatti. Issa, għandha ssir insistenza fuq il-fatt li, għalkemm, fir-rikors, ir-rikorrenti tirreferi, b’mod ġenerali u mhux issostanzjat, għall-isforzi kbar li hija għamlet sabiex tikkoopera mal-Kummissjoni, filwaqt li ssemmi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0096" REF.END="QE0096"/>d-diversi jiem ta’ xogħol ta’ speċjalisti fit-teknoloġija tal-informatika<QUOT.END REF.START="QS0096" CODE="201D" ID="QE0096"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0097" REF.END="QE0097"/>iktar minn elf siegħa ta’ eżami minn konsulenti esterni<QUOT.END REF.START="QS0097" CODE="201D" ID="QE0097"/> li wasslu għall-komunikazzjoni volontarja lill-Kummissjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0098" REF.END="QE0098"/>168 dokument estratti mis-sistemi ta’ ħażna u mis-servers<QUOT.END REF.START="QS0098" CODE="201D" ID="QE0098"/>, l-argumenti tagħha żviluppati fil-kuntest ta’ dan l-ilment huwa fil-verità bbażati fuq ftit dokumenti mill-istess perijodu ta’ żmien bħall-ksur li jissemmew fil-premessi 101, 104, 115 u 156 tad-deċiżjoni kkontestata. Hija ssostni li dawn id-dokumenti rrinforzaw it-teżi tal-Kummissjoni u kienu ta’ għajnuna fl-investigazzjoni tagħha peress li tirreferi għalihom fid-deċiżjoni kkontestata u li dawn huma dokumenti rari ta’ attwalità fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tagħti valur kbir lil tali dokumenti ta’ attwalità.</TXT></NP><NP><NO.P>194</NO.P><TXT>Madankollu, dawn l-argumenti ma jippermettux li tiġi kkontestata l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>195</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fir-rigward tal-ittra elettronika interna tar-rikorrenti msemmija fil-premessa 101 tad-deċiżjoni kkontestata, din tagħmel riferiment għal ftehim dwar żieda fil-prezz għat-tieni perijodu ta’ tliet xhur tal-1998 u għal żieda ta’ 5 % għall-folji introdotti b’effett mill-<DATE ISO="19990101">1 ta’ Jannar 1999</DATE> fis-suq tar-Renju Unit (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 27 tad-deċiżjoni kkontestata). Bl-istess mod, id-dokumenti msemmija fil-premessa 156 tad-deċiżjoni kkontestata jirreferu għal żieda fil-prezzijiet għat-tieni nofs tal-1998. Madankollu, kif issostni l-Kummissjoni, mid-deċiżjoni kkontestata (ara, pereżempju, il-premessi 155, 157 u 158 tad-deċiżjoni kkontestata) jirriżulta li, qabel ma rċeviet dawn id-dokumenti, il-Kummissjoni kienet diġà taf bid-diskussjonijiet dwar il-prezzijiet u bil-ftehim dwar iż-żidiet fil-prezz fuq livell Ewropew għat-tieni nofs tal-1998.</TXT></NP><NP><NO.P>196</NO.P><TXT>Huwa minnu li, kif issostni r-rikorrenti, id-dokument imsemmi fil-premessa 101 tad-deċiżjoni kkontestata ppermetta lill-Kummissjoni tesponi l-mod kif kienu jiżvolġu l-laqgħat antikompetittivi inkwistjoni. Bl-istess mod, id-dokumenti msemmija fil-premessa 156 tad-deċiżjoni kkontestata juru kif kienu implementati ż-żidiet fil-prezz. Madankollu, din hija biss informazzjoni li permezz tagħha ż-żidiet fil-prezz, li fir-rigward tagħhom il-Kummissjoni kellha diġà provi suffiċjenti, setgħu jitqiegħdu fil-kuntest tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>197</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward taż-żewġ ittri elettroniċi interni tar-rikorrenti msemmija fil-premessa 104 u fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 31 tad-deċiżjoni kkontestata sabiex jintwera l-fatt li ż-żidiet fil-prezz mhux dejjem kienu implementati (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 31 tad-deċiżjoni kkontestata), għandu jiġi osservat li, qabel ma rċeviet dawn id-dokumenti, il-Kummissjoni kienet diġà taf b’dan il-fatt u kellha provi f’dan is-sens, kif jirriżulta minn diversi premessi tad-deċiżjoni kkontestata (ara, pereżempju, il-premessi 110, 120, 123, 125, 128, 129, 134, 140, 143, 148, 167 u 184 tad-deċiżjoni kkontestata). Il-fatt, osservat mir-rikorrenti, li dawn huma l-uniċi dokumenti kontemporanju għall-ksur imsemmija fil-punt 4.2.3 tad-deċiżjoni kkontestata, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0099" REF.END="QE0099"/>Implementazzjoni u sorveljanza tal-ftehim dwar il-prezz<QUOT.END REF.START="QS0099" CODE="201D" ID="QE0099"/>, ma huwiex, bħala tali, ta’ natura li jistabbilixxi l-valur miżjud sinjifikattiv tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>198</NO.P><TXT>It-tielet nett, fir-rigward tal-minuti ta’ laqgħa msemmija fil-premessa 115 tad-deċiżjoni kkontestata, dan id-dokument jikkonferma biss li nżammet laqgħa bejn ir-rikorrenti u Degussa fid-data indikata, sa fejn l-informazzjoni dwar in-natura antikompetittiva ta’ din il-laqgħa kienet ingħatat minn Degussa. Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li, fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti ssostni preċiżament li d-dokument imsemmi jattribwixxi natura leġittima lil-laqgħa kkonċernata u għalhekk hija ma tistax validament issostni li dan id-dokument kellu valur miżjud sinjifikattiv għall-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>199</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li r-rikorrenti ma hijiex qiegħda tikkontesta l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni fis-sens li, fil-mument li fih irċeviet id-dokumenti msemmija iktar ’il fuq, hija kellha diġà biżżejjed provi determinanti mingħand impriżi oħra sabiex tistabbilixxi l-fatti. Madankollu,<?PAGE NO="28"?> ir-rikorrenti ssostni li, skont il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni, il-kwistjoni ma hijiex dik jekk il-Kummissjoni kinitx diġà rċeviet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0100" REF.END="QE0100"/>biżżejjed provi<QUOT.END REF.START="QS0100" CODE="201D" ID="QE0100"/> sabiex tkun tista tipprova l-fondatezza tat-teżi tagħha, iżda jekk dawn il-provi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0101" REF.END="QE0101"/>jirrinforzawx<QUOT.END REF.START="QS0101" CODE="201D" ID="QE0101"/> din it-teżi. Issa, fil-fehma tar-rikorrenti, tkun kemm tkun solida teżi, din dejjem tista’ tiġi rrinforzata bi provi addizzjonali jew aħjar, u b’mod partikolari b’dokumenti ta’ attwalità.</TXT></NP><NP><NO.P>200</NO.P><TXT>Dan l-argument ma jistax jintlaqa’. Fil-fatt, dan l-argument essenzjalment ifisser li kull prova ċċitata f’deċiżjoni fil-qasam ta’ akkordji, u <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> dokument ta’ attwalità, għandha tiġi kkunsidrata bħala li tikkontribwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0102" REF.END="QE0102"/>valur miżjud [sinjifikattiv]<QUOT.END REF.START="QS0102" CODE="201D" ID="QE0102"/> fis-sens tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni u bħala li għalhekk tiġġustifika tnaqqis tal-ammont tal-multa. Issa, tali riżultat ikun inkompatibbli mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 181 sa 183 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>201</NO.P><TXT>B’hekk, ġie deċiż, pereżempju, li dikjarazzjoni li sempliċement tikkorrobora, sa ċertu punt, dikjarazzjoni li l-Kummissjoni kellha diġà fil-pussess tagħha ma tiffaċilitax il-kompitu tal-Kummissjoni b’mod sinjifikattiv u li tali dikjarazzjoni ma tistax tkun suffiċjenti sabiex jiġi ġġustifikat tnaqqis tal-ammont tal-multa minħabba kooperazzjoni (ara s-sentenza Gütermann u Zwicky vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 183 iktar ’il fuq, punt 222, u l-ġurisprudenza ċċitata). Minn dan isegwi li s-sempliċi fatt li dokument ikollu ċerta utilità għall-Kummissjoni u li l-Kummissjoni għalhekk tirreferi għalih fid-deċiżjoni tagħha ma jippermettix li jiġi ġġustifikat tnaqqis tal-ammont tal-multa minħabba kooperazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>202</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li r-rikorrenti tiffoka l-argument tagħha fuq il-formulazzjoni tal-punt 22 tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni, li jipprovdi li għandu jiġi vverifikat jekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0103" REF.END="QE0103"/>il-provi pprovduti jinforzaw[x] [...] l-abilità tal-Kummissjoni li tipprova l-fatti msemmija<QUOT.END REF.START="QS0103" CODE="201D" ID="QE0103"/>. Għaldaqstant, minn dan il-punt jirriżulta b’mod ċar li dan il-punt qiegħed jistabbilixxi d-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0104" REF.END="QE0104"/>valur miżjud<QUOT.END REF.START="QS0104" CODE="201D" ID="QE0104"/> filwaqt li l-kriterji rilevanti għall-evalwazzjoni tal-opportunità ta’ tnaqqis tal-ammont tal-multa, stabbilit fil-punt 21 tal-imsemmi avviż, huwa dak tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0105" REF.END="QE0105"/>valur miżjud [sinjifikattiv]<QUOT.END REF.START="QS0105" CODE="201D" ID="QE0105"/>. Issa, ir-rikorrenti lanqas biss tipprova tistabbilixxi kif id-dokumenti invokati minnha kienu ffaċilitaw il-kompitu tal-Kummissjoni b’mod <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0106" REF.END="QE0106"/>sinjifikattiv<QUOT.END REF.START="QS0106" CODE="201D" ID="QE0106"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>203</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li r-rikorrenti ma pprovatx li l-konklużjoni tal-Kummissjoni mfakkra fil-punt 188 iktar ’il fuq kienet ivvizzjata minn żball manifest ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>204</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dan l-ilment għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni fir-rigward tad-dewmien li bih ir-rikorrenti pprovdiet il-provi tagħha meta mqabbla mal-impriżi kkonċernati l-oħra</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>205</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti takkuża lill-Kummissjoni li kienet ikkawżat it-tressiq tardiv tat-talba tagħha taħt il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>206</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, hija ssostni li l-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligu tagħha li tinformaha dwar l-investigazzjoni, u dan għal iktar minn sena wara li kienet informat lill-parteċipanti l-oħra kollha fl-akkordju.</TXT></NP><NP><NO.P>207</NO.P><TXT>Dwar dan il-punt, għandu jiġi enfasizzat li r-rikorrenti ma qiegħda tallega ebda ksur tad-drittijiet tad-difiża li jirriżulta minn informazzjoni allegatament tardiva dwar l-investigazzjoni. Għall-kuntrarju, hija qiegħda essenzjalment issostni li l-opportunitajiet tagħha li tikseb tnaqqis tal-ammont tal-multa minħabba l-kooperazzjoni tagħha mal-Kummissjoni kienu ġew kompromessi.</TXT></NP><NP><NO.P>208</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-ewwel miżura ta’ istruttorja indirizzata lir-rikorrenti fil-kuntest tal-investigazzjoni, jiġifieri talba għal informazzjoni, saret fid-<DATE ISO="20040729">29 ta’ Lulju 2004</DATE> (ara l-punt 10 iktar ’il fuq). Issa, Degussa kienet ressqet it-talba tagħha għal immunità fl-<DATE ISO="20021220">20 ta’ Diċembru 2002</DATE> u l-impriżi<?PAGE NO="29"?> kkonċernati l-oħra (Atofina, Barlo, u Lucite) kienu neċessarjament informati dwar l-investigazzjoni fil-<DATE ISO="20030325">25 ta’ Marzu 2003</DATE>, id-data li fiha bdew l-ispezzjonijiet fil-bini tagħhom (ara l-punt 7 iktar ’il fuq). Barra minn hekk, fit-3 ta’ April u fil-<DATE ISO="20030711">11 ta’ Lulju 2003</DATE>, Atofina u Lucite ressqu t-talbiet rispettivi tagħhom skont il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni, liema talbiet intlaqgħu (ara l-punti 8 u 28 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>209</NO.P><TXT>B’hekk, is-sitwazzjoni tar-rikorrenti hija differenti minn dik tad-destinatarji l-oħra kollha tad-deċiżjoni kkontestata li setgħu jistennew tnaqqis tal-ammont tal-multa taħt il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni minħabba li hija kienet is-suġġett tal-ewwel miżura ta’ istruttorja sittax-il xahar wara dawn l-impriżi. Issa, kif jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti (ara pereżempju l-punt 183 iktar ’il fuq), il-mument li fih titressaq talba taħt dan l-avviż jista’ jkun determinanti fir-rigward tal-perspettivi ta’ tnaqqis tal-ammont tal-multa.</TXT></NP><NP><NO.P>210</NO.P><TXT>Madankollu, għall-kuntrarju ta’ dak li tallega r-rikorrenti, din il-kunsiderazzjoni ma hijiex ta’ natura li tinvalida l-evalwazzjoni tal-utilità tal-kooperazzjoni tagħha mal-Kummissjoni u li twassal għal tnaqqis tal-ammont tal-multa għal din ir-raġuni.</TXT></NP><NP><NO.P>211</NO.P><TXT>Minn naħa, ir-rikorrenti ma tinvoka ebda dispożizzjoni legali li minnha jitnissel obbligu għall-Kummissjoni sabiex, f’dan l-istadju, tinformaha speċifikament dwar l-investigazzjoni jew sabiex timplementa miżura ta’ istruttorja fir-rigward tagħha b’tali mod, b’mod partikolari, li r-rikorrenti tkun tista’ tressaq, f’ħin xieraq, talba taħt il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>212</NO.P><TXT>Barra minn hekk, matul is-seduta, ir-rikorrenti rrikonoxxiet espliċitament, bi tweġiba għal mistoqsija mill-Qorti Ġenerali, minn naħa, li hija setgħet, bħalma setgħet kull impriża kkonċernata oħra, tressaq talba taħt il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni f’kull mument u, min-naħa l-oħra, li l-provi li jinsabu fil-proċess juru li hija setgħet tkun taf, ħafna qabel l-ewwel miżura ta’ istruttorja fir-rigward tagħha, li kienet inbdiet investigazzjoni fis-settur tal-metakrilati (ara wkoll il-punti 216 u 217 iktar ’il quddiem).</TXT></NP><NP><NO.P>213</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar b’mod partikolari li mill-Artikoli 11 u 14 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17, tas-<DATE ISO="19620216">16 ta’ Frar 1962</DATE>, l-ewwel Regolament li jimplimenta l-Artikoli [81 KE] u [82 KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 3), li kien fis-seħħ sat-<DATE ISO="20040430">30 ta’ April 2004</DATE>, u mill-Artikoli 18 sa 20 tar-Regolament Nru 1/2003, applikabbli wara dik id-data, jirriżulta li l-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0107" REF.END="QE0107"/>tista’<QUOT.END REF.START="QS0107" CODE="201D" ID="QE0107"/> timplementa miżuri ta’ istruttorja, bħalma huma t-talbiet għal informazzjoni u l-ispezzjonijiet. Kif issostni l-Kummissjoni, ma hemm ebda dispożizzjoni li tobbligaha twettaq tali miżuri simultanjament fir-rigward tal-impriżi kkonċernati kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>214</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-kawża ineżami, bi tweġiba għal mistoqsija bil-miktub mill-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni kkonfermat li, sa minn meta rċeviet ittra minn Lucite fis-<DATE ISO="20030407">7 ta’ April 2003</DATE>, jiġifieri ftit wara l-ispezzjonijiet tal-<DATE ISO="20030325">25 ta’ Marzu 2003</DATE>, hija kienet taf bil-possibbiltà li r-rikorrenti kienet implikata fil-każ. Hija indikat, madankollu, li, għall-finijiet tal-ħtiġijiet immedjati tal-investigazzjoni, hija ma kinitx ikkunsidrat li kien neċessarju li tikkuntattja lir-rikorrenti f’dak il-mument partikolari. Fil-fatt, peress li d-dipartiment kummerċjali li kien wettaq il-ksur, ICI Acrylics, kien ġie ttrasferit lil Lucite, il-Kummissjoni kkunsidrat li din l-impriża kienet fl-aħħar pożizzjoni, f’dak l-istadju, sabiex twieġeb għall-mistoqsijiet tagħha dwar l-akkordju sa fejn kellha aċċess għad-dokumenti u għall-membri tal-persunal ikkonċernati.</TXT></NP><NP><NO.P>215</NO.P><TXT>Sa fejn din l-evalwazzjoni ma ġietx ikkontestata mir-rikorrenti matul is-seduta, jidher li d-deċiżjoni li ma jsirux miżuri ta’ istruttorja fir-rigward tar-rikorrenti qabel id-<DATE ISO="20040729">29 ta’ Lulju 2004</DATE> kienet ibbażata fuq elementi oġġettivi.</TXT></NP><NP><NO.P>216</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, u fi kwalunkwe każ, bi tweġiba għal mistoqsija bil-miktub mill-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni pproduċiet żewġ dokumenti li juru li l-eżistenza tal-investigazzjoni inkwistjoni kienet magħmula pubblika mill-Kummissjoni fl-<DATE ISO="20030414">14 ta’ April 2003</DATE> u minn Lucite fis-<DATE ISO="20030617">17 ta’ Ġunju 2003</DATE>, jiġifieri qabel ma Lucite ressqet it-talba tagħha taħt il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni fil-<DATE ISO="20030711">11 ta’ Lulju 2003</DATE> u ħafna qabel ma r-rikorrenti ressqet it-talba tagħha f’dan is-sens fit-<DATE ISO="20041018">18 ta’ Ottubru 2004</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="30"?><NP><NO.P>217</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rikorrenti ma tistax issostni li kien l-aġir tal-Kummissjoni li wassal għat-tressiq tardiv tat-talba tagħha taħt il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni. Barra minn hekk, matul is-seduta, bi tweġiba għal mistoqsija mill-Qorti Ġenerali, ir-rikorrenti rrikonoxxiet, fid-dawl tad-dokumenti msemmija iktar ’il fuq, li hija setgħet tkun taf li kienet infetħet investigazzjoni. Hija għalhekk iddikjarat li l-ilmenti tagħha fir-rigward tal-Kummissjoni kienu qegħdin jiġi ffokati iktar fuq il-mod kif din tal-aħħar aġixxiet fil-kuntatti tagħha ma’ Lucite (ara l-punti 219 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. iktar ’il quddiem).</TXT></NP><NP><NO.P>218</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-argument ibbażat fuq informazzjoni allegatament tardiva dwar l-eżistenza tal-investigazzjoni għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>219</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti takkuża lill-Kummissjoni li informat lil Lucite li r-rikorrenti ma kinitx taf bl-investigazzjoni u li skoraġġiet lil Lucite milli tinformaha dwar l-investigazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>220</NO.P><TXT>Barra minn hekk, matul is-seduta, ir-rikorrenti sostniet li l-mod kif il-Kummissjoni aġixxiet fil-kuntatti tagħha ma’ Lucite, b’mod partikolari fl-ittra tagħha tat-<DATE ISO="20030508">8 ta’ Mejju 2003</DATE> indirizzata lil din l-impriża, kien jikkostitwixxi ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ ugwaljanza fit-trattament. Fil-fatt, il-Kummissjoni informat lil Lucite li r-rikorrenti kienet għadha ma ressqitx talba taħt il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni u għalhekk il-Kummissjoni ma ħallietx lill-impriżi kkonċernati f’pożizzjoni ugwali fir-rigward tal-applikazzjoni tal-avviż imsemmi. Filwaqt li tibbaża ruħha fuq is-soluzzjoni mogħtija mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza Hoechst vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 148 iktar ’il fuq, ir-rikorrenti qiegħda għalhekk titlob tnaqqis tal-ammont tal-multa minħabba ksur tal-prinċipji msemmija iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>221</NO.P><TXT>Dwar dan il-punt, għandu jiġi osservat, l-ewwel nett, li, fin-noti tagħha, ir-rikorrenti ma invokatx b’mod espliċitu l-ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ ugwaljanza fit-trattament fil-kuntest ineżami. Madankollu, hija kkritikat b’mod abbondanti l-mod kif il-Kummissjoni aġixxiet fil-kuntatti tagħha ma’ Lucite, filwaqt li sostniet b’mod partikolari li l-aġir tal-Kummissjoni kien wassal sabiex hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0108" REF.END="QE0108"/>ma [kinitx] informata dwar l-investigazzjoni b’mod li jqiegħda f’pożizzjoni ugwali bħall-parteċipanti l-oħra fl-investigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0108" CODE="201D" ID="QE0108"/> u li l-Kummissjoni kienet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0109" REF.END="QE0109"/>involviet ruħha fit-tellieqa għad-detriment [tar-rikorrenti]<QUOT.END REF.START="QS0109" CODE="201D" ID="QE0109"/>. F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li l-argument imqajjem matul is-seduta jikkostitwixxi estensjoni ta’ motiv indikat fir-rikors promotur u għandu rabta mill-qrib ma’ dan il-motiv u għalhekk għandu jiġi ddikjarat ammissibbli skont l-Artikolu 48 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-President tat-Tielet Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20011113">13 ta’ Novembru 2001</DATE>, Dürbeck vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-430/00 P" PAGE.ECR="I-8547" YEAR="2001">C-430/00 P, Ġabra p. I-8547</REF.DOC.ECR>, punt 17; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20080903">3 ta’ Settembru 2008</DATE>, Kadi u Al Barakaat International Foundation vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-402/05 P+C-415/05 P" PAGE.ECR="I-6351" YEAR="2008">C-402/05 P u C-415/05 P, Ġabra p. I-6351</REF.DOC.ECR>, punti 278 u 279, u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20020321">21 ta’ Marzu 2002</DATE>, Joynson vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-231/99" PAGE.ECR="II-2085" YEAR="2002">T-231/99, Ġabra p. II-2085</REF.DOC.ECR>, punt 156), kif sostniet ir-rikorrenti matul is-seduta. Barra minn hekk, meta ġiet mistiedna sabiex tagħmel osservazzjonijiet dwar dan il-punt, il-Kummissjoni ma qajmet ebda oġġezzjoni fir-rigward tal-ammissibbiltà ta’ dan l-argument.</TXT></NP><NP><NO.P>222</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-każijiet fejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom setgħa diskrezzjonali sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet tagħhom, l-osservanza tal-garanziji mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni fil-proċeduri amministrattivi għandha importanza iktar u iktar fundamentali. Fost dawn il-garanziji jinsab, b’mod partikolari, l-obbligu tal-istituzzjoni kompetenti li teżamina, b’attenzjoni u b’imparzjalità, l-elementi rilevanti kollha tal-każ ineżami (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="19911121">21 ta’ Novembru 1991</DATE>, Technische Universität München, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-269/90" PAGE.ECR="I-5469" YEAR="1991">C-269/90, Ġabra p. I-5469</REF.DOC.ECR>, punt 14, u tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="19920124">24 ta’ Jannar 1992</DATE>, La Cinq vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-44/90" PAGE.ECR="II-1" YEAR="1992">T-44/90, Ġabra p. II-1</REF.DOC.ECR>, punt 86), Dan l-obbligu joħroġ mill-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Volkswagen vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 53 iktar ’il fuq, punt 269, u Hoechst vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 148 iktar ’il fuq, punt 129).</TXT></NP><NP><NO.P>223</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, il-Kummissjoni ma tistax, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-kooperazzjoni pprovduta mill-impriżi, tikser dan il-prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju, li, skont ġurisprudenza stabbilita, huwa miksur meta sitwazzjonijiet komparabbli jiġu<?PAGE NO="31"?> ttrattati b’mod differenti jew meta sitwazzjonijiet differenti jiġu ttrattati b’mod identiku, sakemm dan it-trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat (ara s-sentenza Hoechst vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 148 iktar ’il fuq, punt 130, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>224</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat, fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji, l-aġir tal-Kummissjoni fil-kuntatti tagħha ma’ Lucite.</TXT></NP><NP><NO.P>225</NO.P><TXT>L-argument tar-rikorrenti dwar dan il-punt huwa bbażat fuq skambju ta’ komunikazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u Lucite matul il-proċedura amministrattiva.</TXT></NP><NP><NO.P>226</NO.P><TXT>B’hekk, permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20030407">7 ta’ April 2003</DATE>, jiġifieri ftit ġranet wara l-ispezzjoni tal-<DATE ISO="20030325">25 ta’ Marzu 2003</DATE> u qabel ressqet it-talba tagħha taħt il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni, Lucite informat lill-Kummissjoni, l-ewwel nett, li r-rikorrenti kienet il-proprjetarja tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0110" REF.END="QE0110"/>business under investigation<QUOT.END REF.START="QS0110" CODE="201D" ID="QE0110"/> matul il-parti l-kbira tal-perijodu kopert mid-deċiżjoni ta’ ispezzjoni tas-<DATE ISO="20030317">17 ta’ Marzu 2003</DATE> u sostniet li l-eventwali responsabbiltà tagħha setgħet tikkonċerna biss il-perijodu minn wara Ottubru 1999. It-tieni nett, Lucite qajmet il-kwistjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0111" REF.END="QE0111"/>jekk il-Kummissjoni [kellhiex] kuntatti ma’ ICI plc jew jekk [kinitx] qiegħda tipproponi li tagħmel dan fil-kuntest tal-investigazzjoni tagħha<QUOT.END REF.START="QS0111" CODE="201D" ID="QE0111"/>. Hija ppreċiżat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0112" REF.END="QE0112"/>[j]ekk dan ma jkunx il-każ, [hija kienet ser] titlob konferma mingħand il-Kummissjoni dwar il-kwistjoni ta’ jekk kellhiex xi oġġezzjoni li [hija] tikkuntattja lil ICI plc u, meta jkun il-mument opportun, tagħtiha aċċess għall-impjegati tagħha u għad-dokumenti li jikkonċernaw lil ICI Acrylics bil-għan li tkun tista’ tipprepera d-difiża tagħha<QUOT.END REF.START="QS0112" CODE="201D" ID="QE0112"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>227</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20030508">8 ta’ Mejju 2003</DATE>, il-kap tad-diviżjoni responsabbli għall-każ wieġeb kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0113" REF.END="QE0113"/>[...] Nixtieq ninformak li aħna ma aħniex qegħdin nieħdu pożizzjoni dwar il-kwistjoni ta’ jekk Lucite għandhiex tikkuntattja lil ICI plc. Nixtieq iżda niġbidlek l-attenzjoni għall-fatt li f’dan il-każ diġà ngħatat immunità kundizzjonali u li għalhekk kumpanniji oħra li huma involuti fil-proċedura jistgħu jitolbu klemenza biss fuq il-bażi tal-Avviż [dwar il-kooperazzjoni]. Barra minn hekk, il-klemenza tista’ tingħata lil impriża partikolari waħda biss. Għaldaqstant, ma huwiex possibbli li titressaq talba konġunta għal klemenza minn tnejn jew tliet kumpanniji [...]<QUOT.END REF.START="QS0113" CODE="201D" ID="QE0113"/>.</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>228</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, l-ittra tal-Kummissjoni msemmija iktar ’il fuq informat lil Lucite li r-rikorrenti ma kinitx taf bl-investigazzjoni. Barra minn hekk, hija ssostni li Lucite, mill-ittra u minn kuntatti orali sussegwenti, ingħatat x’tifhem li l-Kummissjoni kienet qiegħda twissiha sabiex ma tikkuntattjax lir-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>229</NO.P><TXT>Insostenn ta’ din l-interpretazzjoni, ir-rikorrenti tqajjem ukoll numru ta’ noti ulterjuri ta’ Lucite, ippreparati wara li din tal-aħħar ressqet it-talba tagħha taħt il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni, fil-<DATE ISO="20030711">11 ta’ Lulju 2003</DATE>, u wara li r-rikorrenti kienet ġiet formalment informata mill-Kummissjoni dwar l-eżistenza tal-investigazzjoni, permezz tat-talba għal informazzjoni tad-<DATE ISO="20040729">29 ta’ Lulju 2004</DATE> (ara l-punt 10 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>230</NO.P><TXT>B’hekk, f’ittra elettronika tat-<DATE ISO="20040812">12 ta’ Awwissu 2004</DATE> indirizzata lir-rikorrenti, l-avukat ta’ Lucite indika b’mod partikolari: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0114" REF.END="QE0114"/>Kif indikajt matul il-laqgħa tagħna, kien hemm numru ta’ osservazzjonijiet ifformulati matul l-investigazzjoni li minnhom jirriżulta li l-Kummissjoni ma xtaqitx li Lucite tiddiskuti l-affari ma’ ICI<QUOT.END REF.START="QS0114" CODE="201D" ID="QE0114"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>231</NO.P><TXT>Bl-istess mod, ir-rikorrenti tibbaża ruħha fuq ittra elettronika tat-<DATE ISO="20040903">3 ta’ Settembru 2004</DATE>, indirizzata mill-avukat ta’ Lucite lill-amministratur tal-Kummissjoni responsabbli għall-każ, fejn l-avukat indika li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0115" REF.END="QE0115"/>ICI [kienet] talbet mingħand Lucite numru ta’ dokumenti kif ukoll l-assistenza tagħha, assistenza li Lucite ma [kinitx] kuntrattwalment marbuta li tagħti<QUOT.END REF.START="QS0115" CODE="201D" ID="QE0115"/>. Barra minn hekk, Lucite ippreċiżat li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0116" REF.END="QE0116"/>[kienet] eżitanti sabiex tilqa’ tali talbiet mingħajr konferma bil-miktub dwar il-pożizzjoni tal-Kummissjoni, b’mod partikolari fid-dawl tat-talba [tagħha] għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa<QUOT.END REF.START="QS0116" CODE="201D" ID="QE0116"/> u li dan kien <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0117" REF.END="QE0117"/>dovut parzjalment għall-impressjoni li [hija] kienet ħadet fuq il-bażi tal-konverżazzjonijiet<?PAGE NO="32"?> telefoniċi u kuntatti preċedenti mal-Kummissjoni fis-sens li din tal-aħħar ma kinitx ikkuntattjat lil ICI u ma xtaqitx li [hija stess] tikkuntattjaha (minkejja li l-Kummissjoni kienet formalment indikat, fl-ittra tagħha tat-<DATE ISO="20030508">8 ta’ Mejju 2003</DATE>, li hija ma kinitx qiegħda tieħu pożizzjoni dwar din il-kwistjoni)<QUOT.END REF.START="QS0117" CODE="201D" ID="QE0117"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>232</NO.P><TXT>F’ittra tas-<DATE ISO="20040907">7 ta’ Settembru 2004</DATE> indirizzata lil Lucite, il-Kummissjoni indikat li hija ma kellha ebda oġġezzjoni li Lucite tagħti aċċess lir-rikorrenti għall-persunal tagħha u għad-dokumenti tagħha. Fl-istess ħin, hija kkontestat b’mod mill-iktar qawwi li hija kienet tat xi tip ta’ istruzzjoni lil Lucite fir-rigward tal-kuntatti mar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>233</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, b’reazzjoni għal din l-ittra tal-aħħar, f’ittra tas-<DATE ISO="20040907">7 ta’ Settembru 2004</DATE> indirizzata lill-Kummissjoni, Lucite, l-ewwel nett, fakkret il-kontenut tal-ittra tal-Kummissjoni tat-<DATE ISO="20030508">8 ta’ Mejju 2003</DATE> u, it-tieni nett, indikat dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0118" REF.END="QE0118"/>Matul konverżazzjonijiet telefoniċi u skambji ta’ komunikazzjonijiet bil-miktub mal-Kummissjoni (li nistgħu nindikawlek fid-dettall jekk ikun neċessarju) kien ċar għal Lucite li l-Kummissjoni kienet iddeċidiet li ICI plc ma tiġix ikkuntattjata għalissa.</P><P>Fid-dawl ta’ dawn il-fatturi u fl-ispirtu ta’ kooperazzjoni kompleta u sistematika fil-kuntest tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni taħt l-Avviż [dwar il-kooperazzjoni], Lucite ikkonkludiet — konklużjoni li, fil-fehma tagħna, kienet konklużjoni sostanzjalment konformi — li l-Kummissjoni ma ħaditx pożizzjoni favorevoli fir-rigward tal-possibbiltà li Lucite tikkuntattja lil ICI plc fil-kuntest tal-investigazzjoni inkwistjoni, u dan minkejja li, kif enfasizzajt fl-ittra tiegħek tal-lum, il-Kummissjoni ma ħarġitx <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0119" REF.END="QE0119"/>istruzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0119" CODE="2019" ID="QE0119"/> formali dwar din il-kwistjoni.<QUOT.END REF.START="QS0118" CODE="201D" ID="QE0118"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>234</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni r-rikorrenti (ara l-punt 220 iktar ’il fuq), l-iskambji msemmija, u b’mod partikolari l-ittra tal-Kummissjoni tat-<DATE ISO="20030508">8 ta’ Mejju 2003</DATE>, ma jippermettux li jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni aġixxiet bi ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba jew ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP><NP><NO.P>235</NO.P><TXT>B’mod partikolari, minn dawn l-iskambji jirriżulta b’mod ċar, kif issostni ġustament il-Kummissjoni, li hija ma tat ebda istruzzjoni formali lil Lucite, fir-rigward tal-opportunità li tikkuntattja lir-rikorrenti dwar l-investigazzjoni. Fil-fatt, fl-ittra tat-<DATE ISO="20030508">8 ta’ Mejju 2003</DATE>, il-Kummissjoni espliċitament iddikjarat li hija ma kinitx qiegħda tieħu pożizzjoni dwar din il-kwistjoni. Barra minn hekk, fin-noti tagħha, Lucite stess tammetti li l-Kummissjoni ma tatx tali istruzzjoni u tirreferi biss għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0120" REF.END="QE0120"/>impressjoni<QUOT.END REF.START="QS0120" CODE="201D" ID="QE0120"/> tagħha li l-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0121" REF.END="QE0121"/>ma ħaditx pożizzjoni favorevoli fir-rigward tal-possibbiltà li Lucite tikkuntattja [lir-rikorrenti]<QUOT.END REF.START="QS0121" CODE="201D" ID="QE0121"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>236</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-riferiment ġenerali li Lucite tagħmel għall-konverżazzjonijiet telefoniċi u għal kuntatti oħra mal-Kummissjoni (ara l-punti 231 u 233 iktar ’il fuq), ma huwiex biżżejjed sabiex jiġi stabbilit, fid-dawl tal-kontestazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni (ara l-punt 232 iktar ’il fuq) u fin-nuqqas ta’ provi oħra, li effettivament kienu ngħatawlha tali istruzzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>237</NO.P><TXT>Bl-istess mod, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni r-rikorrenti, il-Kummissjoni ma indikatx lil Lucite jekk hija kinitx diġà kkuntattjat lir-rikorrenti dwar l-investigazzjoni jew jekk ir-rikorrenti kinitx diġà ressqet talba taħt il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>238</NO.P><TXT>Huma minnu li l-formulazzjoni tal-ittra tat-<DATE ISO="20030508">8 ta’ Mejju 2003</DATE> setgħet raġonevolment tinftiehem minn Lucite fis-sens li ma kienx fl-interess tagħha li din tikkuntattja lir-rikorrenti dwar l-investigazzjoni sabiex tagħtiha aċċess għall-impjegati tagħha u għad-dokumenti dwar ICI Acrylics bil-għan li r-rikorrenti tkun tista’ tipprepara d-difiża tagħha. Fil-fatt, il-Kummissjoni ma ddikjaratx sempliċement li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0122" REF.END="QE0122"/>ma kinitx qiegħda tieħu pożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0122" CODE="201D" ID="QE0122"/> dwar din il-kwistjoni, iżda kompliet l-ittra tagħha billi indikat, essenzjalment, il-kundizzjonijiet li fihom Lucite setgħet tibbenefika minn tnaqqis tal-ammont tal-multa, filwaqt li enfasizzat li l-klemenza setgħet tingħata biss lil impriża partikolari waħda biss. Fuq din il-bażi, Lucite setgħet tassumi wkoll li r-rikorrenti, f’dak l-istadju, ma kinitx informata dwar l-eżistenza tal-investigazzjoni u ma kinitx ressqet talba għal klemenza.</TXT></NP><?PAGE NO="33"?><NP><NO.P>239</NO.P><TXT>Barra minn hekk, in-noti ulterjuri ta’ Lucite (ara l-punti 230, 231 u 233 iktar ’il fuq) jikkonfermaw b’mod ċar li dan kien effettivament il-mod kif hija fehmet il-pożizzjoni tal-Kummissjoni, espressa fl-ittra tagħha tat-<DATE ISO="20030508">8 ta’ Mejju 2003</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>240</NO.P><TXT>Madankollu, dawn il-kunsiderazzjonijiet ma jippermettux li jiġi konkluż li kien hemm ksur tal-prinċipji mqajma mir-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>241</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-rikorrenti ma tikkontestax l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni, magħmula fl-ittra tagħha tat-<DATE ISO="20030508">8 ta’ Mejju 2003</DATE>, fis-sens li l-klemenza setgħet tingħata biss lil impriża partikolari waħda biss u li għalhekk ma kienx possibbli li titressaq talba konġunta għal klemenza minn żewġ kumpanniji. Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li, f’din l-ittra, il-Kummissjoni sempliċement tindika lil Lucite il-modalitajiet ta’ applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>242</NO.P><TXT>Issa, fid-dawl tal-formulazzjoni tal-avviż imsemmi, Lucite kien imissha kellha hija stess dubji dwar jekk il-fatt li tikkuntattja lir-rikorrenti setax ikun ta’ natura li jinfluwenza negattivament l-opportunitajiet tagħha li tikseb tnaqqis tal-ammont tal-multa. Barra minn hekk, dan joħroġ mill-ittra tagħha tas-<DATE ISO="20030407">7 ta’ April 2003</DATE> (ara l-punt 226 iktar ’il fuq) fejn titlob preċiżament il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni. Bl-istess mod, fid-dawl tal-loġika inerenti għall-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni, li jinkoraġġixxi lil kull impriża sabiex tikkoopera mal-Kummissjoni qabel l-impriżi kkonċernati l-oħra, Lucite kien imissha, fi kwalunkwe każ, hija u tanalizza l-istrateġija tagħha fil-kuntest tal-investigazzjoni, telqet mill-ipoteżi li r-rikorrenti kienet il-kompetitriċi potenzjali tagħha fit-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0123" REF.END="QE0123"/>tellieqa<QUOT.END REF.START="QS0123" CODE="201D" ID="QE0123"/> għall-klemenza.</TXT></NP><NP><NO.P>243</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi sostnut li, permezz tal-kuntatti msemmija iktar ’il fuq ma’ Lucite, il-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0124" REF.END="QE0124"/>involviet ruħha fit-tellieqa għad-detriment [tar-rikorrenti]<QUOT.END REF.START="QS0124" CODE="201D" ID="QE0124"/>, kif issostni din tal-aħħar (ara l-punt 221 iktar ’il fuq). Fil-fatt, fid-dawl tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni, Lucite seta’ raġonevolment ikollha konoxxenza tal-informazzjoni li ngħatatilha.</TXT></NP><NP><NO.P>244</NO.P><TXT>B’hekk, id-deċiżjoni ta’ Lucite li ma tikkuntattjax lir-rikorrenti dwar l-investigazzjoni għandha titqies bħala r-riżultat tal-perspettiva li kellha hija stess fir-rigward tal-interess tagħha fid-dawl tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni. Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li d-deċiżjoni ta’ Lucite kienet tkun differenti biss li kieku l-Kummissjoni kienet espliċitament awtorizzatha sabiex tikkuntattja lir-rikorrenti filwaqt li tiggarantilha li dan ma kienx ser ikollu impatt fuq l-opportunitajiet tagħha minħabba kooperazzjoni. Madankollu, ir-rikorrenti ma hijiex qiegħda tallega li l-Kummissjoni kienet obbligata tipprovdi lil Lucite tali garanziji, fid-dawl tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ ugwaljanza fit-trattament invokati minnha jew, barra minn hekk, fid-dawl tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>245</NO.P><TXT>B’hekk, iċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża huma b’mod ċar differenti minn dawk fil-kawża li wasslet għas-sentenza Hoechst vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 148 iktar ’il fuq, invokata mir-rikorrenti, fejn il-ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ ugwaljanza fit-trattament kien jirriżulta minn kummenti li kienu jiddiskriminaw b’mod ċar lill-kumpannija kkonċernata fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Hoechst vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 148 iktar ’il fuq, punt 136). Kif jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ma huwiex stabbilit li kien hemm tali sitwazzjoni fil-kawża ineżami.</TXT></NP><NP><NO.P>246</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-argument tar-rikorrenti bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ ugwaljanza fit-trattament għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>247</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti ma tistax tinvoka effettivament l-aġir tal-Kummissjoni fil-kuntatti tagħha ma’ Lucite sabiex tikkontesta l-applikazzjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni fir-rigward tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>248</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi osservat, minn naħa, li l-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni hija bbażata fuq evalwazzjoni tal-utilità oġġettiva tal-provi kkomunikati fir-rigward tal-iskoperta u tal-konstatazzjoni tal-ksur, u min-naħa l-oħra, li din il-komunikazzjoni hija intiża li tinkoraġġixxi<?PAGE NO="34"?> lill-membri ta’ kartelli sabiex jikkooperaw mal-Kummissjoni minn rajhom. Issa, il-Kummissjoni ma tistax titqies li hija responsabbli la għall-portata limitata tal-kooperazzjoni tar-rikorrenti u lanqas għan-natura tardiva tal-kooperazzjoni tagħha. Għall-kuntrarju, dawn l-elementi huma imputabbli lir-rikorrenti stess, kif jirriżulta mill-proċess, u, jekk ikun il-każ, lis-sitwazzjoni fattwali oġġettiva li fiha kienet tinsab minħabba t-trasferiment ta’ ICI Acrylics lil Lucite. B’mod partikolari, għandu jitfakkar li r-rikorrenti tirrikonoxxi li hija setgħet tkun taf bl-investigazzjoni minn tal-inqas mill-<DATE ISO="20030414">14 ta’ April 2003</DATE> (ara l-punti 212, 216 u 217 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>249</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma huwiex stabbilit li d-deċiżjoni kkontestata kien ikollha kontenut differenti dwar dan il-punt li kieku l-Kummissjoni, fl-ittra tagħha tat-<DATE ISO="20030508">8 ta’ Mejju 2003</DATE>, kienet sempliċement astjeniet milli tieħu pożizzjoni dwar it-talba ta’ Lucite. Għandu jitfakkar, b’mod partikolari, li r-rikorrenti ma tikkontestax l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni magħmula fl-ittra tagħha tat-<DATE ISO="20030508">8 ta’ Mejju 2003</DATE>, fis-sens li, fi kwalunkwe każ, ma kienx possibbli li titressaq talba konġunta f’dan ir-rigward mir-rikorrenti u minn Lucite.</TXT></NP><NP><NO.P>250</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ewwel parti tal-motiv għandha tiġi miċħuda sa fejn hija intiża li tissostanzja t-talba għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni parti tal-motiv, dwar ir-rifjut li jiġi rrikonoxxut il-mertu tal-kooperazzjoni tar-rikorrenti lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni</P></TI></TITLE><NP><NO.P>251</NO.P><TXT>Sussidjarjament, ir-rikorrenti tallega li għandha dritt għal tnaqqis tal-ammont tal-multa lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni, u dan minħabba l-kooperazzjoni volontarja kunsiderevoli min-naħa tagħha matul l-investigazzjoni. Ir-rikorrenti tqis li hija kkontribwixxiet b’kooperazzjoni effettiva u utli meta pprovdiet informazzjoni li tmur lil hinn minn dak li l-Kummissjoni kienet talbet skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1/2003, bħalma huma b’mod partikolari l-provi inkriminanti msemmija fid-deċiżjoni kkontestata fil-konfront tagħha fir-rigward tal-folji solidi tal-PMMA.</TXT></NP><NP><NO.P>252</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fis-sitt inċiż tal-punt 3 tal-Linji gwida, il-Kummissjoni tidentifika ċirkustanza attenwanti dwar il-kollaborazzjoni effettiva tal-impriża fil-proċedura, lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>253</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fil-premessa 392 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonstatat li hija kienet eżaminat, taħt id-dispożizzjoni msemmija, jekk il-kooperazzjoni ta’ waħda mill-impriżi kkonċernati kinitx ippermettitilha li tikkonstata l-eżistenza tal-ksur b’inqas diffikultà. Fil-premessa 393 tad-deċiżjoni kkontestata, hija tipprovdi li, fid-dawl tal-portata u tal-valur ferm limitati tal-kooperazzjoni tagħhom u fid-dawl tal-kontestazzjoni tagħhom tal-fatti apparti din il-kooperazzjoni limitata, ma kien hemm ebda ċirkustanza oħra li kienet twassal għal tnaqqis tal-ammonti tal-multi lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni, tnaqqis li fi kwalunkwe każ, fil-każijiet dwar akkordji sigrieti, jista’ jkun biss ta’ natura eċċezzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>254</NO.P><TXT>Dwar dan il-punt tal-aħħar, il-Kummissjoni ċċitat id-deċiżjoni tagħha C (2005) 4012 finali, tal-<DATE ISO="20051020">20 ta’ Ottubru 2005</DATE>, dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) [KE] (Każ COMP/C.38.281/B.2 — Tabakk mhux immanifatturat — l-Italja), fejn hija rtirat l-immunità kundizzjonali mogħtija lil impriża minħabba li din kienet sussegwentement naqset milli twettaq l-obbligu ta’ kooperazzjoni tagħha taħt il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni. Il-Kummissjoni kienet xorta waħda tat lil din l-impriża tnaqqis tal-ammont tal-multa minħabba ċirkustanzi attenwanti fis-sens tal-Linji gwida sabiex tieħu inkunsiderazzjoni l-kontribuzzjoni sostanzjali li din l-impriża kienet tat lill-investigazzjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>255</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward b’mod speċifiku tar-rikorrenti, il-Kummissjoni sostniet ukoll, fil-premessa 419 tad-deċiżjoni kkontestata, li r-rikorrenti ma kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex tirċievi tnaqqis tal-ammont tal-multa minħabba l-kooperazzjoni lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="35"?><NP><NO.P>256</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni hija żbaljata sa fejn limitat il-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-ammont tal-multa lil hinn mill-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0125" REF.END="QE0125"/>ċirkustanzi eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0125" CODE="201D" ID="QE0125"/> (premessa 393 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>257</NO.P><TXT>Dan l-argument għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>258</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-applikazzjoni tas-sitt inċiż tal-punt 3 tal-Linji gwida ma jistax ikollha l-konsegwenza li ċċaħħad il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni mill-effettività tagħha. Issa, mill-imsemmija komunikazzjoni jirriżulta b’mod ċar li din il-komunikazzjoni tiddefinixxi l-qafas li fil-kuntest tagħha jistgħu jiġu kkumpensati, minħabba l-kooperazzjoni tagħhom mal-investigazzjoni tal-Kummissjoni, l-impriżi li huma jew li kienu msieħba f’akkordji sigrieti b’impatt fuq l-Unjoni. Minn dan isegwi li, bħala prinċipju, l-impriżi jistgħu jiksbu tnaqqis tal-ammont tal-multa minħabba l-kooperazzjoni tagħhom biss meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti f’dan l-avviż.</TXT></NP><NP><NO.P>259</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li r-rikorrenti effettivament ressqet talba taħt il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni u li l-kooperazzjoni tagħha kienet taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-avviż għalkemm tqieset insuffiċjenti sabiex jiġi ġġustifikat l-għoti ta’ tnaqqis tal-ammont tal-multa. Għaldaqstant, din il-kawża hija nettament differenti mill-kawża li wasslet għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-<DATE ISO="20030709">9 ta’ Lulju 2003</DATE>, Archer Daniels Midland u Archer Daniels Midland Ingredients vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-224/00" PAGE.ECR="II-2597" YEAR="2003">T-224/00, Ġabra p. II-2597</REF.DOC.ECR>), invokata mir-rikorrenti. Fil-fatt, f’din il-kawża tal-aħħar, l-impriża kkonċernata pprovdiet lill-Kummissjoni informazzjoni dwar atti li fir-rigward tagħhom, fi kwalunkwe każ, hija ma setgħetx tevita multa u li għalhekk, skont il-Qorti Ġenerali, ma kinux jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni. Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-impriża msemmija kien xorta waħda jistħoqqilha tnaqqis tal-ammont tal-multa taħt is-sitt inċiż tal-punt 3 tal-Linji gwida, u dan fid-dawl tal-fatt, b’mod partikolari, li l-kooperazzjoni tagħha kienet ippermettiet lill-Kummissjoni tistabbilixxi tul itwal għall-ksur (sentenza Archer Daniels Midland u Archer Daniels Midland Ingredients vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punti 294 sa 298, 306 u 311). Għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni r-rikorrenti, il-Qorti Ġenerali, f’dik is-sentenza, ma aċċettatx li l-kooperazzjoni ta’ impriża tista’ tkun ikkumpensata anki jekk ma tissodisfax il-kriterju tal-valur miżjud sinjifikattiv fis-sens tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>260</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi miċħud ukoll l-argument tar-rikorrenti fis-sens li, essenzjalment, tnaqqis tal-ammont tal-multa jkun iġġustifikat għas-sempliċi raġuni li impriża tikkomunika informazzjoni li tmur lil hinn minn dik li l-Kummissjoni tkun talbet il-produzzjoni tagħha taħt l-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1/2003, bħalma huma b’mod partikolari provi inkriminanti.</TXT></NP><NP><NO.P>261</NO.P><TXT>Huwa minnu li ġie deċiż li l-kollaborazzjoni ta’ impriża fl-investigazzjoni ma tagħti ebda dritt għal xi tnaqqis tal-ammont tal-multa meta din il-kollaborazzjoni ma tkunx marret lil hinn minn dak li jirriżulta mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1/2003 (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="19920310">10 ta’ Marzu 1992</DATE>, Solvay vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-12/89" PAGE.ECR="II-907" YEAR="1992">T-12/89, Ġabra p. II-907</REF.DOC.ECR>, punti 341 u 342, u Groupe Danone vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 61 iktar ’il fuq, punt 451). Madankollu, dan ma jfissirx neċessarjament li raġunament bil-maqlub huwa wkoll minnu. Fil-fatt, anki provi inkriminanti jistgħu jkunu ta’ utilità limitata għall-Kummissjoni, b’mod partikolari meta mqabbla mal-kontribuzzjonijiet preċedenti minn impriżi oħra. Issa, l-utilità ta’ informazzjoni tikkostitwixxi l-element determinanti fil-kuntest tal-evalwazzjoni tat-talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa minħabba l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni (ara l-ġurisprudenza msemmija fil-punti 181 sa 183 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>262</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Kummissjoni ġustament ikkunsidrat li s-sitt inċiż tal-punt 3 tal-Linji gwida kellha tkun fuq bażi eċċezzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>263</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li, fi kwalunkwe każ, il-kriterju taċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0126" REF.END="QE0126"/>ċirkustanzi eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0126" CODE="201D" ID="QE0126"/> kien sodisfatt fil-każ ineżami. Hija tippreċiża li hija applikat sforzi kunsiderevoli sabiex tippreżenta dokumenti ta’ attwalità, li sussegwentement ġew iċċitati fid-deċiżjoni kkontestata, u dan minkejja li<?PAGE NO="36"?> hija kienet ittrasferiet ICI Acrylics ħames snin qabel il-ftuħ tal-investigazzjoni, minkejja li ma kellha konoxxenza ta’ ebda wieħed mill-fatti inkwistjoni u kienet tħalliet barra mill-investigazzjoni sa stadju tardiv tagħha u li hija kienet tqiegħdet f’pożizzjoni sfavorevoli fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0127" REF.END="QE0127"/>mingħajr raġuni leġittima<QUOT.END REF.START="QS0127" CODE="201D" ID="QE0127"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>264</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, kif jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-rikorrenti ma rribattietx l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni fis-sens li, minn total ta’ 168 dokument mibgħuta lilha mir-rikorrenti, uħud minnhom kienu utli biss fir-rigward ta’ informazzjoni ġenerali, pereżempju fuq ċerti aspetti tal-implementazzjoni tal-akkordju, filwaqt li ebda wieħed minnhom ma ppermetta lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-fatti, fid-dawl tal-informazzjoni li kellha diġà fil-pussess tagħha (premessa 419 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP><NP><NO.P>265</NO.P><TXT>It-tweġiba għall-kwistjoni ta’ jekk iċ-ċirkustanzi ineżami humiex tant <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0128" REF.END="QE0128"/>eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0128" CODE="201D" ID="QE0128"/> li jiġġustifikaw tnaqqis tal-ammont tal-multa lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni ma tistax tinjora l-kwalità u l-utilità oġġettiva tal-informazzjoni mibgħuta għall-finijiet tal-investigazzjoni (ara, f’dan is-sens, il-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 181 sa 183 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>266</NO.P><TXT>Issa, mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-utilità tal-informazzjoni pprovduta mir-rikorrenti kienet limitata ħafna sa fejn, b’mod partikolari, ma ppermettietx lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-eżistenza, il-portata jew it-tul tal-ksur (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza Archer Daniels Midland u Archer Daniels Midland Ingredients vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 259 iktar ’il fuq, punti 302 u 311).</TXT></NP><NP><NO.P>267</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-provi invokati mir-rikorrenti u msemmija fil-punt 263 iktar ’il fuq ma jistgħux jiġġustifikaw tnaqqis tal-ammont tal-multa minħabba l-kooperazzjoni tagħha mal-Kummissjoni. Barra minn hekk, għandu jitfakkar li r-rikorrenti ma għandhiex raġun meta ssostni li t-tressiq tardiv tat-talba tagħha taħt il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni seta’ jiġi imputat lill-aġir tal-Kummissjoni (ara l-punti 212, 216 u 217 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>268</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi eżaminat l-argument tar-rikorrenti fis-sens li, meta rrifjutat li tieħu inkunsiderazzjoni l-kooperazzjoni tagħha, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament minħabba li ttrattat lir-rikorrenti bl-istess mod bħall-parteċipanti fl-akkordju li ma kinux ikkooperaw minkejja li r-rikorrenti u dawn tal-aħħar ma kinux jinsabu f’sitwazzjonijiet analogi.</TXT></NP><NP><NO.P>269</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-kooperazzjoni mogħtija minn impriżi, il-Kummissjoni ma tistax tikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament (sentenza Archer Daniels Midland u Archer Daniels Midland Ingredients vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 259 iktar ’il fuq, punt 308 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>270</NO.P><TXT>Dan il-prinċipju jeżiġi li sitwazzjoni komparabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati b’mod ugwali, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20070911">11 ta’ Settembru 2007</DATE>, Lindorfer vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-227/04 P" PAGE.ECR="I-6767" YEAR="2007">C-227/04 P, Ġabra p. I-6767</REF.DOC.ECR>, punt 63, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>271</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ma tistabbilixxix ksur ta’ dan il-prinċipju fil-kawża ineżami.</TXT></NP><NP><NO.P>272</NO.P><TXT>Minn naħa, ir-rikorrenti ma tirribattix l-affermazzjoni tal-Kummissjoni fis-sens li l-Kummissjoni ttrattat lir-rikorrenti bl-istess mod bħall-parteċipanti l-oħra kollha fl-akkordju li ressqu talba taħt il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni, filwaqt li evalwat il-provi pprovduti minn kull waħda minn dawn il-parteċipanti.</TXT></NP><NP><NO.P>273</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti ma tistabbilixxix li hija kienet tinsab f’sitwazzjoni differenti minn dik ta’ Barlo, jiġifieri l-unika destinatarja tad-deċiżjoni kkontestata li ma ressqitx tali talba, u li, bħar-rikorrenti, ma ngħatatx tnaqqis tal-ammont tal-multa minħabba l-kooperazzjoni<?PAGE NO="37"?> mal-Kummissjoni. Għall-kuntrarju, mill-proċess jirriżulta li, l-istess bħal Barlo, ir-rikorrenti ma pprovdietx informazzjoni li l-utilità tagħha kienet tiġġustifika tnaqqis tal-ammont tal-multa. Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti kienet tinsab f’sitwazzjoni komparabbli għal dik ta’ Barlo, fid-dawl tal-għan segwit mit-tnaqqis tal-ammont tal-multa li r-rikorrenti qiegħda tippretendi fil-kuntest ta’ dan il-motiv, u li r-rikorrenti ngħatat, f’dan ir-rigward, l-istess trattament.</TXT></NP><NP><NO.P>274</NO.P><TXT>Barra minn hekk, u għal kwalunkwe utilità li din il-kunsiderazzjoni jista’ jkollha, mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20111130">30 ta’ Novembru 2011</DATE>, Quinn Barlo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-208/06" PAGE.ECR="II-7953" YEAR="2011">T-208/06, Ġabra p. II-7953</REF.DOC.ECR>, punt 274), jirriżulta li Barlo wkoll ikkooperat, sa ċertu punt, mal-Kummissjoni, mingħajr ma din il-kooperazzjoni kienet iġġustifikat tnaqqis tal-ammont tal-multa.</TXT></NP><NP><NO.P>275</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-tieni parti tal-motiv għandha tiġi miċħuda sa fejn hija intiża li tissostanzja t-talba għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>276</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għar-raġunijiet preċedenti, l-argumenti mressqa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-ħames motiv ma jippermettux li jiġi ġġustifikat tnaqqis tal-ammont tal-multa minħabba l-kooperazzjoni tagħha mal-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>277</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-ħames motiv għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sitt motiv, imqajjem matul is-seduta bis-saħħa tal-ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti Ġenerali, ibbażat fuq it-tul eċċessiv tal-proċedura</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>278</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li t-tul tal-proċedura amministrattiva u tal-proċedura ġudizzjarja, meta kkunsidrati flimkien, jeċċeddi żmien raġonevoli, bi ksur tad-drittijiet fundamentali tagħha kif stabbiliti b’mod partikolari fl-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>. Fil-fatt, hija tosserva li l-ewwel miżura adottata fil-konfront tagħha fil-kuntest ta’ din l-affari tmur lura għad-<DATE ISO="20040729">29 ta’ Lulju 2004</DATE> u li, meta nżammet is-seduta, fit-<DATE ISO="20111108">8 ta’ Novembru 2011</DATE>, hija kienet għadha qiegħda tistenna s-sentenza tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>279</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti tikkritika speċifikament it-tul tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali bejn l-għeluq tal-proċedura bil-miktub u d-deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura orali. Hija ssostni li ma taf b’ebda ċirkustanza li tista’ tiġġustifika dan it-tul.</TXT></NP><NP><NO.P>280</NO.P><TXT>Għaldaqstant, filwaqt li tibbaża ruħha fuq is-sentenza Baustahlgewebe vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 53 iktar ’il fuq, u fuq il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott inkonnessjoni mas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE>, Solvay vs Il-Kummissjoni (C-109/10 P), u Solvay vs Il-Kummissjoni (C-110/10 P), Ġabra p. I-10329 u Ġabra p. I-10439 rispettivament, ir-rikorrenti ssostni li t-tul eċċessiv tal-proċedura kellu jwassal għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li kienet imposta fuqha fid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>281</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li jeżistu ċirkustanzi li jistgħu jiġġustifikaw it-tul tal-proċedura. Fi kwalunkwe każ, hija tenfasizza l-fatt li dan il-motiv ma jistax jiġi indirizzat kontra d-deċiżjoni kkontestata u li t-tul tal-proċedura amministrattiva ma jistax jitqies bħala eċċessiv. Barra minn hekk, hija tosserva li l-argumenti tar-rikorrenti ma humiex ċari.</TXT></NP><NP><NO.P>282</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, għandu jitfakkar li l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali jipprovdi li kull persuna hija intitolata għal smigħ imparzjali, pubbliku u fi żmien raġonevoli, minn qorti indipendenti u imparzjali, stabbilita bil-liġi, li għandha tiddeċiedi jew dwar kontestazzjonijiet li jikkonċernaw id-drittijiet u l-obbligi ċivili tagħha jew dwar il-fondatezza ta’ kull akkuża kriminali kontra tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="38"?><NP><NO.P>283</NO.P><TXT>Bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, tali dritt japplika fil-kuntest ta’ azzjoni ġudizzjarja kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, dan id-dritt ġie kkonfermat fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ipproklamata fis-<DATE ISO="20001207">7 ta’ Diċembru 2000</DATE> f’Nice (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="364" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2000">ĠU C 364, p. 1</REF.DOC.OJ>), li jikkonċerna l-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, Der Grüne Punkt — Duales System Deutschland vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-385/07 P" PAGE.ECR="I-6155" YEAR="2009">C-385/07 P, Ġabra p. I-6155</REF.DOC.ECR>, punti 178 u 179, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>284</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipju ta’ żmien raġonevoli japplika wkoll fil-kuntest tal-proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni quddiem il-Kummissjoni (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20060921">21 ta’ Settembru 2006</DATE>, Nederlandse Federatieve Vereniging voor de Groothandel op Elektrotechnisch Gebied vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-105/04 P" PAGE.ECR="I-8725" YEAR="2006">C-105/04 P, Ġabra p. I-8725</REF.DOC.ECR>, punt 35, u l-ġurisprudenza ċċitata). Bħala tali, dan il-prinċipju ġie kkonfermat fl-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jipprovdi li kull persuna għandha d-dritt li dak kollu li jirrigwardaha jiġi ttrattat b’mod imparzjali u ġust u fi żmien raġonevoli mill-istituzzjonijiet, mill-korpi u mill-organi tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>285</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Artikolu 41(1) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jistqarru darbtejn l-istess prinċipju ta’ natura proċedurali, jiġifieri dak li l-individwi jistgħu jistennew li deċiżjoni tiġi adottata fi żmien raġonevoli.</TXT></NP><NP><NO.P>286</NO.P><TXT>Fil-kawża ineżami, filwaqt li ssostni l-ksur ta’ dan il-prinċipju, ir-rikorrenti ma tallegax li t-tul tal-proċedura kellu xi tip ta’ impatt fuq il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata jew li dan it-tul jista’ jaffettwa s-soluzzjoni ta’ din il-kawża. B’mod partikolari, hija ma tallegax li dan it-tul kellu xi tip ta’ effett fuq il-possibbiltajiet tagħha sabiex tipprepara d-difiża tagħha, la waqt il-proċedura amministrattiva u lanqas matul il-proċedura ġudizzjarja. Barra minn hekk, hija lanqas ma qiegħda titlob l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata minħabba l-ksur allegat.</TXT></NP><NP><NO.P>287</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, ir-rikorrenti qiegħda titlob lill-Qorti Ġenerali sabiex tieħu inkunsiderazzjoni t-tul eċċessiv tal-proċedura għall-finijiet tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha u sabiex tnaqqas l-ammont tal-multa għal din ir-raġuni, kif għamlet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Baustahlgewebe vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 53 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>288</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-kawża li wasslet għas-sentenza Baustahlgewebe vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 53 iktar ’il fuq, invokata mir-rikorrenti, kienet tikkonċerna appell minn sentenza tal-Qorti Ġenerali li, bis-saħħa tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha f’dan ir-rigward, kienet imponiet fuq ir-rikorrenti multa minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, ġurisdizzjoni sħiħa li tista’ tibbenefika minnha l-Qorti tal-Ġustizzja meta tannulla sentenza tal-Qorti Ġenerali u tiddeċiedi dwar ir-rikors (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20080909">9 ta’ Settembru 2008</DATE>, FIAMM <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-120/06 P+C-121/06 P" PAGE.ECR="I-6513" YEAR="2008">C-120/06 P u C-121/06 P, Ġabra p. I-6513</REF.DOC.ECR>, punt 206).</TXT></NP><NP><NO.P>289</NO.P><TXT>Fil-punt 33 tas-sentenza Baustahlgewebe vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 53 iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret f’dan ir-rigward id-dritt tar-rikorrenti għal proċess ġust fi żmien raġonevoli u, b’mod partikolari, għall-għoti ta’ deċiżjoni dwar il-fondatezza tal-akkużi ta’ ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni mressqa kontriha mill-Kummissjoni u tal-multi li jkunu ġew imposti fuqha (sentenza FIAMM <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 288 iktar ’il fuq, punt 207).</TXT></NP><NP><NO.P>290</NO.P><TXT>Wara li kkonstatat li, f’dik il-kawża, il-Qorti Ġenerali kienet ħadet iktar minn żmien raġonevoli, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, għal raġunijiet ta’ ekonomija tal-ġudizzju u sabiex tiggarantixxi rimedju immedjat u effettiv kontra tali irregolarità proċedurali, li permezz ta’ annullament u ta’ tibdil tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali limitati għall-kwistjoni biss tal-iffissar tal-ammont tal-multa, hija setgħet, fil-kawża ineżami, tagħti s-sodisfazzjon ġust meħtieġ (sentenzi Baustahlgewebe vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 53 iktar ’il fuq, punti 47, 48 u 141, u FIAMM <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 288 iktar ’il fuq, punt 208).</TXT></NP><?PAGE NO="39"?><NP><NO.P>291</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li din is-soluzzjoni hija applikabbli, b’analoġija, għall-kawża ineżami.</TXT></NP><NP><NO.P>292</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jitfakkar li, fil-kawża ineżami, il-Qorti Ġenerali għandha ġurisdizzjoni sħiħa bis-saħħa tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003, skont l-Artikolu 261 TFUE, u li, barra minn hekk, ir-rikorrenti ressqet talbiet f’dan is-sens.</TXT></NP><NP><NO.P>293</NO.P><TXT>Issa, kif diġà ġie deċiż, din il-ġurisdizzjoni sħiħa tippermetti lill-Qorti Ġenerali tirriforma l-att ikkontestat, anki jekk ma tannullahx, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi fattwali kollha, sabiex tibdel, pereżempju, l-ammont tal-multa imposta (sentenzi Limburgse Vinyl Maatschappij <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 97 iktar ’il fuq, punt 692; Prym u Prym Consumer vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 112 iktar ’il fuq, punt 86, u JFE Engineering <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 54 iktar ’il fuq, punt 577).</TXT></NP><NP><NO.P>294</NO.P><TXT>B’hekk, fl-eventwalità li f’din il-kawża jiġi kkonstatat ksur tal-prinċipju ta’ żmien raġonevoli, inkluż, jekk ikun il-każ, minħabba t-tul tal-proċedura ġudizzjarja quddiem il-Qorti Ġenerali, din tal-aħħar tkun tista’, billi tirriforma d-deċiżjoni kkontestata, tikkundanna lir-rikorrenti tħallas ammont li minnu, jekk ikun il-każ, titnaqqas parti bħala sodisfazzjon ġust għat-tul eċċessiv tal-proċedura (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza FIAMM <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 288 iktar ’il fuq, punt 210).</TXT></NP><NP><NO.P>295</NO.P><TXT>Tali eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa huwa meħtieġ, b’mod partikolari, għal raġunijiet ta’ ekonomija tal-ġudizzju u sabiex jiġi żgurat rimedju immedjat u effettiv kontra tali ksur tal-prinċipju ta’ żmien raġonevoli (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza Baustahlgewebe vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 53 iktar ’il fuq, punt 48).</TXT></NP><NP><NO.P>296</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, f’din il-kawża, il-Qorti Ġenerali għandha l-kompetenza meħtieġa sabiex tiddeċiedi dwar it-talba espliċita tar-rikorrenti għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa minħabba t-tul eċċessiv tal-proċedura, inkluż sa fejn din it-talba tikkonċerna t-tul tal-proċedura quddiemha [ara wkoll, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott, iċċitati fil-punt 280 iktar ’il fuq, punti 243 285 (Kawża C-109/10 P) u punti 86 u 118 (Kawża C-110/10 P)].</TXT></NP><NP><NO.P>297</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandha ssir insistenza fuq il-fatt li dan il-motiv jikkonċerna t-tul globali tal-proċedura fir-rigward tar-rikorrenti, jiġifieri t-tul ikkunsidrat flimkien tal-proċedura amministrattiva u ta’ dik ġudizzjarja. F’dawn iċ-ċirkustanzi, għalkemm tqajjem biss matul is-seduta, dan il-motiv ma jistax jitqies li huwa inammissibbli minħabba n-natura tardiva tiegħu, inkluż sa fejn jikkonċerna t-tul tal-proċedura amministrattiva. Fil-fatt, it-tul globali tal-proċedura jikkostitwixxi punt ta’ fatt ġdid li, skont l-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura, jiġġustifika t-tressiq ta’ dan il-motiv fil-mori tal-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>298</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, għandu jitfakkar li t-tul tal-proċedura kkritikat mir-rikorrenti jaqa’ bejn id-<DATE ISO="20040729">29 ta’ Lulju 2004</DATE>, id-data li fiha ttieħdet l-ewwel miżura ta’ istruttorja indirizzata lir-rikorrenti fil-kuntest tal-investigazzjoni mmexxija mill-Kummissjoni, u t-<DATE ISO="20111108">8 ta’ Novembru 2011</DATE>, id-data li fiha nżammet is-seduta f’din il-kawża. Dan it-tul għalhekk huwa ta’ madwar seba’ snin u erba’ xhur.</TXT></NP><NP><NO.P>299</NO.P><TXT>In-natura raġonevoli ta’ dan iż-żmien għandha tiġi evalwata fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari ta’ kull kawża u, b’mod partikolari, fid-dawl tal-interess tal-kawża għall-persuna kkonċernata, tal-kumplessità tal-kawża kif ukoll tal-aġir tal-persuna kkonċernata u ta’ dak tal-awtoritajiet kompetenti (sentenzi Baustahlgewebe vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 53 iktar ’il fuq, punt 29, u FIAMM <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 288 iktar ’il fuq, punt 212).</TXT></NP><NP><NO.P>300</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li dan it-tul globali kkritikat mir-rikorrenti jista’ jinqasam f’żewġ fażijiet manifestament distinti, jiġifieri l-proċedura amministrattiva quddiem il-Kummissjoni u l-proċedura ġudizzjarja quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>301</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-proċedura amministrattiva, għandu jiġi osservat li r-rikorrenti ma spjegatx kif it-tul ta’ din il-proċedura jista’, bħala tali, jiġi kkunsidrat bħala eċċessiv.</TXT></NP><?PAGE NO="40"?><NP><NO.P>302</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, dan it-tul fir-rigward tar-rikorrenti (madwar sena u għaxar xhur, bejn id-<DATE ISO="20040729">29 ta’ Lulju 2004</DATE> u d-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, fil-<DATE ISO="20060531">31 ta’ Mejju 2006</DATE>) ma jistax, fiċ-ċirkustanzi ineżami, jitqies bħala wieħed eċċessiv. F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi osservat li kienet involuta investigazzjoni li implikat numru kbir ta’ impriżi u li kienet teħtieġ l-eżami ta’ numru kbir ta’ punti ta’ fatt u ta’ liġi. Barra minn hekk, id-deskrizzjoni tal-proċedura mill-Kummissjoni fil-premessi 79 sa 93 tad-deċiżjoni kkontestata ma tippermettix li jiġu identifikati perijodi ta’ inattività mhux ġustifikata.</TXT></NP><NP><NO.P>303</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi eżaminat it-tul tal-proċedura ġudizzjarja fid-dawl taċ-ċirkustanzi rilevanti tal-kawża ineżami (ara l-punt 299 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>304</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-interess tal-kawża għar-rikorrenti, għandu jiġi kkonstatat li din tal-aħħar ma tqajjem ebda argument f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>305</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għandu jitfakkar li r-rikorrenti, fil-kawża ineżami, ma hijiex qiegħda titlob l-annullament tal-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jikkonstata r-responsabbiltà tagħha għall-ksur tal-Artikolu 81 KE. B’hekk, ir-rikorrenti ma talbitx li tingħata deċiżjoni dwar il-fondatezza tal-akkużi magħmula fil-konfront tagħha mill-Kummissjoni u għalhekk il-kawża ma tikkonċernax il-kwistjoni ta’ jekk jeżistix jew le ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenzi Baustahlgewebe vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 53 iktar ’il fuq, punti 30 u 33, u Der Grüne Punkt — Duales System Deutschland vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 283 iktar ’il fuq, punt 186).</TXT></NP><NP><NO.P>306</NO.P><TXT>B’hekk, l-uniku interess li din il-kawża jista’ jkollha għar-rikorrenti jikkonċerna l-multa li ġiet imposta fuqha permezz tad-deċiżjoni kkontestata. Issa, għandha ssir insistenza fuq il-fatt li r-rikorrenti ma ressqet ebda argument li jippermetti li tiġi evalwata l-importanza ta’ dan l-interess għaliha.</TXT></NP><NP><NO.P>307</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm, fit-talbiet tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament tal-Artikolu 2(c) tad-deċiżjoni kkontestata (ara l-punt 36 iktar ’il fuq), għandu jiġi kkonstatat li l-motivi invokati insostenn ta’ dan ir-rikors, anki jekk jitqiesu kollha bħala fondati, ma setgħux iwasslu direttament għat-tħassir tal-multa iżda għal tnaqqis tal-ammont tagħha biss.</TXT></NP><NP><NO.P>308</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma huwiex stabbilit li din il-kawża għandha interess importanti għar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>309</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-aġir tar-rikorrenti, dan ma kkontribwixxiex b’mod sinjifikattiv għat-tul tal-proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>310</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-aġir tal-awtoritajiet kompetenti u tal-kumplessità tal-kawża, għandu jiġi kkonstatat li t-tul tal-perijodu bejn id-data tal-għeluq tal-proċedura bil-miktub fil-<DATE ISO="20070411">11 ta’ April 2007</DATE> u d-data tal-ftuħ tal-proċedura orali fil-<DATE ISO="20110915">15 ta’ Settembru 2011</DATE> (madwar erba’ snin u ħames xhur), tul ikkritikat mir-rikorrenti, huwa wieħed kunsiderevoli.</TXT></NP><NP><NO.P>311</NO.P><TXT>Madankollu, dan it-tul huwa dovut għaċ-ċirkustanzi u għall-kumplessità tal-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>312</NO.P><TXT>B’hekk, għandu jitfakkar li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonkludiet li erbatax-il kumpannija, li jikkostitwixxu ħames impriżi fis-sens tad-dritt tal-kompetizzjoni, kienu kisru l-Artikolu 81 KE permezz ta’ numru ta’ ftehim u ta’ prattiki miftiehma antikompetittivi fis-settur tal-metakrilati (ara l-punti 1 sa 4 iktar ’il fuq). Ir-rikors tar-rikorrenti jikkostitwixxi wieħed minn ħames rikorsi kontra d-deċiżjoni kkontestata, li ġew ippreżentati f’żewġ lingwi tal-kawża differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>313</NO.P><TXT>Dawn ir-rikorsi qajmu numru kunsiderevoli ta’ punti ta’ fatt u ta’ liġi li rrikjedew istruttorja approfondita min-naħa tal-Qorti Ġenerali, istruttorja li implikat, b’mod partikolari, miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura adottati f’kull waħda minn dawn il-kawża kif ukoll il-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura f’waħda minnhom.</TXT></NP><NP><NO.P>314</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minħabba li dawn ir-rikorsi kienu relatati, fid-dawl tas-suġġett tagħhom, kien meħtieġ li dawn jiġu eżaminati, parzjalment, b’mod parallel. Madankollu, ħlief għal konnessjoni iktar mill-qrib bejn tnejn minn dawn ir-rikorsi (Kawżi T-206/06 u T-217/06), kull wieħed minn dawn ir-rikorsi qajjem punti ta’ fatt u ta’ liġi differenti, b’tali mod li l-effetti ta’ sinerġija kienu limitati.<?PAGE NO="41"?> Il-Qorti Ġenerali għalhekk tat ħames sentenzi, b’din is-sentenza tkun l-aħħar waħda f’dan il-grupp, filwaqt li s-sentenzi l-oħra huma tas-<DATE ISO="20110607">7 ta’ Ġunju 2011</DATE>, Total u Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni (T-206/06, mhux ippubblikata fil-Ġabra), Arkema France <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata fil-punt 171 iktar ’il fuq, tal-<DATE ISO="20110915">15 ta’ Settembru 2011</DATE>, Lucite International u Lucite International UK vs Il-Kummissjoni (T-216/06, mhux ippubblikata fil-Ġabra), u tat-<DATE ISO="20111130">30 ta’ Novembru 2011</DATE>, Quinn Barlo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-208/06" PAGE.ECR="II-7953" YEAR="2011">T-208/06, Ġabra p. II-7953</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>315</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li l-istruzzjoni approfondita tal-kawża ppermettiet b’mod partikolari li din is-sentenza tingħata fi żmien relattivament qasir wara l-għeluq tal-proċedura orali fil-<DATE ISO="20111215">15 ta’ Diċembru 2011</DATE>, u dan minkejja r-restrizzjonijiet lingwistiċi imposti fuq il-Qorti Ġenerali skont ir-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>316</NO.P><TXT>B’hekk, it-tul tal-proċedura ġudizzjarja kkunsidrata b’mod ġenerali jammonta għal ħames snin u disa’ xhur.</TXT></NP><NP><NO.P>317</NO.P><TXT>Issa, fin-nuqqas ta’ argument min-naħa tar-rikorrenti fir-rigward tal-interess li għandha din il-kawża għaliha, u fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-punti 305 sa 308 iktar ’il fuq, li minnhom jirriżulta li l-kawża, minħabba n-natura tagħha jew minħabba l-importanza tagħha għar-rikorrenti, ma kinitx teħtieġ ħeffa partikolari, dan it-tul ma huwiex ta’ natura, fiċ-ċirkustanzi ineżami, li jiġġustifika t-tnaqqis tal-ammont tal-multa mitlub.</TXT></NP><NP><NO.P>318</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni għandha ssir, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, fir-rigward tat-tul globali tal-proċedura amministrattiva u tal-proċedura ġudizzjarja li huwa s-suġġett ta’ dan il-motiv (ara l-punti 297 u 298 iktar ’il fuq), li, meta kkunsidrat b’mod globali, ma jistax jitqies bħala eċċessivament twil fid-dawl taċ-ċirkustanzi eżaminati iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>319</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dan il-motiv għandu jiġi miċħud, kif għandu jiġi miċħud ukoll ir-rikors fl-intier tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>320</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-rikorrenti tilfet, hemm lok li hija tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tielet Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Imperial Chemical Industries Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Czúcz</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Labucka</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Gratsias</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil-<DATE ISO="20120605">5 ta’ Ġunju 2012</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE><?PAGE NO="42"?><TOC><TITLE><TI><P>Werrej</P></TI></TITLE><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-fatti li wasslu għall-kawża</ITEM.CONT><ITEM.REF>1</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>4</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Id-dritt</ITEM.CONT><ITEM.REF>5</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq in-natura insuffiċjenti tal-provi tal-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-ksur fir-rigward tal-komponenti tal-forom tal-PMMA</ITEM.CONT><ITEM.REF>5</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0129" REF.END="QE0129"/>ammont bażiku<QUOT.END REF.START="QS0129" CODE="201D" ID="QE0129"/> tal-multa</ITEM.CONT><ITEM.REF>13</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq in-nuqqas tal-Kummissjoni milli twettaq l-obbligu tagħha li taqsam l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0130" REF.END="QE0130"/>ammont bażiku<QUOT.END REF.START="QS0130" CODE="201D" ID="QE0130"/> bejn ir-rikorrenti u Lucite</ITEM.CONT><ITEM.REF>15</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq ir-raba’ motiv, ibbażat fuq in-natura inadegwata taż-żieda tal-ammont inizjali tal-multa għall-finijiet tal-effett dissważiv</ITEM.CONT><ITEM.REF>19</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ewwel parti tal-motv, ibbażata fuq in-nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu inkunsiderazzjoni l-kapaċitŕ finanzjarja effettiva tar-rikorrenti</ITEM.CONT><ITEM.REF>19</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tieni parti tal-motiv, ibbażata fuq ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalitŕ u ta’ ugwaljanza fit-trattament</ITEM.CONT><ITEM.REF>22</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq ir-rifjut mhux ġustifikat li jingħata tnaqqis tal-ammont tal-multa minħabba l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>25</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ewwel parti tal-motiv, dwar ir-rifjut li jingħata tnaqqis tal-ammont tal-multa skont il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>25</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-evalwazzjoni żbaljata tal-valur miżjud tal-provi inklużi fit-talba skont il-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>25</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni fir-rigward tad-dewmien li bih ir-rikorrenti pprovdiet il-provi tagħha meta mqabbla mal-impriżi kkonċernati l-oħra</ITEM.CONT><ITEM.REF>28</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tieni parti tal-motiv, dwar ir-rifjut li jiġi rrikonoxxut il-mertu tal-kooperazzjoni tar-rikorrenti lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>34</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq is-sitt motiv, imqajjem matul is-seduta bis-saħħa tal-ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti Ġenerali, ibbażat fuq it-tul eċċessiv tal-proċedura</ITEM.CONT><ITEM.REF>37</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ispejjeż</ITEM.CONT><ITEM.REF>41</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC></JUDGMENT>