Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-22 ta' Mejju 2007 – Mebrom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-198/05)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Importazzjoni ta’ methyl bromide fl-Unjoni Ewropea – Tqegħid fis-seħħ tardiv ta’ sit internet intiż għall-applikazzjoni u għall-ksib ta’ liċenzji u ta’ kwoti ta’ importazzjoni – Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 – Dannu li jirriżulta minn nuqqas ta’ qligħ – Eżistenza tad-dannu”

Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet (it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 50-52, 59, 68, 70, 72)

Suġġett

Talba għal kumpens tad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba l-fatt li l-Kummissjoni ma implementatx sistema li tawtorizzaha timporta l-methyl bromide fl-Unjoni Ewropea f’Jannar u fi Frar 2005 għal użu kritiku.

Dispożittiv

 

Ir-rikors huwa miċħud.

 

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.