|
12.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 322/16 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8236 — Vossloh Rail Services/Rhomberg Sersa Rail Holding/Rhomberg Sersa Vossloh (JV))
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 322/07)
1.
Fit-30 ta’ Awwissu 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Vossloh, AG (“Vossloh”, il-Ġermanja), |
|
— |
Rhomberg Sersa Rail Holding, GmbH (“Rhomberg Sersa”, l-Awstrija), |
|
— |
Rhomberg Sersa Vossloh, GmbH (“RSV”, il-Ġermanja). |
Vossloh — permezz tas-sussidjarja proprjetà tagħha kollha hi, Vossloh Rail Services GmbH (il-Ġermanja) — u Rhomberg Sersa jakkwsitaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ RSV. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Vossloh: manufattura tal-infrastruttura tal-ferroviji u t-teknoloġija tal-ferroviji; Produzzjoni ta’ sistemi li jorbtu l-ferroviji flimkien, sistemi tas-switches u sistemi tas-sinjali, inkluza l-provvista ta’ servizzi relatati;
— Rhomberg Sersa: fornitur ta’ servizzi sħaħ fil-qasam tat-teknoloġija tal-ferroviji, tal-kostruzzjoni tal-ferroivji u tat-tagħmir; kostruzzjoni, rinnovazzjoni u manutenzjoni tal-linji tal-ferroviji, kostruzzjoni tal-ferroviji u t-tagħmir, provvista tal-enerġija tal-ferroviji, teknoloġija tal-komunikazzjoni u servizzi relatati;
— RSV: servizzi ta’ spezzjonijiet u manutenzjoni għal switches għall-ferroviji industrijali u trasport lokali.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.8236 — Vossloh Rail Services/Rhomberg Sersa Rail Holding/Rhomberg Sersa Vossloh (JV)
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
L-indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).