21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 20/2012

tal-10 ta’ Frar 2012

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IX tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 117/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (2), kif korrett bil-ĠU L 350, 29.12.2009, p. 59, għandu jiġi inkluż fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 31ea (Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX tal-Ftehim:

“31eb.

32009 R 1060: Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-16 ta’ Settembru 2009 (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1), kif korrett mill-ĠU L 350, 29.12.2009, p. 59.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, kif ikkorreġuti bil-ĠU L 350, 29.12.2009, p. 59, fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Frar 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 341, 22.12.2011, p. 81.

(2)   ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.

(*1)  Rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.