10.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/52


Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 84/2011 tal-31 ta' Jannar 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 28 tat-2 ta' Frar 2011 )

F'paġna 17, il-premessa 4:

minflok:

“(4)

Is-setgħa li jiġu emendati l-listi fl-Anness I u IA għal dan ir-Regolament għandha tkun eżerċitata mill-Kunsill, fid-dawl tat-theddida speċifika għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali maħluqa mis-sitwazzjoni fil-Bjelorussja, u biex tiġi żgurata konsistenza mal-proċess ta' emendar u rieżami tal-Anness għad-Deċiżjoni 2011/69/PESK.”

,

aqra:

“(4)

Fid-dawl tat-theddida reali għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali maħluqa mis-sitwazzjoni fil-Bjelorussja u sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-proċess tal-emendament u r-reviżjoni tal-Anness għad-Deċiżjoni 2011/69/PESK, jeħtieġ li s-setgħa tal-emendament tal-listi fl-Annessi I u IA għal dan ir-Regolament tiġi eżerċitata mill-Kunsill.”

.