22003D0095



Official Journal L 272 , 23/10/2003 P. 0032 - 0033


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 95/2003

tal-11 ta' Lulju 2003

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim" u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Annex XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 62/2003 tas-16 ta' Mejju 2003 [1].

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 246/2003 tal-10 ta' Frar 2003 li jadotta programm ta' moduli ad hoc, li jkopri s-snin 2004 sa 2006, għal stħarriġ b'kampjuni dwar kull minn jista' jaħdem previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/982 [2] irid jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3) Din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 18ac (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2002) ta' l-Anness XXI tal-Ftehim:

"18ad. 32003 R 0246: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 246/2003 tal-10 ta' Frar 2003 li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc, li jkopri s-snin 2004 sa 2006, għal stħarriġ b'kampjuni dwar kull min jista' jaħdem previst fir-Regolament Nru 577/98 (ĠU L 34, tal-11.2.2003, p. 3).

Id-disposizjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a) Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal Liechtenstein.

(b) In-Norveġja għandha tagħti l-informazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament l-aktar tard mis-sena 2005."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 246/2003 fil-lingwi ta' l-Islanda u n-Norveġja, li għandhom ikunu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Lulju 2003, basta li n-notifikazzjonijiet fl-Artikolu 103(1) tal-Ftehim [3] ikunu ġew mgħoddija lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni ghandha tiġi pubblikata fit-taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fil-11 ta' Lulju 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

H. S. H. Prinz Nikolaus von Liechtenstein

[1] ĠU L 193, tal-31.7.2003, p. 50.

[2] ĠU L 34, tal-11.2.2003, p. 3.

[3] L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati.

--------------------------------------------------