European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/7278

4.12.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11569 – DELI HOME / HWI / HOUTWERF / DISTRI-HOUT)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/7278)

1.   

Fis-26 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Deli Home Holding B.V. (“Deli Home”, in-Netherlands), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Ardian France SA (“Ardian”, Franza),

—

Houtwerf International B.V. (“HWI”, in-Netherlands),

—

Houtwerf B.V. (“Houtwerf”, in-Netherlands), li bħalissa hija kkontrollata biss minn HWI,

—

Distri-hout N.V. (“Distri-hout”, il-Belġju), li bħalissa hija kkontrollata biss minn HWI.

Deli Home u HWI se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Houtwerf u Distri-hout.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Deli Home hija produttur u bejjiegħ bl-ingrossa ta’ prodotti għat-titjib tad-dar ibbażati fuq l-injam, bħal bibien, art, taraġ, għamara għall-ħżin, prodotti bbażati fuq l-injam u skrins tal-insetti. Deli Home hija fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Ardian, li tikkontrolla wkoll lil Maxeda li hija attiva fil-bejgħ bl-imnut DIY.

—

HWI hija attiva fil-bejgħ bl-ingrossa ta’ prodotti bbażati prinċipalment fuq l-injam u bl-imnut DIY.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi l-oħra huma li ġejjin:

—

Houtwerf u Distri-hout huma bejjiegħa bl-ingrossa ta’ prodotti prinċipalment ibbażati fuq l-injam kif ukoll materjali tal-ġnien, kisi tal-faċċata, insulazzjoni, bibien u prodotti dekorattivi fin-Netherlands u fil-Belġju.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11569 – DELI HOME / HWI / HOUTWERF / DISTRI-HOUT

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7278/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)