|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2286 |
13.10.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/2286
tat-12 ta’ Ottubru 2026
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta’ Ottubru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 tapplika sas-16 ta’ Ottubru 2026. Abbażi ta’ rieżami ta’ dik id-Deċiżjoni, u fid-dawl tat-theddida kontinwa u dejjiema għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali kkawżata mill-armi kimiċi, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li l-applikazzjoni tagħha tiġi estiża sat-30 ta’ Ottubru 2031. |
|
(3) |
Abbażi ta’ rieżami tal-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544, jenħtieġ li l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi stipulati fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dik id-Deċiżjoni fir-rigward tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi elenkati f’dak l-Anness tiġi estiża sat-30 ta’ Ottubru 2027. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta’ Ottubru 2031. Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Il-miżuri stipulati fl-Artikoli 2 u 3 għandhom japplikaw fir-rigward tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Anness sat-30 ta’ Ottubru 2027.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta’ Ottubru 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544 tal-15 ta’ Ottubru 2018 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi (ĠU L 259, 16.10.2018, p. 25, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1544/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2286/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)