|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2652 |
22.5.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-24 ta’ Settembru 2024
li sabet li, bl-impenji vinkolanti, is-sussidji barranin fil-konċentrazzjoni ma joħolqux distorsjoni fis-suq intern
(Każ FS.100011 — e&/PPF Telecom Group)
(C/2026/2652)
(notifikata bid-dokument C(2024) 6745)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, (1)
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/2560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern, (2) u b’mod partikolari l-Artikoli 11(3), 11(4), 25(3)(a) u 25(3)(b) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ġunju 2024 li tibda investigazzjoni fil-fond skont l-Artikolu 10(3)(a) tal-FSR (id-“Deċiżjoni tal-Ftuħ”),
Wara li tat lill-impriżi kkonċernati l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar l-oġġezzjonijiet imqajma mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sussidji Barranin,
Billi:
1. INTRODUZZJONI
|
(1) |
Fis-26 ta’ April 2024, il-Kummissjoni Ewropea (il-“Kummissjoni”) irċeviet in-notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 21 tal-FSR, li permezz tagħha Emirates Telecommunications Group Company P.J.S.C. (l-Emirati Għarab Magħquda jew l-“EGħM”) (“e&” jew il-“Parti Notifikanti”) se takkwista l-kontroll esklużiv fuq PPF Telecom Group B.V. (“PPF” jew il-“Mira” u, flimkien mal-Parti Notifikanti, il-“Partijiet”) (it-“Tranżazzjoni”). It-Tranżazzjoni se titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma. |
2. Il-Partijiet
|
(2) |
e& hija operatur tat-telekomunikazzjoni li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha u hija bbażata f’Abu Dhabi (wieħed mis-seba’ emirati li jikkostitwixxu l-EGħM bħala federazzjoni), inkorporata taħt il-Liġi Federali Nru. (1) tal-1991 dwar l-Emirates Telecommunications Group Company (il-“Liġi dwar e&” u hija kkontrollata u proprjetà maġġoritarja tal-Emirates Investment Authority (l-“EIA”), li hija l-fond sovran tal-EGħM, ikkontrollat u kompletament proprjetà tal-Gvern Federali tal-EGħM. (3) Skont il-Liġi dwar e& u l-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ e&, l-EIA ġiet deżinjata bħala “Azzjonist Speċjali” u l-kunsens tagħha huwa meħtieġ f’ċerti kwistjonijiet. (4) Bħala tali, u kif ikkonfermat mill-Parti Notifikanti nnifisha, (5) e& u l-EIA jiffurmaw parti mill-istess impriża. |
|
(3) |
PPF Group N.V. (il-“Bejjiegħ”) huwa grupp ta’ investiment internazzjonali li twaqqaf fiċ-Ċekja fl-1991. Huwa jimmaniġġja operazzjonijiet f’25 pajjiż madwar l-Ewropa, l-Amerika ta’ Fuq, u l-Asja bit-telekomunikazzjoni, il-media, is-servizzi finanzjarji, il-kummerċ elettroniku, il-proprjetà immobbli, l-inġinerija mekkanika u l-bijoteknoloġija bħala l-linji operatorji ewlenin tiegħu. |
|
(4) |
Il-Mira hija n-negozju tat-telekomunikazzjoni tal-Bejjiegħ (ħlief għan-negozju tat-telekomunikazzjoni Ċek, li se jiġi eskluż), li jikkonsisti f’operazzjonijiet tat-telekomunikazzjoni fl-Ungerija, fil-Bulgarija, fis-Serbja u fis-Slovakkja. Il-Mira tinkludi l-operazzjonijiet tat-telekomunikazzjoni (bl-imnut) tal-Bejjiegħ (Yettel fil-Bulgarija, fl-Ungerija u fis-Serbja, u O2 fis-Slovakkja) kif ukoll in-negozju tal-infrastruttura tan-network (miżmuma permezz ta’ tliet sussidjarji miġbura mill-ġdid taħt l-isem “CETIN” fil-Bulgarija, fl-Ungerija u fis-Serbja; (6) u “O2 Slovakia Networks” fis-Slovakkja). B’kollox, il-Mira sservi aktar minn 10 miljun klijent bi dħul ikkombinat ta’ EUR 1,8 biljun fl-2022. |
3. It-Tranżazzjoni
|
(5) |
Skont ftehim dwar il-bejgħ u x-xiri ta’ ishma datat l-1 ta’ Awwissu 2023 (l-“SPA, sale and purchase agreement”), e& se takkwista direttament 50 % u wieħed tal-ishma fil-Mira. Bħala riżultat tat-Tranżazzjoni, il-Mira se toħroġ azzjonijiet privileġġjati lil e& li jsegwu l-profitti tal-entitajiet ta’ CETIN u jiżguraw li e& tirċievi interess ekonomiku ta’ 50 % u wieħed tal-ishma fin-negozju ta’ CETIN, il-bqija jiġu allokati lil GIC Private Limited (“GIC”) (30 %) u lill-Bejjiegħ (20 %). Fost kundizzjonijiet oħra preċedenti, l-għeluq tat-Tranżazzjoni jiddependi fuq e& u l-Bejjiegħ li jkunu qablu dwar ftehim tal-azzjonisti (il-“Ftehim tal-Azzjonisti”), li għandhom jidħlu fih fl-għeluq, li se jistabbilixxi d-drittijiet ta’ governanza ta’ e& u tal-Bejjiegħ fil-Mira wara l-għeluq. e& u l-Bejjiegħ ħejjew abbozz ta’ Ftehim tal-Azzjonisti f’forma sostanzjalment miftiehma, li għandhom jidħlu fih fl-għeluq, li jipprevedi li […] (*1). Il-Ftehim tal-Azzjonisti għalhekk se jiżgura li e& ikollha kontroll esklużiv fuq il-Mira. |
|
(6) |
Fid-dawl tal-premessa (5), e& se takkwista l-kontroll esklużiv tal-Mira skont it-tifsira tal-Artikolu 20(1)(b) tar-Regolament dwar Sussidji Barranin (FSR, foreign subsidies regulation). |
|
(7) |
Il-korrispettiv għat-Tranżazzjoni huwa ta’ EUR 2,15 biljun, flimkien ma’ pagamenti ta’ qligħ u rkupru ta’ EUR 350 miljun u EUR 75 miljun rispettivament, soġġett għall-kisba jew għan-nuqqas ta’ kisba ta’ ċerti miri finanzjarji. |
|
(8) |
Barra minn hekk, e& u l-Bejjiegħ daħlu f’ċerti ftehimiet li għandhom l-għan li jiżguraw li l-Bejjiegħ iżomm interess nonkontrollanti fil-Mira, għal perjodu li jippermetti lil e& tibbenefika mill-esperjenza u l-għarfien tagħhom tas-suq. Ġie miftiehem li dak il-perjodu se jkollu durata ta’ 5 snin u huwa soġġett għall-eżerċizzju ta’ opzjoni put (l-“Opzjoni Put”) għall-Bejjiegħ u opzjoni call korrispondenti għal e& (l-“Opzjoni Call”). |
4. LIVELLI LIMITU TA’ NOTIFIKA
|
(9) |
Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Partijiet:
|
|
(10) |
Għalhekk, it-Tranżazzjoni taqbeż il-livelli limitu ta’ notifika stabbiliti fl-Artikolu 20(3) tal-FSR. |
5. PROĊEDURA
|
(11) |
Fit-23 ta’ Mejju 2024, il-Kummissjoni bagħtet lil e& talba għal informazzjoni (“RFI, request for information”) skont l-Artikolu 13(2) tal-FSR (it-“Talba għal informazzjoni”), fejn talbet li e& tipprovdi l-informazzjoni mitluba sas-27 ta’ Mejju 2024. Fit-28 ta’ Mejju 2024, il-Kummissjoni kienet għadha ma rċevietx l-informazzjoni mitluba. Minħabba li dik l-informazzjoni kienet meħtieġa għall-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni ssospendiet il-limiti ta’ żmien imsemmija fl-Artikolu 24(1) tal-FSR mis-27 ta’ Mejju 2024 sal-wasla tal-informazzjoni mitluba, jew sal-mument meta l-Kummissjoni tkun infurmat lill-Parti Notifikanti jew lil kwalunkwe persuna oħra involuta, li l-informazzjoni mitluba ma kinitx għadha meħtieġa. |
|
(12) |
Fid-29 ta’ Mejju 2024, il-Parti Notifikanti pprovdiet it-tweġiba tagħha għall-RFI. Wara li vvalutat il-kompletezza tal-informazzjoni mitluba, il-Kummissjoni infurmat lill-Parti Notifikanti li s-sospensjoni tal-limiti ta’ żmien imsemmija fl-Artikolu 24(1) tal-FSR setgħet titqies li skadiet, skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1441 (ir-“Regolament ta’ Implimentazzjoni”). (8) Għalhekk, il-limiti ta’ żmien imsemmija fl-Artikolu 24(1) tal-FSR reġgħu bdew mit-30 ta’ Mejju 2024. |
|
(13) |
Fl-4 ta’ Ġunju 2024 u fil-11 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni organizzat telefonati ma’ ħames kompetituri tal-Mira. |
|
(14) |
Fl-10 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni tal-Ftuħ. |
|
(15) |
Fis-17 u t-18 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni bagħtet RFIs, skont l-Artikolu 13(3) tal-FSR, lil 14-il impriża li joperaw fl-industrija tat-telekomunikazzjoni u lit-tliet awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-ġuriżdizzjonijiet tal-UE li fihom hija attiva l-Mira. (9) |
|
(16) |
Mit-18 ta’ Ġunju 2024 sal-21 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għal dawk l-RFIs minn 11-il operatur tat-telekomunikazzjoni, inklużi l-kompetituri ewlenin tal-Mira fis-suq intern. (10) It-tliet awtoritajiet regolatorji nazzjonali pprovdew it-tweġiba tagħhom għal dik l-RFI fil-perjodu bejn l-20 ta’ Ġunju 2024 u l-24 ta’ Ġunju 2024. (11) |
|
(17) |
Fit-28 ta’ Ġunju 2024, il-Parti Notifikanti talbet, skont l-Artikolu 24(4) tal-FSR, li l-limiti ta’ żmien imsemmija fl-Artikolu 24(1) tal-FSR jiġu estiżi b’20 jum tax-xogħol. Il-Kummissjoni ħadet nota ta’ din it-talba u aġġornat l-iskadenza tal-investigazzjoni fil-fond skont dan. |
|
(18) |
Fis-16 ta’ Lulju 2024, il-Parti Notifikanti ppreżentat osservazzjonijiet dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ (l-“Osservazzjonijiet dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ”). F’dawk l-osservazzjonijiet, il-Parti Notifikanti “irrinunzjat id-dritt tagħha, skont l-Artikolu 42(1) u 42(4) tal-FSR, li titlob lill-Kummissjoni tinfurmaha bir-raġunijiet li fuqhom ikollha l-intenzjoni li tadotta d-deċiżjoni tagħha, li tippreżenta osservazzjonijiet u li titlob aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni”. |
|
(19) |
Fl-istess jum, il-Parti Notifikanti ssottomettiet impenji skont l-Artikolu 7(2) tal-FSR, flimkien ma’ memorandum ta’ spjegazzjoni li jistabbilixxi r-raġunijiet li skonthom, fil-fehma tagħha, dawk l-impenji kienu xierqa sabiex jiġi eliminat kompletament u b’mod effettiv it-tħassib tal-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 24 tal-FSR, dan kellu l-effett li jestendi l-limitu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 24(1) tal-FSR sal-4 ta’ Diċembru 2024. |
|
(20) |
Fis-17 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni bagħtet RFIs (l-“Eżami tas-Suq”) lil 12-il parti terza li joperaw fl-industrija tat-telekomunikazzjoni, skont l-Artikolu 13(3) tal-FSR. Fil-perjodu bejn it-22 ta’ Lulju 2024 u l-1 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni rċeviet 11-il tweġiba. (12) |
|
(21) |
Fid-29 ta’ Lulju 2024, is-servizzi tal-Kummissjoni pprovdew lill-Parti Notifikanti b’sommarju tal-eżitu tal-Eżami tas-Suq. |
|
(22) |
Fl-24 ta’ Ġunju u fit-30 ta’ Lulju 2024, il-Partijiet u l-Kummissjoni kellhom laqgħat dwar is-sitwazzjoni attwali. |
|
(23) |
Fil-5 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 13(3) tal-FSR, bagħtet RFIs lil ħames banek attivi fl-EGħM. |
|
(24) |
Fis-16 ta’ Awwissu 2024, il-ħames banek ikkuntattjati pprovdew tweġiba inizjali għal dik l-RFI, segwita minn sottomissjonijiet addizzjonali fl-20 ta’ Awwissu 2024. |
|
(25) |
Fid-19 ta’ Awwissu 2024, il-Parti Notifikanti ppreżentat verżjoni ffirmata tal-impenji. |
|
(26) |
Fid-29 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni bagħtet RFI lill-Awtorità Regolatorja tat-Telekomunikazzjoni u tal-Gvern Diġitali, skont l-Artikolu 13(3) tal-FSR. L-Awtorità Regolatorja tat-Telekomunikazzjoni u tal-Gvern Diġitali (TDRA, Telecommunications And Digital Government Regulatory Authority) ipprovdiet it-tweġiba tagħha fit-2 ta’ Settembru 2024. |
|
(27) |
Fit-30 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni bagħtet ittra elettronika lill-Parti Notifikanti biex tinfurmaha bl-intenzjoni tagħha li tibbaża fuq il-fatti disponibbli biex tieħu deċiżjoni. Fit-2 ta’ Settembru 2024, il-Parti Notifikanti pprovdiet it-tweġiba tagħha. |
|
(28) |
Fis-6 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni ppreżentat l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-Kumitat Konsultattiv għall-opinjoni konsultattiva tiegħu, skont l-Artikolu 48(2) tal-FSR. |
|
(29) |
Fl-20 ta’ Settembru 2024, issejħet laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv biex jiġi diskuss l-abbozz ta’ deċiżjoni ppreżentat mill-Kummissjoni. Il-Kumitat Konsultattiv iltaqa’ u ta opinjoni pożittiva dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni. |
6. PRINĊIPJI TA’ VALUTAZZJONI
|
(30) |
Skont l-Artikolu 3(1) tal-FSR, sussidju barrani għandu jitqies li jeżisti meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin. L-ewwel nett, kontribuzzjoni finanzjarja trid tkun ġiet ipprovduta, direttament jew indirettament, minn pajjiż terz (attribwibbiltà). It-tieni, il-kontribuzzjoni finanzjarja trid tagħti benefiċċju lil impriża involuta f’attività ekonomika fis-suq intern (benefiċċju). Impriża li takkwista l-kontroll ta’ jew li tingħaqad ma’ impriża stabbilita fl-Unjoni titqies li tkun involuta f’attività ekonomika fis-suq intern. (13) It-tielet, il-benefiċċju jrid ikun limitat għal impriża jew industrija waħda jew aktar (speċifiċità). |
|
(31) |
Kif stabbilit fl-Artikolu 3(2) tal-FSR, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji jinkludu, fost l-oħrajn, (a) it-trasferiment ta’ fondi jew obbligazzjonijiet; (b) ir-rinunzja għal dħul li altrimenti jkun dovut; u (c) il-forniment ta’ merkanzija jew servizzi jew ix-xiri ta’ merkanzija jew servizzi. |
|
(32) |
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 3(2) tal-FSR, it-tieni subparagrafu, l-FFCs jinkludu kontribuzzjonijiet finanzjarji minn entità pubblika barranija li l-azzjonijiet tagħha jistgħu jiġu attribwiti lill-pajjiż terz, “b’kont meħud tal-elementi bħall-karatteristiċi tal-entità u l-ambjent legali u ekonomiku prevalenti fl-Istat li fih topera l-entità, inkluż ir-rwol tal-gvern fl-ekonomija”, u lil entitajiet privati “li l-azzjonijiet tagħha jistgħu jiġu attribwiti lill-pajjiż terz, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha”. |
|
(33) |
Skont il-premessa (13) tal-FSR, kontribuzzjoni finanzjarja “jenħtieġ li titqies li tagħti benefiċċju lil impriża jekk ma setgħetx tinkiseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. L-eżistenza ta’ benefiċċju jenħtieġ li tiġi determinata abbażi ta’ parametri referenzjarji komparattivi, bħall-prattika tal-investiment ta’ investituri privati, rati ta’ finanzjament li jista’ jinkiseb fis-suq, trattament tat-taxxa kumparabbli, jew ir-remunerazzjoni adegwata għal prodott jew servizz partikolari. Jekk ma jkunx hemm disponibbli parametri referenzjarji direttament komparabbli, il-parametri referenzjarji eżistenti jistgħu jiġu aġġustati jew jistgħu jiġu stabbiliti parametri referenzjarji alternattivi abbażi ta’ metodi ta’ valutazzjoni ġeneralment aċċettati.” |
|
(34) |
Skont il-premessa (14) tal-FSR, l-‘ispeċifiċità tas-sussidju barrani tista’ tiġi stabbilita skont il-liġi jew skont il-fatti”. |
|
(35) |
Fir-rigward tad-distorsjoni tas-suq intern, l-Artikolu 4(1) tal-FSR jipprevedi li sussidju barrani joħloq distorsjoni jekk “jista’ jtejjeb il-pożizzjoni kompetittiva ta’ impriża fis-suq intern” u jekk, b’dan il-mod, huwa “effettivament jew potenzjalment jaffettwa b’mod negattiv il-kompetizzjoni fis-suq intern”. Dan jiġi ddeterminat f’valutazzjoni ġenerali bbażata fuq indikaturi, li jinkludu iżda li ma humiex limitati għal: in-natura u l-ammont tas-sussidju barrani; is-sitwazzjoni tal-impriża, inkluż id-daqs tagħha u tas-swieq jew tas-setturi kkonċernati; il-livell u l-evoluzzjoni tal-attività ekonomika tal-impriża kkonċernata fis-suq intern; u l-iskop u l-kundizzjonijiet marbuta mas-sussidju barrani kif ukoll l-użu tiegħu fis-suq intern. (14) |
|
(36) |
Kull indikatur meħud separatament ma huwiex neċessarjament deċiżiv, u l-indikaturi ma humiex kumulattivi, li jfisser li – bl-istess mod li indikaturi rilevanti oħra jistgħu jiġu kkunsidrati fuq bażi ta’ każ b’każ – mhux l-eżempji kollha ta’ indikaturi rilevanti elenkati fl-Artikolu 4(1) tal-FSR jeħtieġ li jiġu kkunsidrati jew stabbiliti biex jiġi ppruvat li sussidju barrani joħloq distorsjoni fis-suq intern f’każ partikolari. Fil-fatt, skont il-premessa (19) tal-FSR: “[m]eta tuża l-indikaturi biex tiddetermina l-eżistenza ta’ distorsjoni fis-suq intern, il-Kummissjoni tista’ tqis diversi elementi, bħad-daqs tas-sussidju barrani f’termini assoluti jew f’relazzjoni mad-daqs tas-suq jew mal-valur tal-investiment. Pereżempju, konċentrazzjoni li fil-kuntest tagħha sussidju barrani jkopri parti sostanzjali mill-prezz tax-xiri tal-entità fil-mira, aktarx li jkun distorsiv. […] Barra minn hekk, il-karatteristiċi tas-suq, u b’mod partikolari l-kundizzjonijiet kompetittivi fis-suq, bħall-ostakli għad-dħul, iridu jittieħdu inkonsiderazzjoni. […]”. (15) |
|
(37) |
L-Artikolu 5(1) tal-FSR jelenka b’mod eżawrjenti ċerti kategoriji ta’ sussidji barranin li l-aktar probabbli joħolqu distorsjoni fis-suq intern, li jinkludu “sussidju barrani li jiffaċilita konċentrazzjoni direttament” kif ukoll “sussidju barrani fil-forma ta’ garanzija illimitata għad-djun jew l-obbligazzjonijiet tal-impriża, jiġifieri mingħajr ebda limitazzjoni fuq l-ammont jew it-tul ta’ żmien ta’ tali garanzija”. F’konformità mal-premessa (20) tal-FSR, fir-rigward tal-kategoriji ta’ sussidji barranin li l-aktar probabbli joħolqu distorsjoni fis-suq intern, “ma huwiex meħtieġ li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni dettaljata bbażata fuq indikaturi”. |
|
(38) |
Skont l-Artikolu 5(2) tal-FSR, l-impriża taħt investigazzjoni għandha tingħata l-opportunità li tipprovdi informazzjoni rilevanti dwar jekk sussidju barrani li jaqa’ taħt tali kategorija ta’ sussidji barranin li l-aktar probabbli joħolqu distorsjoni fis-suq intern ma joħloqx distorsjoni fis-suq intern fiċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ. |
|
(39) |
Fir-rigward ta’ konċentrazzjonijiet notifikati b’mod speċifiku, skont l-Artikolu 19 tal-FSR, “[m]eta ssir valutazzjoni dwar jekk sussidju barrani f’konċentrazzjoni joħloqx distorsjoni fis-suq intern fis-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 4 jew 5, dik il-valutazzjoni għandha tkun limitata għall-konċentrazzjoni kkonċernata” u “[f]il-valutazzjoni għandhom jitqiesu biss is-sussidji barranin mogħtija fit-tliet snin qabel il-konklużjoni tal-ftehim, it-tħabbira tal-offerta pubblika, jew l-akkwist ta’ interess kontrollanti”. |
|
(40) |
Skont l-Artikolu 11(3) tal-FSR, “[m]eta l-Kummissjoni, skont l-Artikoli 4 sa 6, issib li sussidju barrani joħloq distorsjoni fis-suq intern u l-impriża taħt investigazzjoni toffri impenji li l-Kummissjoni tqis xierqa u suffiċjenti biex tirrimedja d-distorsjoni kompletament u b’mod effettiv, hija tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni f’forma ta’ deċiżjoni sabiex tagħmel lil dawk l-impenji vinkolanti fuq l-impriża (“deċiżjoni b’impenji”). […] Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 48(2)”. |
|
(41) |
Skont l-Artikolu 7(2) tal-FSR, il-Kummissjoni tista’ taċċetta impenji offruti mill-impriża taħt investigazzjoni fejn tali impenji jirrimedjaw kompletament u b’mod effettiv id-distorsjoni fis-suq intern. Barra minn hekk, “[m]eta taċċetta dawn l-impenji, il-Kummissjoni għandha tagħmilhom vinkolanti fuq l-impriża taħt investigazzjoni f’deċiżjoni b’impenji f’konformità mal-Artikolu 11(3).” Skont l-Artikolu 7(3) tal-FSR, dawn l-impenji għandhom ikunu proporzjonati u jirrimedjaw kompletament u b’mod effettiv id-distorsjoni kkawżata realment jew potenzjalment mis-sussidju barrani fis-suq intern. |
|
(42) |
Skont l-Artikolu 7(5) tal-FSR, ‘[i]l-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, timponi rekwiżiti ta’ rappurtar u trasparenza, inkluż rappurtar perjodiku dwar l-implimentazzjoni tal-impenji u l-miżuri ta’ rimedju elenkati fil-paragrafu 4”. |
|
(43) |
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 11(4) tal-FSR, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni fil-forma ta’ deċiżjoni ta’ ebda oġġezzjoni meta “il-valutazzjoni preliminari kif stabbilita fid-deċiżjoni tagħha li tibda investigazzjoni fil-fond ma hijiex ikkonfermata” jew meta “id-distorsjoni fis-suq intern tkun misbuqa minn effetti pożittivi skont it-tifsira tal-Artikolu 6”. |
|
(44) |
Skont l-Artikolu 6(1) tal-FSR, il-Kummissjoni “tista’, abbażi tal-informazzjoni li tirċievi, tibbilanċja l-effetti negattivi ta’ sussidju barrani f’termini ta’ distorsjoni fis-suq intern, skont l-Artikoli 4 u 5 kontra l-effetti pożittivi fuq l-iżvilupp tal-attività ekonomika sussidjata rilevanti fis-suq intern, filwaqt li tqis effetti pożittivi oħra tas-sussidju barrani bħal pereżempju l-effetti pożittivi usa’ fir-rigward tal-objettivi ta’ politika rilevanti, b’mod partikolari dawk tal-Unjoni”. Skont il-premessa (21) tal-FSR, l-objettivi ta’ politika jistgħu jinkludu “livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali u standards soċjali, u l-promozzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp”. Fir-rigward tas-sussidji li huma kkunsidrati l-aktar probabbli li joħolqu distorsjoni fis-suq intern skont l-Artikolu 5(1) tal-FSR, “l-effetti pożittivi huma inqas probabbli li jegħlbu l-effetti negattivi”. |
|
(45) |
Skont l-Artikolu 6(2) tal-FSR, l-eżitu tat-test tal-ibbilanċjar għandu jitqies mill-Kummissjoni “meta tiddeċiedi jekk […] taċċettax impenji” kif ukoll in-natura u l-livell ta’ dawk l-impenji. Skont il-premessa (21) tal-FSR, jekk l-effetti pożittivi jipprevalu, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li ma timponix miżuri ta’ rimedju. F’każ li l-effetti negattivi jipprevalu, it-test tal-ibbilanċjar jista’ jgħin biex jiġu stabbiliti n-natura u l-livell xierqa tal-impenji. |
|
(46) |
Fl-aħħar nett, skont il-premessa (9) tal-FSR, l-FSR “jenħtieġ li jiġi applikat u interpretat fid-dawl tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, inkluża dik relatata mal-għajnuna mill-Istat, il-fużjonijiet u l-akkwist pubbliku”. |
7. EŻISTENZA TA’ SUSSIDJI BARRANIN FIT-TRANŻAZZJONI
|
(47) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha, il-Kummissjoni sabet indikazzjonijiet preliminari ta’ sussidji barranin mogħtija lil e&, fil-forma ta’ self b’terminu mogħti lil e& fi […] Novembru 2022 minn konsorzju ta’ banek magħmul prinċipalment minn banek ikkontrollati mill-EGħM, garanzija illimitata mill-gvern tal-EGħM, liċenzja ta’ e& għall-forniment ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni fl-EGħM, u prezzijiet tat-telekomunikazzjoni regolati mill-EGħM. Il-Kummissjoni sabet ukoll li kien hemm indikazzjonijiet preliminari ta’ sussidji barranin mogħtija lill-EIA fil-forma ta’ għotjiet diretti mill-Ministeru għall-Finanzi tal-EGħM, self u avvanzi ripagabbli mill-Ministeru għall-Finanzi tal-EGħM, self ta’ faċilità ta’ kreditu rotanti minn konsorzju ta’ banek tal-EGħM (inklużi banek ikkontrollati mill-EGħM) u garanzija illimitata mill-gvern tal-EGħM. |
|
(48) |
Fit-Taqsimiet 7.1 sa 7.5, il-Kummissjoni tistabbilixxi l-valutazzjoni finali tagħha skont l-Artikolu 11 tal-FSR dwar jekk, wara l-investigazzjoni fil-fond, il-valutazzjoni preliminari dwar l-eżistenza ta’ sussidji barranin fit-Tranżazzjoni, kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, hijiex ikkonfermata. |
7.1. Is-Self b’Terminu
|
(49) |
Fin-notifika tagħha, il-Parti Notifikanti sostniet li t-Tranżazzjoni se tiġi ffinanzjata permezz ta’ self b’terminu, li ngħata fi […] Novembru 2022 minn sindakat ta’ ħames banek ([il-bank 1 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM], [il-bank 2 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM], [il-bank 3 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM], [il-bank 4 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM], u [sellief privat]) b’maturità ta’ [0-5] snin (is-“Self b’Terminu”). Il-Parti Notifikanti sostniet li, filwaqt li s-Self b’Terminu ġie stabbilit għal [l-għan tas-self], e& kellha l-intenzjoni li tużah biex tiffinanzja t-Tranżazzjoni. (16) |
|
(50) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni sabet indikazzjonijiet suffiċjenti li s-Self b’Terminu jikkwalifika bħala sussidju barrani skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tal-FSR li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 19 tal-FSR, u b’mod partikolari li ta benefiċċju lil e&, biex jiġġustifika l-ftuħ ta’ investigazzjoni fil-fond skont l-Artikolu 10(3) tal-FSR. |
7.1.1. Benefiċċju
|
(51) |
Is-Self b’Terminu huwa strutturat bħala:
|
|
(52) |
Fin-notifika tagħha, e& sostniet li s-Self b’Terminu kien skont termini tas-suq, b’mod partikolari bħala riżultat tal-involviment tas-[sellief privat] kemm fis-segmenti USD kif ukoll f’dawk AED, fejn l-azzjonijiet ta’ [sellief privat] ma humiex attribwibbli lil pajjiż terz. |
|
(53) |
Barra minn hekk, e& issottomettiet analiżi ta’ appoġġ imwettqa minn ditta ta’ ekonomisti. (22) L-analiżi tibbaża fuq l-eżistenza tal-involviment ta’ [sellief privat] u ssostni li (i) is-segment tal-USD huwa neċessarjament skont it-termini tas-suq, peress li huwa pprovdut minn [sellief privat], u (ii) is-segment konvenzjonali tal-AED u s-segment Iżlamiku tal-AED jenħtieġ li jkunu wkoll skont it-termini tas-suq, b’mod partikolari minħabba li d-differenza fil-marġni bejn is-segmenti tal-AED u tal-USD hija konsistenti mad-differenza fir-rendimenti tal-bonds innegozjati fis-suq u maħruġa fl-AED u fil-USD. (23) |
|
(54) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha, il-Kummissjoni qieset li l-impenn tas-[sellief privat], li jikkonsisti fis-segment sħiħ fl-USD ta’ USD [100-500] miljun u s-segment konvenzjonali fl-AED għal AED [500-1 000] miljun, huwa konsiderevolment inferjuri għall-impenji tas-selliefa l-oħra. Bħala tali, l-investiment privat jirrappreżenta biss madwar [5-10] % tal-investiment totali. Għalhekk, il-Kummissjoni sabet b’mod preliminari li l-investiment privat ma kienx suffiċjenti biex wieħed jassumi li r-riskji u l-benefiċċji assunti minn [il-bank 1 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM], [il-bank 2 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM], [il-bank 3 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM], u [il-bank 4 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM] huma fuq l-istess livell ta’ investituri privati li jipparteċipaw fl-istess self. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-analiżi tal-Parti Notifikanti kellha nuqqasijiet, peress li ma qabblitx b’mod xieraq is-Self b’Terminu ma’ tranżazzjonijiet komparabbli, bħal strumenti finanzjarji tal-istess maturità u superjorità u fl-istess munita. (24) |
|
(55) |
Fl-Osservazzjonijiet tagħha dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Parti Notifikanti sostniet li l-Kummissjoni naqset milli turi li għandha “indikazzjonijiet suffiċjenti”, kif mitlub mill-Artikoli 10(3) u 25(2) tal-FSR, li s-Self b’Terminu jagħti benefiċċju lill-Parti Notifikanti u li l-kunsiderazzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ [sellief privat] fil-konsorzju mutwanti bħala li ma tissodisfax il-prattika u l-ġurisprudenza stabbiliti sew dwar l-għajnuna mill-Istat tikkostitwixxi devjazzjoni mill-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni u l-ġurisprudenza stabbilita. (25) |
|
(56) |
B’mod partikolari, il-Parti Notifikanti fakkret li [sellief privat] ikkontribwixxa kważi EUR [0,5-1] biljun, ammont li, skont il-prattika tal-għajnuna mill-Istat, fil-fehma tagħha, ma setax jiġi kkaratterizzat bħala “simboliku” jew “marġinali”. (26) Barra minn hekk, il-Parti Notifikanti spjegat li l-parteċipazzjoni ta’ selliefa oħra ma taffettwax il-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu li sellief bħal [sellief privat] iwettaq qabel ma jidħol fi ftehim ta’ self, meta jitqies li l-impenji huma indipendenti minn xulxin. Għalhekk, il-parteċipazzjoni tal-banek tal-Istat tal-EGħM fis-Self b’Terminu ma kellhiex twassal biex [sellief privat] jaċċetta livell ogħla ta’ riskju. |
|
(57) |
Il-Kummissjoni vvalutat, abbażi tal-evidenza disponibbli, jekk il-kundizzjonijiet offruti minn [il-bank 1 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM], [il-bank 2 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM], [il-bank 3 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM], u [il-bank 4 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM] fl-impenji tagħhom fis-Self b’Terminu, jipprovdux benefiċċju lil e& meta mqabbel mal-kundizzjonijiet li jiġu offruti lil e& minn investituri privati, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha. (27) |
|
(58) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li s-Self b’Terminu jidher li ngħata lil e& mingħajr ma kien hemm xi diffikultà għal e& biex tikseb il-likwidità. B’mod partikolari, e& ma kinitx f’diffikultà finanzjarja dak iż-żmien, u kienet tgawdi minn klassifikazzjoni tal-kreditu għolja (f’livell ta’ AA- skont S&P Global Ratings (“S&P”)) (28) li kienet tagħmilha attraenti għall-investituri. e& ġabret ukoll finanzjament minn sorsi oħra fi żmien qrib ħafna tas-Self b’Terminu, inkluż fil-forma ta’ ħruġ ta’ bonds innegozjati pubblikament u self ikkuntrattat ma’ banek privati, li juri l-aċċess tal-kumpanija għal-likwidità fis-swieq barra l-finanzjament mill-banek tal-Istat tal-EGħM. (29) F’dak il-kuntest, il-parteċipazzjoni ta’ banek tal-Istat fis-Self b’terminu ma hijiex probabbli li affettwat il-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu ta’ e& minn [sellief privat], peress li dak ir-riskju huwa diġà meqjus mis-suq bħala partikolarment baxx, b’mod partikolari fir-rigward tal-eżistenza ta’ garanzija illimitata lil e& (ara l-premessi (100), u (123) sa (125)). |
|
(59) |
Madankollu, minkejja l-valur assolut tal-investiment privat ta’ [sellief privat], il-valur relattiv ta’ dak l-investiment meta mqabbel mal-investiment tal-banek li l-azzjonijiet tagħhom x’aktarx li huma attribwibbli lill-EGħM (30) ma jippermettix – waħdu – lill-Kummissjoni tikkonkludi li l-kontribuzzjonijiet ta’ dawk il-banek tal-Istat huma konsistenti ma’ investiment privat. |
|
(60) |
Fin-notifika tagħha, e& sostniet li ma setgħetx twettaq analiżi komparattiva xierqa tas-segment fl-AED, minħabba li ma għandha l-ebda “aċċess għat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ self komparabbli pprovdut lil impriżi terzi”. (31) Abbażi ta’ analiżi tas-suq tal-bonds maħruġa fl-AED, il-Kummissjoni tqis li, fil-fatt, in-numru limitat ta’ tali strumenti finanzjarji maħruġa f’din il-munita jagħmilha diffiċli li titwettaq analiżi komparattiva alternattiva fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku. Il-Kummissjoni tinnota li, fid-29 ta’ Awwissu 2024, l-għadd ta’ bonds korporattivi (inklużi bonds maturati) fl-AED maħruġa mill-2010 ’l hawn li għalihom kienet disponibbli data fuq Bloomberg kien ta’ inqas minn 50, (32) li fosthom bond korporattiv wieħed biss inħareġ fil-perjodu ta’ 6 xhur madwar id-data tal-għoti tas-Self b’Terminu. (33) Dan il-bond, (34) maħruġ minn [il-bank 2 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM] fi [it-tieni nofs tal-2022], huwa simili fit-termini tiegħu għal bond ieħor maħruġ minn [il-bank 2 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM] fi [it-tieni nofs tal-2023], (35) li għalih il-Parti Notifikanti spjegat li d-differenzi bejn is-Self b’Terminu u l-bond jistgħu jiġu spjegati mill-fatt li (i) il-finanzjament ta’ bank permezz tal-ħruġ ta’ bonds u l-finanzjament ta’ kumpanija bħal e& permezz tal-għoti ta’ self ivarja b’mod sinifikanti fin-natura tiegħu; u (ii) [il-bank 2 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM] għandu klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ A+, grad inqas mill-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ e&. (36) Barra minn hekk, il-Parti Notifikanti sostniet li, fil-każ speċifiku tal-bond maħruġ fi [it-tieni nofs 2023], ir-rata effettiva tal-imgħax tas-segmenti fl-AED tas-Self b’Terminu kienet ogħla b’mod sinifikanti mir-rata tal-imgħax tal-bond ta’ [il-bank 2 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM]. Fil-każ tal-bond maħruġ fi [it-tieni nofs tal-2022], ir-rendiment ta’ [5-10] % huwa fil-medda tar-rata effettiva tal-imgħax tas-segmenti fl-AED tas-Self b’Terminu fil-mument tal-għoti tiegħu, li kienet tammonta għal [1-5] %-[5-10] %. (37) Dan it-tqabbil – mal-uniku bond maħruġ minn [il-bank 2 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM] fi [it-tieni nofs tal-2023], fil-perjodu ta’ 6 xhur madwar l-għoti tas-Self b’Terminu – filwaqt li għandu l-limitazzjonijiet tiegħu, u għalhekk ma huwiex konklużiv waħdu, jappoġġa l-asserzjoni tal-Parti Notifikanti li s-Self b’Terminu ġie pprovdut skont it-termini tas-suq. |
|
(61) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li ma setgħetx twettaq analiżi komparattiva abbażi tar-rendimenti mal-maturità (38) tal-bonds korporattivi fl-AED minn [l-istess jum tas-Self b’Terminu] f’Novembru 2022 minħabba nuqqas ta’ data dwar bonds korporattivi likwidi nnegozjati pubblikament fl-AED. (39) Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li r-rendimenti mal-maturità taż-żewġ bonds tal-gvern tal-EGħM (40) kienu ta’ [1-5] % u [1-5] %, u għalhekk inqas mil-limitu aktar baxx tar-rata effettiva tal-imgħax tas-segmenti fl-AED. Għalhekk, din il-valutazzjoni komparattiva tappoġġa wkoll l-asserzjoni tal-Parti Notifikanti li s-Self b’Terminu ġie pprovdut skont it-termini tas-suq. |
|
(62) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li, fin-nuqqas ta’ kumpaniji simili bl-istess klassifikazzjoni tal-kreditu attivi fl-EGħM (ara l-premessa (100)), analiżi komparattiva abbażi ta’ self simili mogħti minn banek privati fl-AED ma kinitx tkun possibbli, meta jitqies li self simili bħal dan ma jeżistix. |
|
(63) |
Barra minn hekk, fuq talba, e& issottomettiet aktar evidenza li fi [it-tieni nofs tal-2023] kienet daħlet f’self għal ammont ta’ AED [100-500] miljun ma’ [il-bank 3 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM], u [selliefa privati]. Il-Parti Notifikanti ssostni, fil-kuntest ta’ dak is-self, li ż-żewġ selliefa privati ([selliefa privati]) huma responsabbli għal [60-70 %] tal-impenji sħaħ ta’ self, sabiex l-investiment ta’ [il-bank 3 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM] jista’ jitqies bħala pari passu ma’ investiment privat. B’konsegwenza ta’ dan, il-kundizzjonijiet ta’ dak is-self huma skont it-termini tas-suq. |
|
(64) |
Il-Parti Notifikanti ssostni li dak is-self huwa komparabbli mas-Self b’Terminu fis-sens li huwa (i) stabbilit fl-istess munita u (ii) għandu l-istess maturità ([1-5] snin). Dak is-self huwa soġġett ukoll għall-istess rata tal-imgħax EIBOR + [25-60] bps bħas-Self b’Terminu, għas-segment fl-AED tiegħu. F’dak ir-rigward, skont il-Parti Notifikanti, is-self jista’ jservi bħala komparatur sabiex jiġi vverifikat jekk is-Self b’Terminu huwiex skont it-termini tas-suq. |
|
(65) |
Il-Kummissjoni ssib li minbarra li ż-żewġ selfiet għandhom l-istess maturità, munita u rati tal-imgħax, iż-żewġ selfiet ma humiex garantiti u għalhekk huma tal-istess superjorità. Filwaqt li l-ammont ta’ dak is-self, AED [100-500] miljun, huwa fil-biċċa l-kbira inferjuri għall-ammont tal-impenji tal-banek tal-Istat tal-EGħM taħt is-Self b’Terminu, u għalhekk ma huwiex kompletament komparabbli mas-Self b’Terminu, dak is-self xorta huwa indikazzjoni li l-kundizzjonijiet tas-segmenti fl-AED tas-Self b’Terminu jistgħu jitqiesu bħala konsistenti ma’ dawk li l-investituri privati kienu joffru għal self ta’ ammonti aktar baxxi fejn il-maġġoranza tal-impenji ma jkunux ipprovduti minn banek tal-Istat tal-EGħM. |
|
(66) |
Fir-rigward tas-segment fl-USD, e& issottomettiet analiżi komparattiva abbażi tar-rendiment mal-maturità minn [l-istess jum tas-Self b’Terminu] Novembru 2022 tal-bonds korporattivi fl-USD maħruġa minn entitajiet bi klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ AA-. (41) Din l-analiżi turi li r-rata effettiva tal-imgħax tas-segment fl-USD tas-Self b’Terminu ([1-5] %- [5-10] %) (42) kienet konsistenti ma’, u saħansitra ogħla mill-maġġoranza l-kbira tar-rendimenti mal-maturità tal-bonds maħruġa minn entitajiet bl-istess klassifikazzjoni tal-kreditu bħal e&. e& innotat ukoll li s-Self b’Terminu huwa konformi mal-prezz tas-suq tal-bond maħruġ minn e& fi [l-ewwel nofs tal-2014] b’rendiment mal-maturità minn [l-istess jum tas-Self b’Terminu] Novembru 2022 ta’ [5-10] %, u għalhekk qrib il-limitu l-aktar baxx tar-rata effettiva tas-Self b’Terminu. |
|
(67) |
Il-Kummissjoni tinnota li ma kienx possibbli li titwettaq analiżi komparattiva li tkun limitata għall-bonds maħruġa minn kumpaniji attivi fl-istess settur u bl-istess klassifikazzjoni tal-kreditu bħal e& minbarra e&, minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni pubblika dwar dawn il-bonds fis-suq, u b’kont meħud ukoll li l-ebda wieħed mill-pari ta’ e& fis-settur tat-telekomunikazzjoni ma jgawdi klassifikazzjoni tal-kreditu għolja daqs dik ta’ e& (ara l-premessa (100)). |
|
(68) |
Minbarra l-osservazzjonijiet tal-Parti Notifikanti, il-Kummissjoni tinnota li, fost il-bonds korporattivi fl-USD bi klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ AA- maħruġa fit-3 xhur qabel id-data tal-għoti tas-Self b’Terminu, ir-rendiment nominali medju kien ta’ [1-5] % (43), u li aktar minn 80 % ta’ dawn il-bonds inħarġu b’rendiment nominali ta’ inqas minn [1-5] %, li huwa l-limitu l-aktar baxx tar-rata effettiva tas-Self b’Terminu. (44) |
|
(69) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ssib, b’kont meħud tal-evidenza disponibbli (il-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni ta’ [sellief privat] fis-Self b’Terminu, l-analiżi pprovduta mill-Parti Notifikanti rigward tqabbil tat-termini tas-segmenti fl-AED u fl-USD tas-Self b’Terminu, kif ukoll il-komparabbiltà tal-kundizzjonijiet tas-self lil e& ta’ [it-tieni nofs tal-2023], u l-informazzjoni disponibbli dwar tranżazzjonijiet tal-anqas parzjalment komparabbli), li l-evidenza tindika li s-Self b’Terminu, fih innifsu, ma jagħtix benefiċċju lil e&. |
|
(70) |
Il-Kummissjoni, fl-aħħar nett, tieħu nota tal-fatt li, minkejja li s-Self b’Terminu – identifikat bħala sussidju barrani potenzjali fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ – sar informazzjoni disponibbli għall-pubbliku u ġie identifikat aktar fl-RFIs lill-kompetituri tal-Mira, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda informazzjoni minn partijiet terzi, li fiha jqajmu dubji dwar il-konformità mas-suq tas-Self b’Terminu. (45) |
|
(71) |
Għalhekk, abbażi tal-informazzjoni fil-fajl tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni ssib fuq il-bilanċ tal-evidenza li l-valutazzjoni preliminari tagħha fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ li s-Self b’Terminu jagħti benefiċċju lil e& ma hijiex ikkonfermata. |
|
(72) |
Din is-sejba ma teskludix il-possibbiltà li l-kundizzjonijiet tas-Self b’Terminu jirriflettu l-eżistenza ta’ sussidji barranin oħra li tgawdi minnhom e&, b’mod partikolari l-eżistenza ta’ garanzija illimitata lil e&, li x’aktarx tqieset mill-banek li taw is-Self b’Terminu fl-analiżi tagħhom tar-riskju inerenti, kif kien ikun għal kwalunkwe finanzjament ieħor ipprovdut lil e&, kif se jiġi stabbilit fit-Taqsima 7.2. |
|
(73) |
Minħabba li l-Kummissjoni ssib li l-eżistenza ta’ benefiċċju għal e& li jirriżulta mis-Self b’Terminu ma hijiex ikkonfermata, ma hemmx bżonn li jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet l-oħra għall-eżistenza ta’ sussidju barrani skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tal-FSR. |
7.1.2. Konklużjoni
|
(74) |
Abbażi tal-elementi fit-Taqsima 7.1, il-Kummissjoni ssib, skont l-Artikolu 11(4) tal-FSR u wara l-investigazzjoni fil-fond, li l-valutazzjoni preliminari li s-Self b’Terminu jikkostitwixxi sussidju barrani, kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, ma hijiex ikkonfermata. |
7.2. L-eżistenza ta’ regoli speċifiċi dwar l-insolvenza, li jikkwalifikaw bħala garanzija illimitata
|
(75) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni sabet indikazzjonijiet suffiċjenti li l-kombinazzjoni ta’ (i) l-inapplikabbiltà ta’ proċedimenti ordinarji ta’ falliment altrimenti applikabbli fl-EGħM, li tikkostitwixxi garanzija illimitata, ma’ (ii) il-materjalizzazzjoni tagħha fit-termini ta’ benefiċċju probabbli tas-Self b’Terminu fit-3 snin qabel il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Strateġika (SPA, Strategic Partnership Agreement), tikkwalifika bħala sussidju barrani skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tal-FSR li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 19 tal-FSR li jiġġustifika l-ftuħ ta’ investigazzjoni fil-fond skont l-Artikolu 10(3) tal-FSR. (46) |
|
(76) |
Fl-Osservazzjonijiet tagħha dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Parti Notifikanti sostniet li (i) id-Deċiżjoni tal-Ftuħ iddikjarat b’mod żbaljat li l-Liġi tal-EGħM dwar il-Falliment ma tapplikax għal e&, fejn e& tista’ biss tagħżel li ma tipparteċipax f’dawn id-dispożizzjonijiet; (ii) l-indikazzjonijiet ma kinux suffiċjenti biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ garanzija, b’mod partikolari meta ma jkun hemm l-ebda obbligu legali għall-Istat tal-EGħM li jiggarantixxi d-djun ta’ e& u, kuntrarjament għall-ġurisprudenza stabbilita dwar l-għajnuna mill-Istat, fejn l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma jqisux l-appoġġ impliċitu, (iii) kien hemm sitwazzjonijiet fil-passat fejn il-kumpaniji kkontrollati mill-Istat tal-EGħM kienu soġġetti għal proċedimenti ta’ likwidazzjoni. (47) |
7.2.1. L-eżistenza ta’ garanzija illimitata
|
(77) |
Id-Digriet-Liġi Federali Nru 9 tal-2016 (il-“Liġi tal-2016 dwar il-Falliment”) jistabbilixxi l-qafas legali għar-ristrutturar finanzjarju tal-kumpaniji fl-EGħM, inklużi l-proċeduri għall-kompożizzjoni preventiva u l-falliment. B’mod partikolari, l-Artikolu 132 tal-Liġi tal-2016 dwar il-Falliment jistabbilixxi l-proċedura għal-“likwidazzjoni tal-proprjetajiet tad-debitur lejn kwalunkwe pretensjoni dovuta mid-debitur” u l-Artikoli 135 sa 138 jistabbilixxu l-proċedura għas-saldu tal-pretensjonijiet tal-kreditur. |
|
(78) |
L-Artikolu 2 tal-Liġi tal-2016 dwar il-Falliment jipprevedi li din tapplika, fost l-oħrajn, għall-“kumpanniji li ma humiex stabbiliti skont il-Liġi dwar il-Kumpaniji Kummerċjali u li huma kompletament jew parzjalment proprjetà tal-gvern federali jew lokali u li l-leġiżlazzjonijiet tal-istabbiliment, il-memorandums ta’ assoċjazzjoni jew l-istatut ta’ assoċjazzjoni tagħhom jipprevedu s-sottomissjoni tagħhom għad-dispożizzjonijiet ta’ dan id-Digriet Liġi”. |
|
(79) |
E& hija parzjalment proprjetà tal-gvern federali. Fil-fatt, il-Parti Notifikanti ssostni li e& hija kkontrollata u proprjetà maġġoritarja tal-EIA, li hija l-fond sovran tal-EGħM, ikkontrollat u proprjetà sħiħa tal-Gvern Federali tal-EGħM (ara l-premessa (2)). B’riżultat ta’ dan, bħal kull kumpanija oħra kkontrollata mill-Istat tal-EGħM, il-Parti Notifikanti ssostni li e& hija soġġetta biss għal-Liġi dwar il-Kumpaniji Kummerċjali sal-punt li dispożizzjonijiet speċifiċi fid-dokumenti kostituttivi tagħha ma jipprevedux mod ieħor. (48) Madankollu, l-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ e& jeskludi b’mod espliċitu l-applikazzjoni ta’ diversi dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar il-Kumpaniji Kummerċjali. (49) |
|
(80) |
Barra minn hekk, e& hija kumpanija “kompletament jew parzjalment proprjetà tal-gvern federali jew lokali” skont it-tifsira tal-Liġi tal-2016 dwar il-Falliment. |
|
(81) |
B’riżultat ta’ dan, e& hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Liġi tal-2016 dwar il-Falliment, sakemm ma tagħżilx li tkun soġġetta għaliha permezz tad-dokumenti kostituttivi tagħha. Id-dokumenti kostituttivi ta’ e&, li huma l-istatut ta’ assoċjazzjoni tagħha, ma jagħmlux tali għażla. |
|
(82) |
Il-Parti Notifikanti sostniet li “l-pożizzjoni legali dwar jekk e& hijiex soġġetta għal-Liġi [tal-2016] dwar il-Falliment tal-EGħM ma hijiex kompletament ħielsa minn kull dubju”. (50) Madankollu, il-Parti Notifikanti ma ressqet l-ebda element li jikkontradixxi s-sejba tal-Kummissjoni li e& hija soġġetta għal regoli ta’ insolvenza differenti minn dawk ġeneralment applikabbli għall-kumpaniji tal-EGħM. |
|
(83) |
Fil-prattika, e& għalhekk hija intitolata skont il-Liġi tal-2016 dwar il-Falliment li tkun soġġetta għal regoli ta’ insolvenza li huma derogatorji għal dawk applikabbli għall-kumpaniji kummerċjali ordinarji fl-EGħM. Għalhekk, l-azzjonisti ta’ E& għandhom il-kapaċità li jiddeċiedu unilateralment sa liema punt E& hija soġġetta għal-liġi ordinarja dwar il-falliment. |
|
(84) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssib li r-regoli dwar l-insolvenza li e& bħalissa, fil-fatt, hija soġġetta għalihom, jiddevjaw minn dawk applikabbli għal kumpaniji kummerċjali oħra fl-EGħM, kif spjegat fil-premessi (85) sa (91). |
|
(85) |
Il-Liġi tal-2016 dwar il-Falliment tipprevedi żewġ proċeduri ewlenin li debitur li jiffaċċja diffikultajiet finanzjarji jista’ jirrikorri għalihom. Fl-ewwel lok, possibbiltà miftuħa għad-debituri li “ma jridux ikunu waqfu jħallsu d-djun pendenti tagħhom għal perjodu ta’ aktar minn (30) tletin jum tax-xogħol konsekuttivi” biex jilħqu ftehim mal-kredituri tagħhom, taħt is-superviżjoni tal-qorti kompetenti. (51) Fit-tieni lok, proċedura ta’ falliment, indirizzata lil debituri li jkunu waqqfu l-ħlas lura tad-djun tagħhom “għal aktar minn (30) jum ta’ negozju konsekuttivi”. (52) Skont il-proċedura ta’ falliment, id-debituri eliġibbli jistgħu jesploraw il-possibbiltà li jirristrutturaw id-djun tagħhom, soġġett għat-tħejjija ta’ “skema ta’ ristrutturar” (jew pjan) li jeħtieġ li jiġi approvat mill-qorti kompetenti u minn ċerti kredituri. (53) Jekk ir-ristrutturar tad-djun ma jirnexxix, il-qorti kompetenti tiddikjara lid-debitur fallut, u dan iwassal għal-likwidazzjoni tal-assi tad-debitur. (54) Ir-rikors għall-proċedura ta’ falliment irid jiġi ppreżentat mid-debituri sakemm dawn jitqiesu insolventi, u jista’ jiġi ppreżentat ukoll mill-kredituri jew mill-prosekuzzjoni pubblika, jekk dan ikun fl-interess pubbliku. (55) |
|
(86) |
B’kuntrast ma’ dan, il-Parti Notifikanti tiġbor fil-qosor ir-regoli ta’ insolvenza applikabbli għal e&, li huma rregolati mill-istatut ta’ assoċjazzjoni tagħha, kif ġej:
|
|
(87) |
Dawn id-drittijiet tal-aħħar huma kkomplementati wkoll f’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Liġi Federali Nru (1) tal-1991 (kif emendata, il-“Liġi dwar e&”) li kkostitwiet lil e&; dawk id-dispożizzjonijiet jagħtu lill-EIA drittijiet speċjali fir-rigward tal-assi tat-telekomunikazzjoni ta’ e&. Skont l-Artikolu 11 tal-Liġi dwar e&, b’mod partikolari:
|
|
(88) |
Id-dispożizzjonijiet applikabbli għal e& għalhekk jiddevjaw mill-pożizzjoni ordinarja tal-kumpaniji kummerċjali tal-EGħM skont il-Liġi tal-2016 dwar il-Falliment b’diversi modi. |
|
(89) |
L-ewwel nett, id-dispożizzjonijiet applikabbli għal e& jipprevedu definizzjoni aktar dejqa ta’ avvenimenti ta’ insolvenza, li fl-istatut ta’ assoċjazzjoni tagħha huma limitati għal “it-telf tal-fondi kollha tagħha jew tal-biċċa l-kbira tagħhom b’mod li ma tkunx tista’ tinvesti l-fondi li jifdal b’mod denju”, meta mqabbla mal-Liġi tal-2016 dwar il-Falliment (63) li tistipula li debitur ikun soġġett għal proċedimenti ta’ falliment mal-“waqfien tal-pagament”. Bħala tali, ir-regoli ta’ insolvenza applikabbli għal e& jippermettulha tkompli l-operazzjonijiet tagħha lil hinn minn tali avveniment. |
|
(90) |
It-tieni, l-EIA għandha, bħala l-uniku “azzjonist speċjali”, id-dritt li topponi l-applikazzjoni ta’ proċedimenti ta’ falliment, sabiex e& tkun tista’ tevita wkoll il-proċedimenti ta’ insolvenza potenzjalment b’mod indefinit. |
|
(91) |
Fl-aħħar nett, jekk e& tidħol fi proċedimenti ta’ insolvenza, l-EIA se jkollha d-dritt li tiddetermina u tmexxi l-proċedimenti ta’ falliment kif jidhrilha xieraq, li jista’ jwassal biex il-proċedimenti ta’ insolvenza jkunu aktar favorevoli għall-attivitajiet ta’ e& milli kieku dawk il-proċedimenti ta’ insolvenza kienu mmexxija taħt superviżjoni ġudizzjarja. |
|
(92) |
Devjazzjonijiet bħal dawn mill-proċedimenti ordinarji ta’ falliment, li jirriżultaw f’kundizzjonijiet ta’ falliment aktar favorevoli, jenħtieġ li a priori jkunu suxxettibbli li joħolqu, fil-kredituri ta’ e&, aspettattivi li l-pretensjonijiet tagħhom ma jiġux issodisfati f’każ ta’ insolvenza, u dan jaffettwa b’mod negattiv il-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ e&. |
|
(93) |
Madankollu, dawk l-aspettattivi jinqalbu jekk l-eżenzjoni ta’ e& mil-Liġi tal-2016 dwar il-Falliment, u r-regoli ta’ insolvenza applikabbli għaliha, fil-fatt jappoġġaw konklużjoni li e& x’aktarx ma tkunx inadempjenti fuq id-djun tagħha. |
|
(94) |
Fil-kuntest tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji (l-“Avviż dwar il-Garanziji”), (64) jiddikjara fit-taqsima 1.2: “Il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll bħala għajnuna fil-forma ta’ garanzija t-termini ta’ finanzjament aktar favorevoli akkwistati minn intrapriżi li l-forma legali tagħhom teskludi proċeduri ta’ falliment jew proċeduri oħra ta’ insolvenza”. Fid-dawl tal-korp ta’ regoli dwar il-garanziji pubbliċi taħt l-għajnuna mill-Istat, l-inapplikabbiltà tal-proċeduri ta’ falliment jew ta’ insolvenza tista’ għalhekk tkun ekwivalenti għall-eżistenza ta’ garanzija mill-Istat. |
|
(95) |
F’dan il-każ, ċerti ċirkostanzi partikolari jistgħu jappoġġaw konklużjoni li e& ma hix probabbli li tkun inadempjenti fuq id-djun tagħha. |
|
(96) |
L-ewwel nett, dispożizzjonijiet oħra dwar l-insolvenza applikabbli għal e& juru li, fil-każ ta’ insolvenza ta’ e&, l-EIA mhux biss tiddetermina u tmexxi l-proċedimenti ta’ falliment, iżda tgawdi wkoll minn dritt ta’ preferenza fix-xiri tal-assi ta’ e& u d-dritt li topera n-network tat-telekomunikazzjoni ta’ e& għal perjodu ta’ mhux aktar minn 24 xahar. |
|
(97) |
Ċirkostanzi bħal dawn jindikaw li n-network tat-telekomunikazzjoni ta’ e& jikkostitwixxi assi kritiku u li, f’każ ta’ insolvenza, ikun hemm aspettattivi mtejba li l-gvern tal-EGħM, permezz tal-EIA, se jfittex li jiżgura l-kontinwità ta’ e&. Il-konklużjoni milħuqa f’dan ir-rigward hija riflessa wkoll fl-analiżi tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni. (65) |
|
(98) |
F’każ ta’ insolvenza, l-awtoritajiet tal-EGħM, permezz tal-EIA, huma mistennija li jipprovdu likwidità addizzjonali lil e&. Tali appoġġ jista’ jseħħ f’diversi forom (ekwità, self, jew forom oħra) li jippermettu lil e& tħallas id-djun tagħha. Min-naħa l-oħra, dan l-appoġġ fil-prattika jiżgura li l-kredituri jkollhom ċans akbar li jaraw il-pretensjonijiet tagħhom issodisfati milli kieku e& kienet kumpanija ordinarja tal-EGħM soġġetta għal-liġi ordinarja dwar il-falliment. |
|
(99) |
It-tieni, dawn l-aspettattivi huma partikolarment imsaħħa mill-fatt li, kif se turi l-Kummissjoni fit-Taqsima 7.5, l-EIA nnifisha tibbenefika wkoll minn garanzija illimitata mill-gvern tal-EGħM. F’dak il-kuntest, il-kombinazzjoni ta’ dik il-garanzija illimitata lill-EIA, mar-regoli derogatorji dwar l-insolvenza applikabbli għal e&, kif ukoll il-fatt li l-EIA tgawdi minn veto fuq kwalunkwe proċediment ta’ insolvenza ta’ e&, toħloq aspettattivi li l-EIA se tassisti lil e& f’każ ta’ diffikultajiet finanzjarji. |
|
(100) |
Hemm evidenza li l-kredituri ta’ e& għandhom aspettattivi għoljin li d-djun tagħhom se jiġu ssodisfati. Fil-fatt, e& tgawdi (i) l-aħjar klassifikazzjoni tal-kreditu minn S&P fis-suq f’bonds korporattivi denominati fl-AED, f’livell ta’ AA-, (66) u (ii) l-aħjar klassifikazzjoni tal-kreditu tal-pari tagħha. Fil-fatt, e& tgawdi wkoll klassifikazzjoni tal-kreditu ogħla mill-operaturi tat-telekomunikazzjoni bbażati fl-Ewropa u fl-Istati Uniti. (67) L-aġenziji tal-klassifikazzjoni jindikaw b’mod espliċitu probabbiltà għolja ta’ appoġġ pubbliku tal-kumpanija fl-EGħM. (68) L-appoġġ pubbliku huwa rifless ukoll fil-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ e&. (69) |
|
(101) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li t-termini komuni tas-Self b’Terminu (70) fihom bħala l-Klawżola 7.2 dispożizzjoni dwar bidla fil-kontroll li skontha, fil-każ ta’ bidla fil-kontroll, li taffettwa s-sjieda tal-EGħM, u tnaqqis fil-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ e& ta’ aktar minn [1-3] gradi taħt il-klassifikazzjoni kurrenti tagħha, [ċerti termini] jiġu nnegozjati mill-ġdid (jew f’ċerti okkażjonijiet [jistgħu jiġu attivati ċerti kundizzjonijiet]). (71) Dan huwa kkonfermat fit-tweġibiet għall-RFIs tal-Kummissjoni indirizzati lill-banek parteċipanti fis-Self b’Terminu. (72) Dawn iċ-ċirkostanzi jikkonfermaw li l-kredituri jqisu b’mod espliċitu l-appoġġ pubbliku mill-EGħM għal e& u li bidla fis-sehem tas-sjieda tal-EGħM (li twassal biex e& tkun soġġetta għal-Liġi tal-2016 dwar il-Falliment) hija mistennija li taffettwa l-klassifikazzjoni tal-kumpanija. |
|
(102) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li fiċ-ċirkostanzi preżenti, l-inapplikabbiltà tal-Liġi tal-2016 dwar il-Falliment għal e&, b’devjazzjoni mil-liġi komuni, (73) hija ugwali għall-eżistenza ta’ garanzija mill-Istat favur e&. Peress li din il-garanzija ma hijiex limitata fl-ammont jew fiż-żmien, il-Kummissjoni ssib li din tikkostitwixxi garanzija illimitata mill-Istat (il-“Garanzija Illimitata ta’ e&”). |
|
(103) |
Il-Parti Notifikanti ssostni li l-eżenzjoni mil-liġi tal-EGħM dwar il-falliment ma tistax tinftiehem bħala garanzija ta’ intervent pubbliku f’każ ta’ inadempjenza tal-kumpanija, peress li ma hemm l-ebda liġi jew regolament tal-EGħM li jirrikjedu li l-gvern tal-EGħM jipprovdi xi garanzija jew appoġġ ta’ salvataġġ f’każ ta’ insolvenza ta’ entità pubblika, u li, “fin-nuqqas ta’ kwalunkwe obbligu legali, is-sjieda tal-Istat u l-appoġġ politiku possibbli (iżda inerentement inċert) waħedhom ma humiex biżżejjed biex jikkostitwixxu benefiċċju skont it-tifsira tal-FSR jew tal-liġi tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-Parti Notifikanti ssostni li, għall-kuntrarju tal-każijiet ta’ għajnuna mill-Istat, e& tinsab f’pożizzjoni fattwali u legali differenti, fejn l-aġenziji tal-klassifikazzjoni ma jirrikonoxxux l-eżistenza ta’ xi garanzija impliċita mill-Istat favur e&.” (74) |
|
(104) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssib li l-eżistenza ta’ dispożizzjoni espliċita ma hijiex meħtieġa għas-sejba ta’ garanzija illimitata, fejn iċ-ċirkostanzi fattwali u legali inkwistjoni juru li teżisti tali garanzija. Il-Kummissjoni stabbiliet hawn fuq fit-Taqsima 7.2 li dan huwa l-każ. |
|
(105) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni wriet fil-premessa (99), li, kuntrarjament għall-asserzjoni tal-Parti Notifikanti, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni jqisu l-eżistenza ta’ probabbiltà qawwija ta’ intervent mill-Istat f’każ ta’ insolvenza ta’ e&. |
|
(106) |
Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tinnota li l-intervent finanzjarju tal-Istati Membri tal-UE, fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ insolvenza, huwa ristrett mill-qafas tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat. Dan ma huwiex il-każ fl-EGħM, li ġeneralment ma humiex ristretti fil-kapaċità tagħhom li jipprovdu assistenza finanzjarja lil kumpaniji f’diffikultà. Min-naħa tiegħu, flimkien mal-karatteristiċi l-oħra deskritti f’din it-taqsima, dan x’aktarx li jiġi rifless b’mod razzjonali f’aspettattivi akbar tal-kredituri ta’ appoġġ potenzjali akbar mill-EGħM meta mqabbel mal-appoġġ li seta’ nkiseb minn Stat Membru tal-UE. |
|
(107) |
Madankollu, il-Kummissjoni taqbel li ma tistax sempliċement tassumi l-eżistenza ta’ garanzija illimitata abbażi biss tas-sjieda pubblika. Pjuttost, il-Kummissjoni tqis korp ta’ evidenza li juri l-eżistenza ta’ garanzija ta’ pajjiż terz. F’din id-Deċiżjoni, għall-kuntrarju tal-asserzjoni tal-Parti Notifikanti, il-Kummissjoni ma tibbażax sempliċement fuq “l-eżistenza ta’ sjieda tal-Istat u appoġġ politiku possibbli (iżda mhux ċert)”, iżda tqis ir-reġim legali applikabbli għal e& f’każ ta’ insolvenza, flimkien mad-drittijiet speċifiċi li jgawdi l-gvern tal-EGħM (permezz tal-EIA) fir-rigward tal-assi ta’ e&, kif ukoll ċirkostanzi rilevanti oħra, bħar-rwol tal-EIA, il-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ e& u kif din tirrifletti l-aspettattivi tal-kredituri, li, fil-fehma tal-Kummissjoni, kollha flimkien juru l-eżistenza ta’ garanzija ta’ pajjiż terz. |
|
(108) |
Il-Parti Notifikanti tispjega wkoll li r-reġim speċjali applikabbli għal e& ma huwiex maħsub biex “isalva lil e& mill-falliment jew mil-likwidazzjoni, iżda pjuttost biex jiżgura l-forniment mingħajr interruzzjoni ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni fl-EGħM f’każ li e& issir insolventi.” Il-Parti Notifikanti tindika l-eżistenza ta’ reġimi simili fir-Renju Unit għal kumpaniji attivi f’infrastruttura kritika. Dispożizzjonijiet simili jeżistu wkoll skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (fil-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar (75)) fir-rigward tal-forniment kontinwu ta’ servizzi pubbliċi minn impriżi f’diffikultà. (76) |
|
(109) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssib li filwaqt li d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw id-dritt ta’ preferenza tal-EIA għax-xiri tal-assi kritiċi ta’ e& jistgħu jkunu ġġustifikati mill-ħtieġa li tiġi ppreservata dik il-kontinwità tas-servizz, il-limitazzjonijiet imposti fuq l-applikazzjoni ta’ proċedimenti ta’ falliment għal e&, kemm fl-ambitu tagħha kif ukoll fil-kapaċità tal-EIA li teżerċita veto fuq tali proċedimenti, imorru lil hinn minn dak l-iskop, peress li mhux biss jippreservaw il-kontroll u s-sjieda tal-Istat fuq dawk l-assi kritiċi, iżda jissalvagwardjaw ukoll l-eżistenza ta’ e& kollha kemm hi. |
|
(110) |
Il-Parti Notifikanti, fl-aħħar nett, tissuġġerixxi li hemm “eżempji fejn l-EGħM ma intervjenewx biex jipprovdu appoġġ finanzjarju lil entitajiet tal-Istat fil-passat”. F’dan ir-rigward, il-Parti Notifikanti tindika l-każ ta’ żewġ kumpaniji tal-Istat tal-EGħM: ristrutturar tad-dejn ta’ Dubai Group LLC fl-2012, u l-proċedimenti ta’ insolvenza applikati għal Arabtec Holding PJSC fl-2020. (77) |
|
(111) |
Fir-rigward ta’ Dubai Group LLC, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza ta’ xi intervent mill-Istat li kien meħtieġ biex Dubai Group LLC tkun solventi, jew xi evidenza li Dubai Group LLC kienet insolventi fl-ewwel lok. (78) Għalhekk, dan il-każ ma jurix jekk l-EGħM jipprovdux appoġġ lil kumpaniji f’diffikultà. |
|
(112) |
Fir-rigward ta’ Arabtec Holding PJSC, il-Kummissjoni ssib li, preċiżament minħabba li Arabtec Holding PJSC kienet soġġetta għal proċediment ordinarju ta’ falliment tal-EGħM, is-sitwazzjoni tagħha ma hijiex komparabbli ma’ dik ta’ e&, fejn id-devjazzjonijiet identifikati fil-Liġi tal-2016 dwar il-Falliment huma indikattivi ta’ garanzija mill-Istat. Barra minn hekk, Arabtec Holding PJSC hija, skont il-Parti Notifikanti, “kumpanija ewlenija tal-kostruzzjoni”, u għalhekk ma huwiex ċar jekk l-attivitajiet tagħha humiex kritiċi għall-EGħM u jekk is-sitwazzjoni tagħha hijiex komparabbli ma’ ta’ e&. |
|
(113) |
Fl-aħħar nett, il-probabbiltà li l-Istat jintervjeni fil-każ ta’ diffikultajiet finanzjarji għal e&, b’mod partikolari fl-aspettattivi tal-kredituri, hija murija minn intervent simili għall-benefiċċju ta’ Dubai World, investitur kbir li huwa proprjetà tal-emirat ta’ Dubai. Fil-fatt, meta Dubai World iffaċċja diffikultajiet finanzjarji fl-2009, il-Gvern tal-Emirat ta’ Abu Dhabi eventwalment iddeċieda li jipprovdi tali appoġġ finanzjarju lil Dubai World. (79) |
|
(114) |
Il-Kummissjoni tosserva wkoll li t-tħassib imqajjem fit-Taqsima 7.2.1 fir-rigward tal-inapplikabbiltà tar-regoli dwar l-insolvenza tal-EGħM u l-perċezzjoni tas-suq li tirriżulta dwar il-preżenza ta’ appoġġ mill-Istat fuq bażi kontinwa lil e&, ġew ikkonfermati mis-sottomissjonijiet ta’ xi wħud mill-kompetituri tal-Mira fis-suq intern. (80) |
|
(115) |
Abbażi tal-elementi fit-Taqsima 7.2.1, il-Kummissjoni ssib li e& tibbenefika minn garanzija illimitata mill-Istat, li tirriżulta mid-devjazzjonijiet tal-istatut ta’ assoċjazzjoni tagħha mil-liġi ordinarja dwar il-falliment. |
7.2.2. Kwalifika bħala kontribuzzjoni finanzjarja
|
(116) |
Il-Garanzija Illimitata ta’ e& tista’ tiggarantixxi s-self ta’ e& u għalhekk tikkostitwixxi, fost l-oħrajn, garanzija ta’ self li hija elenkata b’mod espliċitu bħala kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2)(a) tal-FSR. |
|
(117) |
Barra minn hekk, il-Garanzija Illimitata ta’ e& toħloq riskju serju u konkret li timponi piż addizzjonali fuq l-EGħM fil-futur, u b’hekk tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja. |
|
(118) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ssib li l-Garanzija Illimitata ta’ e& tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tal-FSR. |
7.2.3. Attribwibbiltà lil pajjiż terz
|
(119) |
Il-Kummissjoni tqis li l-Garanzija Illimitata ta’ e&, li toħroġ mir-regoli partikolari dwar l-insolvenza applikabbli għal e&, tirriżulta minn dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-EGħM li jippermettu li e& ma tkunx soġġetta għar-regoli ordinarji tal-insolvenza applikabbli għall-kumpaniji tal-EGħM. |
|
(120) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-Garanzija Illimitata ta’ e& hija pprovduta mill-EGħM, pajjiż terz skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tal-FSR. |
|
(121) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li fiċ-ċirkostanzi partikolari ta’ dan il-każ, id-deċiżjoni li tintuża dik il-fakultà prevista fil-liġi biex e& ma tiġix soġġetta għar-regoli ordinarji tal-insolvenza, hija attribwibbli wkoll lill-EGħM. Fil-fatt, emenda tal-istatut ta’ assoċjazzjoni tista’ tiġi deċiża fil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti, li hija kkontrollata mill-EIA u fejn l-EIA tgawdi wkoll minn veto fuq kwalunkwe emenda. (81) |
|
(122) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-EIA hija awtorità pubblika stabbilita bil-liġi, subordinata għall-Kabinett tal-EGħM. (82) Hija l-“entità esklużiva responsabbli għall-investiment u għar-riinvestiment tal-fondi allokati mill-Kabinett”, u għandha s-setgħa li tifformula u tikkoordina l-politiki ta’ investiment tal-Istat u li tirrappreżenta lill-Gvern Federali fi proġetti ta’ investiment u f’fondi ta’ investiment. (83) L-impjegati tagħha huma wkoll uffiċjali pubbliċi. (84) Għalhekk, l-EIA tikkwalifika bħala “awtorità pubblika” skont l-Artikolu 3(2), it-tieni inċiż (a) tal-FSR. |
7.2.4. Benefiċċju
|
(123) |
L-eżistenza tal-Garanzija Illimitata ta’ e& fiha nnifisha tista’ titqies bħala li tagħti benefiċċju lill-Parti Notifikanti, minħabba l-aspettattivi mtejba tal-kredituri ta’ e& li l-pretensjonijiet finanzjarji tagħhom se jiġu onorati. B’riżultat ta’ dan, l-eżistenza tal-Garanzija Illimitata ta’ e& tista’ ttejjeb il-kundizzjonijiet tat-tranżazzjonijiet kemm kummerċjali kif ukoll finanzjarji li fihom tidħol e&, kif ukoll tippermetti aċċess aktar faċli għal dawn it-tranżazzjonijiet. L-eżistenza ta’ tali benefiċċju tista’ tiġi preżunta malli tiġi stabbilita l-Garanzija Illimitata ta’ e&. (85) |
|
(124) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssib li l-Garanzija Illimitata ta’ e& setgħet influwenzat il-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ e& u b’hekk saħħet il-pożizzjoni ta’ e& fl-ikkuntrattar u l-ħruġ ta’ diversi self, bonds u strumenti oħra ta’ dejn qabel it-Tranżazzjoni, inkluż tal-kundizzjonijiet ta’ finanzjament tagħha taħt is-Self b’Terminu. |
|
(125) |
Hemm evidenza konkreta li dan huwa l-każ, peress li, kif sottolinjat fil-premessa (101), l-eżistenza tal-Garanzija Illimitata ta’ e& influwenzat il-kundizzjonijiet tas-Self b’Terminu. Barra minn hekk, il-Parti Notifikanti ssottomettiet lista ta’ self, bonds u strumenti oħra ta’ dejn ikkuntrattati fit-3 snin ta’ qabel it-Tranżazzjoni, (86) għal total stmat ta’ EUR [10-20] biljun, (87) li l-kundizzjonijiet tagħhom setgħu ġew influwenzati mill-eżistenza tal-Garanzija Illimitata ta’ e&. |
|
(126) |
Fl-istess ħin, e& ma tħallasx tariffa għall-Garanzija Illimitata ta’ e&. L-ikkuntrattar ta’ kwalunkwe garanzija fis-suq normalment jiġi kkumpensat b’tariffa li tagħti remunerazzjoni lill-garanti għar-riskji li jassumi. Fin-nuqqas ta’ tariffa bħal din, il-Garanzija Illimitata ta’ e& tagħti benefiċċju lil e&. |
|
(127) |
B’mod partikolari, anki jekk e&, f’ċertu mument, “ma kinitx probabbli li tiffaċċja kwalunkwe diffikultà finanzjarja tagħmel l-falliment riskju konkret”, il-Kummissjoni tinnota li r-riskju meħud mill-EGħM fil-garanzija tal-obbligi ta’ e&, jeżisti. Fil-fatt, pajjiż terz li jieħu responsabbiltà konġunta għad-djun ta’ impriża dejjem joħloq riskju ta’ intervent. |
|
(128) |
Barra minn hekk, peress li l-Garanzija Illimitata ta’ e& hija illimitata kemm fiż-żmien kif ukoll fil-valur tagħha, hija ma tistabbilixxi l-ebda limitu fuq it-tranżazzjonijiet li e& tista’ tidħol fihom jew ir-riskji li tista’ tieħu, u ma hijiex limitata għat-twettiq ta’ ċertu proġett jew għal ċerta durata. Għalhekk, l-ambitu ta’ dik il-garanzija jespandi kull darba li e& tikkuntratta obbligu ġdid li jkun kopert minn dik il-Garanzija Illimitata ta’ e&. B’riżultat ta’ dan, ir-riskji meħuda mill-pajjiż terz ukoll ma humiex limitati. |
|
(129) |
F’dan il-kuntest, ma hemm l-ebda ċirkostanza li fiha tista’ tiġi ddeterminata jew imħallsa tariffa xierqa tal-garanzija mill-impriża. Filwaqt li l-għoti ta’ garanzija normalment irid jirrifletti r-riskju li jkun qed jiġi ttrasferit, minn perspettiva ex ante, u għalhekk jirrikjedi kapaċità minima li tiġi ffurmata aspettattiva ta’ liema avvenimenti futuri qed jiġu koperti u x’riskju jinvolvu, dan ma jistax jinkiseb fil-każ ta’ garanzija illimitata. (88) In-natura illimitata tal-garanzija tfisser li din tkopri obbligazzjonijiet li lanqas biss kienu konċepibbli fiż-żmien meta ġiet stabbilita għall-ewwel darba. Bħala tali, il-kapaċità ta’ e& li tespandi b’mod unilaterali l-ambitu tal-garanzija mingħajr limitu timplika li ma hemm l-ebda possibbiltà, fi kwalunkwe ħin, li dik il-garanzija u r-remunerazzjoni tagħha jirriflettu kwalunkwe valutazzjoni raġonevoli tar-riskju. Min-naħa l-oħra, huwa improbabbli li operatur tas-suq privat jipprovdi b’mod razzjonali tali garanzija lil e&. |
|
(130) |
F’dak il-kuntest, il-Garanzija Illimitata ta’ e&, li hija illimitata, u li ma hija remunerata bl-ebda tariffa, ma nkisbitx minn e& f’kundizzjonijiet normali tas-suq. |
|
(131) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-Garanzija Illimitata ta’ e& tagħti benefiċċju lill-Parti Notifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tal-FSR. |
7.2.5. Limitazzjoni għal ċerti impriżi jew industriji
|
(132) |
Id-disponibbiltà ta’ garanzija illimitata hija limitata għal kumpaniji li huma “kompletament jew parzjalment proprjetà tal-gvern federali jew lokali tal-EGħM” (ara l-premessa (78)), filwaqt li kumpaniji oħra fl-EGħM huma soġġetti għall-proċeduri obbligatorji ta’ likwidazzjoni u stralċ previsti mil-Liġi tal-2016 dwar il-Falliment. Bħala tali, il-Garanzija Illimitata ta’ e& hija limitata fil-liġi għal ċerti impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tal-FSR. |
|
(133) |
Barra minn hekk, din il-possibbiltà li e& tiġi soġġetta għal regoli differenti ta’ insolvenza fil-fatt intużat, bħala riżultat tad-deċiżjoni meħuda mill-EGħM, permezz tal-EIA, li tadotta statut ta’ assoċjazzjoni għal e& li jistabbilixxi regoli li jvarjaw mir-regoli ordinarji tal-insolvenza. Dan l-istatut ta’ assoċjazzjoni huwa speċifiku għal e&, b’mod li l-Garanzija Illimitata ta’ e& hija fil-fatt limitata wkoll għal ċerti impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tal-FSR. |
|
(134) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Garanzija Illimitata ta’ e& tagħti benefiċċju lill-Parti Notifikanti, li huwa limitat, fil-liġi jew fil-fatt, għal impriża jew industrija waħda jew aktar, skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tal-FSR. |
7.2.6. Għoti tas-sussidju barrani fit-3 snin ta’ qabel il-konklużjoni tal-ftehim
|
(135) |
Skont l-Artikolu 19 tal-FSR, is-sussidji barranin mogħtija fit-3 snin ta’ qabel il-konklużjoni tal-ftehim biss għandhom jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni ta’ konċentrazzjoni. Skont il-premessa (15) tal-FSR, “jenħtieġ li sussidju barrani jitqies mogħti mill-mument li l-benefiċjarju jikseb intitolament li jirċievi s-sussidju barrani. L-iżborż attwali tas-sussidju barrani ma huwiex kundizzjoni meħtieġa biex sussidju barrani jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.” |
|
(136) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssib li l-Garanzija Illimitata ta’ e& hija riżultat tar-regoli partikolari stabbiliti fl-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ e&, li jipprevedi regoli differenti minn dawk skont il-Liġi tal-2016 dwar il-Falliment. F’dak ir-rigward, skont il-Liġi tal-2016 dwar il-Falliment, e& kellha l-għażla li tagħżel volontarjament l-applikazzjoni ta’ dik il-liġi. Bħala tali, il-Garanzija Illimitata ta’ e& tista’ titqies bħala mġedda b’mod sistematiku u għalhekk mogħtija f’kull assemblea ġenerali tal-azzjonisti ta’ e&, sakemm l-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ e& jipprovdi regoli differenti minn dawk skont il-Liġi tal-2016 dwar il-Falliment. |
|
(137) |
Dan huwa saħansitra aktar il-każ meta d-deċiżjoni li jinżammu regoli derogatorji dwar l-insolvenza fl-istatut ta’ assoċjazzjoni hija deċiżjoni tal-azzjonisti ta’ e&, li hija attribwibbli wkoll lill-EGħM (ara t-Taqsima 7.2.3), (89) sabiex l-EGħM, permezz tal-EIA, qed jieħdu deċiżjoni annwali li jkomplu l-Garanzija Illimitata ta’ e&. |
|
(138) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ssib li l-Garanzija Illimitata ta’ e& ingħatat fit-3 snin ta’ qabel l-iffirmar tal-SPA skont it-tifsira tal-Artikolu 19 tal-FSR. |
7.2.7. Konklużjoni
|
(139) |
Abbażi tal-elementi fit-Taqsima 7.2, il-Kummissjoni ssib li l-inapplikabbiltà ta’ proċedimenti ordinarji ta’ falliment altrimenti applikabbli fl-EGħM li tikkostitwixxi garanzija illimitata tikkwalifika bħala sussidju barrani fit-Tranżazzjoni, mogħtija fit-3 snin qabel il-konklużjoni tal-SPA, skont it-tifsira tal-Artikoli 3 u 19 tal-FSR. |
7.3. Il-liċenzja ta’ e& għall-forniment ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni fl-EGħM
|
(140) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni sabet indikazzjonijiet suffiċjenti li l-għoti ta’ liċenzja tat-telekomunikazzjoni fl-EGħM lil e& jista’ jwassal għar-rinunzja għal dħul li altrimenti jkun dovut, fil-forma ta’ dritt speċjali mingħajr remunerazzjoni adegwata skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2)(b) tal-FSR li jiġġustifikaw il-ftuħ ta’ investigazzjoni fil-fond skont l-Artikolu 10(3) tal-FSR. (90) |
|
(141) |
Fl-Osservazzjonijiet tagħha dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Parti Notifikanti kkontestat din is-sejba preliminari, b’mod partikolari għar-raġuni li l-Kummissjoni ma wrietx li l-liċenzja ma ġietx ipprovduta f’kundizzjonijiet normali tas-suq. (91) |
7.3.1. Kwalifika bħala kontribuzzjoni finanzjarja
|
(142) |
Skont l-Artikolu 3(2)(b) tal-FSR, kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tieħu l-forma ta’ “ir-rinunzja għal dħul li altrimenti jkun dovut, bħal […] l-għoti ta’ drittijiet speċjali jew esklużivi mingħajr remunerazzjoni adegwata”. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi stabbilit, l-ewwel, jekk ingħatawx drittijiet speċjali jew esklużivi lil e&, u t-tieni, jekk e& ħallsitx remunerazzjoni adegwata għall-kisba ta’ dawn id-drittijiet. |
7.3.1.1. L-eżistenza ta’ dritt speċjali
|
(143) |
“Drittijiet speċjali jew esklużivi” huwa kunċett li huwa rikonoxxut fl-Artikolu 106(1) TFUE, li jistipula li “Dwar impriżi pubbliċi u impriżi li lilhom jagħtu drittijiet speċjali jew esklużivi, l-Istati Membri ma għandhom la jiddekretaw u lanqas iżommu fis-seħħ miżuri kuntrarji għar-regoli fit-Trattati, b’mod partikolari, għal dawk li hemm fl-Artikolu 18 u fl-Artikoli 101 sa 109 inklużi.” Fl-Unjoni, il-kunċett ta’ drittijiet speċjali, fil-kuntest tat-telekomunikazzjoni, huwa definit aktar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE tas-16 ta’ Settembru 2002 dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. L-Artikolu 1(6) tad-Direttiva 2002/77/KE jiddefinixxi drittijiet speċjali bħala: ““drittijiet speċjali” għandhom ifissru drittijiet mogħtija minn Stat Membru lil numru limitat ta’ impriżi permezz ta’ strument leġislattiv, regolatorju jew amministrattiv li, f’ċerta settur ġeografiku: (a) jinnominaw jew jillimitaw għal tnejn jew iżjed in-numru ta’ tali impriżi awtorizzati li jipprovdu servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jew iwettqu attività tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, minflok skont kriterji oġġettivi, proporzjonali u mhux diskriminatorji […]”. (92) Din id-definizzjoni, b’mod partikolari l-karatterizzazzjoni tal-kriterji, hija bbażata fuq il-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni. (93) |
|
(144) |
Fid-dawl tar-relazzjoni bejn l-FSR u l-liġi tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, kif rikonoxxuta fil-premessa (9) tal-FSR, u s-settur ikkonċernat, il-Kummissjoni tqis li f’dan il-każ huwa ġġustifikat li d-definizzjoni ta’ hawn fuq u l-kriterji tagħha jintużaw b’analoġija għall-finijiet tal-FSR, peress li dak ir-Regolament juża l-istess termini ta’ “drittijiet speċjali jew esklużivi”. |
|
(145) |
Fir-rigward tal-qafas legali nazzjonali applikabbli fl-EGħM, l-Artikolu 31 tal-Liġi Federali bid-Digriet Nru 3 tal-2003 dwar l-Organizzazzjoni tas-Settur tat-Telekomunikazzjoni (il-”Liġi tal-EGħM dwar it-Telekomunikazzjoni”) jipprojbixxi t-twettiq ta’ kwalunkwe “Attività Regolata” kif definita minn dik il-liġi (li tinkludi t-tħaddim ta’ network pubbliku tat-telekomunikazzjoni jew il-provvista ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni lill-abbonati fl-EGħM) mingħajr liċenzja maħruġa mill-Awtorità Regolatorja tat-Telekomunikazzjoni u tal-Gvern Diġitali (“TDRA, Telecommunications and Digital Government Regulatory Authority”) tal-EGħM, sakemm ma tapplikax eżenzjoni rilevanti. L-Artikolu 2 tar-Riżoluzzjoni Nru. (6) tal-2008 maħruġa mit-TDRA jistipula li hija l-entità responsabbli għal-liċenzjar ta’ attivitajiet regolati. (94) |
|
(146) |
F’dan ir-rigward, e& kienet l-uniku operatur tat-telekomunikazzjoni liċenzjat sal-2006. Il-liċenzja kurrenti ta’ E& inkisbet fl-2006 u hija valida sal-2025. (95) It-TDRA tat liċenzja oħra lil Emirates Integrated Telecommunications Company P.J.S.C. (“du”), li hija wkoll proprjetà ta’ u kkontrollata mill-Gvern tal-EGħM permezz tal-EIA. Iż-żewġ kumpaniji jipprovdu servizzi tat-telekomunikazzjoni skont il-liċenzji rispettivi tagħhom. Il-liċenzji mogħtija lil e& u lil du ma humiex limitati għal xi tip partikolari ta’ servizz jew reġjun fl-EGħM, peress li “it-tnejn li huma huma permessi jipprovdu s-servizzi rilevanti kollha fir-reġjuni kollha tal-EGħM”. (96) Ma hemm l-ebda detentur ieħor ta’ liċenzja tat-telekomunikazzjoni fl-EGħM. |
|
(147) |
Il-Kummissjoni ssib li elementi addizzjonali jappoġġaw id-diskrezzjoni tal-awtoritajiet tal-EGħM li jirriżervaw l-għoti ta’ liċenzja tat-telekomunikazzjoni fl-EGħM lil numru limitat ta’ impriżi. |
|
(148) |
Is-settur tat-telekomunikazzjoni tal-EGħM huwa meqjus bħala settur b’“impatt strateġiku”, u d-detenturi tal-liċenzji tat-telekomunikazzjoni tal-EGħM iridu jibqgħu taħt sjieda domestika b’minimu ta’ 51 % tal-azzjonisti mill-EGħM, (97) li huwa rifless fid-dokumenti kostituttivi ta’ e&. (98) Dan il-limitu japplika wkoll għall-eliġibbiltà ta’ parteċipant ġdid potenzjali. (99) |
|
(149) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 26 tal-Liġi tal-EGħM dwar it-Telekomunikazzjoni jistipula li “[l]-[EIA] għandha tassumi [...] ir-responsabbiltà li tirrappreżenta lill-Gvern bħala azzjonist f’korporazzjonijiet u kumpaniji fis-settur tat-telekomunikazzjoni u għandha teżerċita s-setgħat meħtieġa, sakemm l-istatut ta’ assoċjazzjoni tagħhom ma jsostnix mod ieħor”. Barra minn hekk, l-Artikoli 28 u 34 jipprevedu li “Fil-każijiet kollha, ma għandha tinħareġ l-ebda Liċenzja lill-ebda entità sakemm tali entità ma tkunx entità ġuridika stabbilita skont deċiżjoni maħruġa mill-Bord [tat-TDRA]”, li “Il-Bord għandu l-awtorità li jagħti jew jirrifjuta Liċenzja lil applikant”, u li “Id-deċiżjoni tal-Bord f’dan ir-rigward għandha tkun finali u vinkolanti fuq l-applikant u ma tista’ tiġi kkontestata jew appellata assolutament bl-ebda mod”. |
|
(150) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ssib li l-għoti ta’ liċenzja tat-telekomunikazzjoni fl-EGħM lil e& jikkwalifika bħala dritt speċjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2)(b) tal-FSR. |
|
(151) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Parti Notifikanti ma tikkontestax li e& tibbenefika mid-dritt speċjali, ibbażat fuq il-liċenzja maħruġa mit-TDRA. |
7.3.1.2. Remunerazzjoni adegwata
|
(152) |
Skont id-Direttiva tal-Unjoni li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, ir-remunerazzjoni għal dritt speċjali jew esklużiv tista’ titqies bħala “adegwata”, fil-kuntest tat-telekomunikazzjoni, meta “it-tariffi korrispondenti jkunu oġġettivament ġustifikati, trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonati fir-rigward tal-iskop maħsub tagħhom”. (100) |
|
(153) |
Barra minn hekk, il-punti 53 u 54 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat jiċċaraw dan li ġej: (101) “L-għoti ta’ aċċess lil dominju pubbliku jew riżorsi naturali jew l-għoti ta’ drittijiet speċjali jew esklussivi mingħajr remunerazzjoni adegwata skont ir-rati tas-suq jistgħu jikkostitwixxu rinunzja għal riżorsi tal-Istat (kif ukoll l-għoti ta’ vantaġġ). F’dawn il-każijiet irid jiġi stabbilit jekk l-Istat, minbarra r-rwol tiegħu ta’ ġestjoni tal-assi pubbliċi inkwistjoni, jaġixxix bħala regolatur li jwettaq l-objettivi ta’ politika billi jagħmel il-proċess tal-għażla tal-impriżi kkonċernati soġġetti għal kriterji kwalitattivi (stabbiliti ex ante b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju). Meta l-Istat jaġixxi bħala regolatur, jista’ jiddeċiedi b’mod leġittimu li ma jimmassimizzax id-dħul li seta’ kieku nkiseb, mingħajr ma jaqa’ taħt l-ambitu tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, sakemm l-operaturi kkonċernati kollha jkunu ttrattati b’konformità mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, u hemm rabta inerenti bejn il-kisba tal-finijiet regolatorji u r-rinunzja għad-dħul.” |
|
(154) |
Il-Parti Notifikanti ssostni li e&, bħal du, hija soġġetta għall-obbligu li tħallas “tariffa tar-royalties federali” annwali lill-Ministeru għall-Finanzi tal-gvern federali tal-EGħM. Il-Parti Notifikanti kkonfermat li t-tariffi mħallsa minn e& (u du) “taħt l-iskema tar-royalties federali huma inkonsiderazzjoni tas-servizzi li jipprovdu taħt il-liċenzji tat-telekomunikazzjoni tat-TDRA rispettivi tagħhom, u huma imposta marbuta mal-prestazzjoni finanzjarja tad-detenturi ta’ liċenzja rispettivi.” (102) Skont e&, il-qafas legali rilevanti (103) “ma jirreferi għall-ebda faċilità federali jew assi oħra li fir-rigward tagħhom hija pagabbli r-royalty”, u “e& dejjem kellha l-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni tagħha stess”. (104) |
|
(155) |
e& issostni wkoll li l-uniċi faċilitajiet federali li tuża fl-EGħM jikkonsistu f’art proprjetà tal-Istat u drittijiet ta’ passaġġ fuq dik l-art, li jingħataw lill-operaturi tat-telekomunikazzjoni “bla ħlas” skont il-Liġi dwar it-Telekomunikazzjoni tal-EGħM, (105) tip ta’ arranġament li jeżisti wkoll fl-Unjoni. (106) |
|
(156) |
Għalhekk, il-Kummissjoni se tivvaluta sa liema punt huma stabbiliti s-sottomissjonijiet tal-Parti Notifikanti u għalhekk jekk it-tariffa tar-royalties isservix biex tiġi remunerata b’mod adegwat il-liċenzja għall-forniment ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni. |
|
(157) |
Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat (ara l-premessa (153)), il-Kummissjoni ssib, b’analoġija, dan li ġej. |
|
(158) |
L-ewwel nett, meta tistabbilixxi t-tariffa annwali tar-royalties federali, l-awtorità rilevanti tkun qed taġixxi bħala regolatur, u b’hekk tissodisfa l-mandat mogħti lilha mill-Gvern tal-EGħM skont il-qafas legali tal-EGħM (ara l-premessa (154)). Matul l-investigazzjoni fil-fond, it-TDRA kkonfermat din in-natura regolatorja tat-tariffa tar-royalties, amministrata mill-Ministeru għall-Finanzi: “Il-livell tat-tariffa tar-royalties federali huwa stabbilit b’deċiżjoni tal-Kabinett tal-EGħM […]. L-iskema tar-royalties hija amministrata mill-Ministeru għall-Finanzi”. (107) |
|
(159) |
It-tieni, fil-kapaċità tagħhom bħala regolatur, l-EGħM jistgħu jiddeċiedu b’mod leġittimu li ma jimmassimizzawx id-dħul li altrimenti seta’ jinkiseb. Fil-paragrafu 85 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni qieset b’mod preliminari li l-bażi għat-tariffa tar-royalties federali tinkludi elementi mhux relatati mad-dritt speċjali li hija maħsuba li tirremunera, peress li tinkludi profitti minn attivitajiet mhux regolati u ċerti profitti barranin. (108) Filwaqt li dan jista’ jkun il-każ, il-Kummissjoni tinnota li filwaqt li dawn l-elementi addizzjonali jistgħu ma jkunux marbuta mas-servizzi soġġetti għal-liċenzja, dawn ma jwasslux biex ir-remunerazzjoni tkun baxxa wisq. Jekk xejn, dawn jagħmlu t-tariffa tar-royalties ogħla mil-livell adegwat għas-servizzi kkonċernati mid-dritt speċjali. B’mod partikolari, il-profitti barranin, b’definizzjoni, ma jinkisbux abbażi ta’ liċenzja biex wieħed jopera fl-EGħM. |
|
(160) |
It-tielet, il-Kummissjoni tinnota li t-tariffa tar-royalties imħallsa tidher pjuttost sinifikanti: mill-2018, it-tariffa tar-royalties kienet tammonta għal 30 % tal-“profitti regolati” (109) flimkien ma’ 15 % tal-“fatturat regolat” ta’ e&. (110) Il-valur li jirriżulta tat-tariffa annwali tar-royalties federali varja kull sena bejn EUR 5,5 biljun u EUR 5,8 biljun. |
|
(161) |
Ir-raba’, fir-rigward tat-tħassib espress fil-paragrafu 93 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, fejn il-Kummissjoni ssuspettat li r-remunerazzjoni insuffiċjenti tal-liċenzja tista’ twassal biex e& tikseb profittabbiltà eċċessiva, l-investigazzjoni fil-fond ma kkonfermatx li dan huwa l-każ. L-investigazzjoni żvelat li meta titqabbel il-profittabbiltà ta’ e& f’pajjiżi oħra – li ma għandhomx reġim legali simili u e& ma tibbenefikax minn dritt speċjali u għalhekk l-attivitajiet tat-telekomunikazzjoni tagħha ma humiex soġġetti għat-tariffa tar-royalties federali – il-profittabbiltà (netta) ta’ e& għall-operazzjonijiet tagħha fl-EGħM biss, wara t-tnaqqis tat-tariffa tar-royalties (mid-dħul), hija qrib jew saħansitra inqas mill-profittabilità tagħha f’dawk is-swieq l-oħra. B’mod partikolari, matul il-perjodu 2021-2023, il-marġni tal-Qligħ Qabel l-Imgħax u t-Taxxa (“EBIT, Earnings Before Interest and Taxes”) (111) (aġġustat għall-kost tar-royalty federali ta’ e& għall-attivitajiet tagħha fl-EGħM) kien bejn [20-30] % u [20-30] %, meta mqabbel ma’ bejn [30-40] % u [30-40] % fil-Marokk, bejn [20-30] % u [20-30] % fl-Eġittu, u bejn [20-30] % u [30-40] % fil-bqija tad-dinja. (112) Il-marġni tal-EBIT jinkludi l-kostijiet relatati mal-amortizzament u d-deprezzament ta’ assi fissi u/jew assi intanġibbli bħal-liċenzji tal-ispettru, li normalment jinkludu l-kostijiet assoċjati mal-attivitajiet tat-telekomunikazzjoni fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi barra mill-EGħM. (113) Għalhekk, l-EBIT jidher bħala l-aktar metru xieraq biex jitqabblu l-kostijiet tal-liċenzji f’pajjiżi fejn dawn l-kostijiet jiġu amortizzati u l-EGħM. |
|
(162) |
Il-ħames, il-Kummissjoni tinnota li, skont l-informazzjoni pprovduta, ir-remunerazzjoni tidher li hija konformi mal-punt 54 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat: it-tariffa tar-royalties tiġi ddeterminata f’konformità mal-iskop regolatorju tagħha (peress li t-tariffa tiġi ddeterminata abbażi tal-firxa ta’ servizzi offruti taħt il-liċenzja) u ma tiddiskriminax bejn l-operaturi kkonċernati, peress li l-metodu ta’ kalkolu għat-tariffa tar-royalties federali ilu armonizzat għal e& u għal du mill-2016. (114) |
|
(163) |
Abbażi tal-evidenza disponibbli għaliha u għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għalhekk ma tistax tikkonkludi sal-istandard legali meħtieġ li r-royalty federali ma tikkostitwix remunerazzjoni adegwata għad-dritt speċjali mogħti mil-liċenzja tat-telekomunikazzjoni. |
|
(164) |
Minħabba li l-Kummissjoni ssib li l-valutazzjoni preliminari tagħha fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ li t-tariffa tar-royalties federali ma tikkostitwix remunerazzjoni adegwata ma hijiex ikkonfermata, ma hemmx bżonn li jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet l-oħra għall-eżistenza ta’ sussidju barrani skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tal-FSR. |
7.3.2. Konklużjoni
|
(165) |
Abbażi tal-elementi fit-Taqsima 7.3, il-Kummissjoni ssib, skont l-Artikolu 11(4) tal-FSR u wara l-investigazzjoni fil-fond, li l-valutazzjoni preliminari li l-liċenzja tikkostitwixxi sussidju barrani, kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, ma hijiex ikkonfermata. |
7.4. Prezzijiet regolati tat-telekomunikazzjoni fl-EGħM u l-kuntratti tal-gvern tal-EGħM
|
(166) |
Fit-Taqsima 4.4 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni sabet indikazzjonijiet suffiċjenti li l-prezzijiet regolati tat-telekomunikazzjoni fl-EGħM jikkostitwixxu sussidju barrani skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tal-FSR li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 19 tal-FSR, u b’mod partikolari li dawn taw benefiċċju lil e&, biex jiġġustifikaw il-ftuħ ta’ investigazzjoni fil-fond skont l-Artikolu 10(3) tal-FSR. (115) Il-Kummissjoni qieset b’mod preliminari li ma kien hemm l-ebda kriterju preċiż għat-TDRA biex timplimenta l-politika tagħha ta’ regolamentazzjoni tal-prezzijiet, u li din il-politika setgħet ippermettiet lil e& tikseb prezzijiet ogħla minn dawk tas-suq. |
|
(167) |
Fl-Osservazzjonijiet tagħha dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Parti Notifikanti kkontestat din is-sejba preliminari, b’mod partikolari għar-raġuni li l-Kummissjoni ma wrietx li l-prezzijiet tat-telekomunikazzjoni ma kinux skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq. (116) |
|
(168) |
Skont il-Parti Notifikanti, il-forniment ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni fl-EGħM huwa ssorveljat u rregolat mit-TDRA, b’applikazzjoni tal-Verżjoni 1.0 tal-Politika u l-Proċedura Regolatorja ta’ Kontroll tal-Prezzijiet datata t-28 ta’ Ġunju 2017 (117) (il-“Politika ta’ Kontroll tal-Prezzijiet”). (118) |
|
(169) |
Skont il-Parti Notifikanti, skont il-Politika ta’ Kontroll tal-Prezzijiet, id-detenturi ta’ liċenzja tat-telekomunikazzjoni jridu jitolbu approvazzjoni minn qabel għall-ipprezzar ta’ kwalunkwe servizz ġdid, għall-bidla fil-prezzijiet tas-servizzi tagħhom, (119) għall-promozzjonijiet (120) u taħt ċerti ċirkostanzi għall-irtirar ta’ servizz. It-TDRA mbagħad tista’ tapprova, tapprova jew tiċħad b’mod kondizzjonali it-talba għall-kontroll tal-prezzijiet, u, “fid-diskrezzjoni unika tagħha, temenda, tirrevoka jew tissospendi approvazzjoni minn qabel jew approvazzjoni kondizzjonali”. (121) Fl-eżerċizzju ta’ dik is-setgħa, it-TDRA tiddetermina jekk prezz partikolari huwiex kompetittiv u ġust abbażi ta’ għadd ta’ fatturi u suppożizzjonijiet, inklużi l-kostijiet ta’ e& biex tipprovdi l-oġġetti jew is-servizzi rilevanti, l-użu preżunt mill-klijent u abbażi tal-analiżi mwettqa dwar il-kostijiet u d-dħul. (122) |
|
(170) |
Fir-rigward ta’ e&, il-Liġi tal-EGħM dwar it-Telekomunikazzjoni tipprevedi li l-bord tad-diretturi tat-TDRA, “skont ir-regolamenti maħruġa mill-Awtorità Regolatorja tat-Telekomunikazzjoni, jiddetermina l-imposti għas-servizzi pprovduti minn [e&].” (123) |
|
(171) |
Skont it-TDRA, din ir-regolamentazzjoni hija meħtieġa minħabba n-natura tas-suq, bil-kostijiet għoljin b’mod mhux tas-soltu biex tiġi stabbilita l-infrastruttura meħtieġa u biex tiġi żgurata l-allokazzjoni xierqa tar-riżorsi skarsi. Kif ġie sostnut, “f’suq altrimenti funzjonali, ftit hemm bżonn ta’ regolamentazzjoni biex jiġu żgurati d-drittijiet xierqa tal-konsumatur u kompetizzjoni ġusta peress li l-biċċa l-kbira tas-swieq se jiżguraw dawn il-fatturi permezz ta’ għażla naturali tal-aħjar servizzi/prodotti/l-aktar kompetittivi”. (124) |
7.4.1. Benefiċċju
|
(172) |
Għalkemm jikkostitwixxu kontribuzzjonijiet finanzjarji barranin, il-Parti Notifikanti ma rrapportatx it-tranżazzjonijiet ikkuntrattati ma’ korpi tal-gvern federali u Statali tal-EGħM fit-3 snin ta’ qabel l-iffirmar tal-SPA, peress li e& qisithom bħala kkuntrattati skont it-termini tas-suq, u għalhekk li jaqgħu taħt l-eċċezzjoni tal-punt (c) tat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
(173) |
Fil-paragrafi 93 u 106 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni qieset b’mod preliminari li l-prezzijiet tat-telekomunikazzjoni fl-EGħM, li jirriżultaw mill-Politika ta’ Kontroll tal-Prezzijiet, jagħtu benefiċċju lil e&, fis-sens li jwasslu lil e& biex titlob prezzijiet lill-klijenti li ma setgħux jinkisbu f’kundizzjonijiet normali tas-suq, u li tali benefiċċju mmaterjalizza b’mod partikolari permezz tat-tranżazzjonijiet ikkuntrattati minn e& ma’ korpi governattivi tal-EGħM. (125) |
|
(174) |
Skont il-premessa (13) tal-FSR, “kontribuzzjoni finanzjarja jenħtieġ li titqies li tagħti benefiċċju lil impriża jekk ma setgħetx tinkiseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq.” |
|
(175) |
Fl-Osservazzjonijiet tagħha dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Parti Notifikanti tinnota li “id-Deċiżjoni [tal-Ftuħ] tinsinwa li l-kundizzjonijiet normali tas-suq li għandhom jintużaw bħala qafas ta’ referenza huma dawk misjuba f’pajjiżi barra mill-EGħM” u tqis din l-analiżi bħala “inerentment difettuża” billi tirreferi għall-“qafas ta’ referenza xieraq” taħt il-“ġurisprudenza stabbilita dwar l-għajnuna mill-Istat”, li huwa l-qafas legali tal-Istat Membru inkwistjoni. |
|
(176) |
Il-Kummissjoni tinnota li sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ benefiċċju, wieħed jeħtieġ li jsib parametru referenzjarju adegwat. F’dan il-kuntest, fejn il-prezzijiet huma soġġetti għal reviżjoni mill-awtoritajiet pubbliċi, wieħed ma jistax jivvaluta faċilment jekk dawn humiex komparabbli mal-livell li jista’ jinkiseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. Il-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni żvelat li t-TDRA tgawdi minn diskrezzjoni wiesgħa fir-rigward tal-approvazzjoni tal-politika tal-ipprezzar tal-operaturi tat-telekomunikazzjoni. Bi tweġiba għall-mistoqsijiet mill-membri tad-WTO, (126) it-TDRA spjegat li “tuża firxa wiesgħa ta’ miżuri biex tikkunsidra l-adegwatezza tat-talbiet għall-prezzijiet” inkluż analiżi tal-profittabbiltà, stimi tal-kostijiet, parametri referenzjarji internazzjonali u l-valutazzjoni tal-ilmenti tal-konsumaturi. (127) |
|
(177) |
Fir-rigward tal-argumenti tal-Parti Notifikanti li e& hija sottoposta wkoll għal restrizzjonijiet mill-kompetizzjoni minn du, filwaqt li l-Kummissjoni tosserva li sorsi pubblikament disponibbli jappoġġaw il-valutazzjoni preliminari tagħha tal-prezzijiet għoljin għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni fl-EGħM, (128) ir-Rieżami tal-Politika Kummerċjali tad-WTO tal-2022 (129) (ir-“rapport tad-WTO”) sab li “il-prezzijiet għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni kienu kompetittivi ħafna fl-2020” fl-EGħM. |
|
(178) |
Skont il-Parti Notifikanti, din is-sejba tikkonferma r-restrizzjonijiet kompetittivi fuq e&. Il-Parti Notifikanti ssostni wkoll li hija ristretta fil-kapaċità tagħha li tipprezza ’l fuq mil-livell kompetittiv b’regolamentazzjoni estensiva u konservattiva mit-TDRA, (130) u ssostni bħala evidenza l-fatt li d-dħul medju ta’ e& għal kull utent fl-EGħM naqas b’7,1 % mill-Q1 tal-2022 sal-Q1 tal-2024, f’perjodu fejn l-inflazzjoni medja tal-Indiċi tal-Prezzijiet għall-Konsumatur kienet ta’ 3,7 %. Matul l-istess perjodu, id-dħul medju ta’ du għal kull utent naqas biss bi 2,2 %. (131) |
|
(179) |
Matul l-investigazzjoni fil-fond, it-TDRA kkonfermat li hija tirrieżamina l-prezzijiet proposti minn e& (u du) għas-servizzi regolati: e& u du jeħtieġ li “jiksbu l-approvazzjoni mit-TDRA kull darba li jixtiequ joffru prezz ġdid jew emendat għal servizz li huwa rregolat mit-TDRA”. Fil-fatt, billi tagħmel dan u f’konformità mal-Politika ta’ Kontroll tal-Prezzijiet, “it-TDRA ma tapprovax prezz li jkun, jew x’aktarx li jkun, antikompetittiv u li jista’ jirrestrinġi, joħloq distorsjoni jew jipprevjeni l-kompetizzjoni fuq medda qasira ta’ żmien jew fit-tul [jew] [j]ista’ jikkawża ħsara bla bżonn lill-benesseri tal-konsumatur”. It-TDRA tikkonkludi li: “it-TDRA għandha l-għan li tikseb prezzijiet fis-suq li: ikunu kompetittivi; ikollhom termini u kundizzjonijiet li huma ġusti għall-konsumaturi” u għalhekk “rari tapprova żidiet fil-prezzijiet, abbażi tal-premessa li f’suq kompetittiv, il-prezzijiet għandhom jonqsu maż-żmien pjuttost milli jiżdiedu”. (132) |
|
(180) |
Barra minn hekk, kif huwa spjegat fit-Taqsima 7.3.1.2, valutazzjoni ulterjuri matul l-investigazzjoni fil-fond uriet li l-indikaturi tal-profittabbiltà ta’ e& fl-EGħM ma humiex konformi ma’ dawk f’ġeografiji oħra. |
|
(181) |
Fir-rigward tal-kuntratti mal-awtoritajiet pubbliċi tal-EGħM u l-kumpaniji pubbliċi, il-konferma tat-TDRA kkwotata fil-premessa (179) li, billi tapprova l-prezzijiet tat-telekomunikazzjoni, it-TDRA għandha l-għan li tikseb prezzijiet kompetittivi, tindika wkoll li e& ma tibbenefikax minn prezzijiet ogħla minn dawk tas-suq li jitħallsu mill-awtoritajiet pubbliċi u l-kumpaniji tal-EGħM. It-TDRA indikat li l-kuntratti ta’ e& mal-awtoritajiet pubbliċi u l-kumpaniji tal-EGħM jiġu konklużi “skont termini simili għal kwalunkwe kuntratt kummerċjali ieħor għall-forniment ta’ tali servizzi.” (133) Għalhekk, minħabba l-evidenza msemmija fil-premessi (176) sa (180) u l-konklużjoni li l-valutazzjoni preliminari fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ li r-regolamentazzjoni tal-prezzijiet, b’mod ġenerali, tista’ tagħti benefiċċju lil e& għall-finijiet tal-Artikolu 3 tal-FSR permezz ta’ prezzijiet ogħla minn dawk tas-suq ma hijiex ikkonfermata, l-istess konklużjoni tapplika fir-rigward tal-prezzijiet għall-kuntratti bejn e& u l-awtoritajiet pubbliċi u l-kumpaniji tal-EGħM. |
|
(182) |
Fl-aħħar nett, l-ebda parti terza ma rreaġixxiet għad-Deċiżjoni tal-Ftuħ billi pprovdiet xi informazzjoni li turi li l-interventi tat-TDRA fir-rigward tal-livell tal-prezzijiet għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni fl-EGħM jistgħu jitqiesu li jwasslu għas-sussidjar ta’ e&. |
|
(183) |
Abbażi tal-evidenza għad-dispożizzjoni tagħha u għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għalhekk ma tistax tikkonkludi sal-istandard legali meħtieġ li l-prezzijiet regolati fl-EGħM u l-kuntratti tal-gvern tal-EGħM ma’ e& jagħtu benefiċċju lil e& skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tal-FSR. |
|
(184) |
Minħabba li l-Kummissjoni ssib li l-valutazzjoni preliminari tagħha fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ li l-prezzijiet regolati tat-telekomunikazzjoni fl-EGħM u l-kuntratti tal-gvern tal-EGħM jagħtu benefiċċju lil e& ma hijiex ikkonfermata, ma hemmx bżonn li jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet l-oħra għall-eżistenza ta’ sussidju barrani skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tal-FSR. |
7.4.2. Konklużjoni
|
(185) |
Abbażi tal-elementi fit-Taqsima 7.4, il-Kummissjoni ssib, skont l-Artikolu 11(4) tal-FSR u wara l-investigazzjoni fil-fond, li l-valutazzjoni preliminari li l-prezzijiet regolati tat-telekomunikazzjoni fl-EGħM u l-kuntratti tal-gvern tal-EGħM ma’ e& jikkostitwixxu sussidji barranin, kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, ma hijiex ikkonfermata. |
7.5. Sussidji barranin lill-EIA
|
(186) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, (134) il-Kummissjoni sabet indikazzjonijiet suffiċjenti li l-EIA kienet irċeviet sussidji barranin skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tal-FSR li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 19 tal-FSR, biex jiġġustifikaw il-ftuħ ta’ investigazzjoni fil-fond skont l-Artikolu 10(3) tal-FSR. Dawk is-sussidji barranin potenzjali jikkonsistu b’mod partikolari fl-FFCs li ġew irrapportati minn e& bħala li kienu riċevuti mill-EIA matul it-3 snin ta’ qabel il-konklużjoni tal-SPA. (135) |
|
(187) |
Minkejja li l-Kummissjoni indirizzat diversi RFIs skont l-Artikolu 13(2) tal-FSR lill-Parti Notifikanti dwar is-sussidji barranin potenzjali lill-EIA, il-Parti Notifikanti pprovdiet biss informazzjoni limitata f’dan ir-rigward. L-informazzjoni pprovduta hija deskritta u vvalutata fit-Taqsimiet7.5.1, 7.5.2u 7.5.3. |
|
(188) |
F’aktar dettall, l-informazzjoni pprovduta fin-notifika tal-Parti Notifikanti fir-rigward tal-FFCs riċevuti mill-EIA kienet limitata, għal kull sena mill-2020 sal-2023, għal deskrizzjoni ta’ livell għoli tan-natura tal-kontribuzzjoni finanzjarja (“għotja”, “self”, “avvanz ripagabbli” jew “faċilità ta’ kreditu rotanti”), l-identità tal-konċedent (“il-Ministeru għall-Finanzi tal-EGħM” jew il-“konsorzju tal-Banek tal-EGħM”) u ammont stmat, mogħtija fil-forma ta’ firxiet wiesgħa (“EUR 100-500 miljun”, “EUR 500-1 000 miljun” jew “aktar minn EUR 1 000 miljun”). (136) Bħala tali, in-notifika ma kienet tinkludi l-ebda informazzjoni fir-rigward tal-ammont speċifiku, ir-remunerazzjoni, id-durata jew it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kull FFC individwali. Għalhekk, fis-26 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni bagħtet lill-Parti Notifikanti RFI skont l-Artikolu 13(2) tal-FSR (“RFI 11”) li talbet lil e& tipprovdi l-informazzjoni mitluba sal-31 ta’ Lulju 2024. L-RFI 11 talbet b’mod partikolari lil e& biex tissottometti informazzjoni dettaljata għal kull FFC individwali riċevuta mill-EIA rrapportata fin-notifika tagħha (il-mistoqsijiet 12 u 13). (137) Fil-31 ta’ Lulju 2024, il-Parti Notifikanti pprovdiet it-tweġiba tagħha għall-RFI 11, li fiha e& ma pprovdiet l-ebda informazzjoni minbarra dik diġà pprovduta fin-notifika tagħha fir-rigward tal-karatteristiċi ta’ dawn l-FFCs, bħall-ammont speċifiku, ir-remunerazzjoni, id-durata, it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom. (138) |
|
(189) |
Fit-2 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni bagħtet lill-Parti Notifikanti RFI skont l-Artikolu 13(2) tal-FSR (“RFI 12”) li talbet lil e& tipprovdi l-informazzjoni mitluba sal-5 ta’ Awwissu 2024. L-RFI 12 talbet b’mod partikolari lil e& biex tipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna xierqa fi ħdan l-EIA u r-rappreżentanti esterni awtorizzati tal-EIA. (139) Fil-5 ta’ Awwissu 2024, il-Parti Notifikanti pprovdiet it-tweġiba tagħha għall-RFI 12, li fiha e& ma pprovdiet l-ebda informazzjoni mitluba fir-rigward tal-EIA. |
|
(190) |
Fil-5 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni bagħtet lill-Parti Notifikanti RFI oħra skont l-Artikolu 13(2) tal-FSR (“RFI 13”) li talbet lil e& tipprovdi l-informazzjoni mitluba sad-9 ta’ Awwissu 2024. L-RFI 13 tenniet b’mod partikolari t-talba li tinsab fl-RFI 11 biex e& tipprovdi dettalji dwar l-FFCs riċevuti mill-EIA rrapportati fin-notifika tagħha (il-mistoqsijiet 10 sa 12). (140) Fid-9 ta’ Awwissu 2024, il-Parti Notifikanti pprovdiet it-tweġiba tagħha għall-RFI 13. Minkejja l-indikazzjoni li “peress li e& u l-EIA jiffurmaw parti mill-istess impriża, e& ġiet awtorizzata tipprovdi tweġibiet għall-mistoqsijiet relatati kemm ma’ e& kif ukoll mal-EIA f’din l-RFI”, (141) e& ma pprovdiet l-ebda informazzjoni minbarra dik diġà pprovduta fin-notifika tagħha dwar il-karatteristiċi tal-FFCs lill-EIA, bħall-ammont speċifiku tagħhom, ir-remunerazzjoni, it-termini u l-kundizzjonijiet tad-durata, ħlief għal informazzjoni limitata ħafna fir-rigward tal-ammont u d-data tal-għoti tas-self tal-faċilità ta’ kreditu rotanti pprovdut minn konsorzju ta’ banek tal-EGħM (ara t-Taqsima 7.5.3). (142) |
|
(191) |
Fl-RFI 11, fl-RFI 12 u fl-RFI 13, il-Kummissjoni indikat lill-Parti Notifikanti li, skont l-Artikolu 16(1) tal-FSR, “nuqqas ta’ kooperazzjoni”, inkluż fil-każ ta’ informazzjoni mhux kompluta pprovduta bi tweġiba għall-RFIs mibgħuta skont l-Artikolu 13(2) tal-FSR, “jippermetti lill-Kummissjoni tieħu deċiżjoni abbażi tal-fatti għad-dispożizzjoni tagħha”. |
|
(192) |
B’kont meħud li, kif ikkonfermat mill-Parti Notifikanti, e& u l-EIA jiffurmaw parti mill-istess impriża taħt investigazzjoni (ara l-premessi (2) u (190)), u li din l-impriża taħt investigazzjoni pprovdiet informazzjoni mhux kompluta skont l-Artikolu 13 tal-FSR skont it-tifsira tal-Artikolu 16(1)(a) tal-FSR, u naqset milli tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi ddeterminat jekk il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li rċeviet tawhiex benefiċċju skont it-tifsira tal-Artikolu 16(3) tal-FSR, fit-30 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni infurmat lill-Parti Notifikanti li, fin-nuqqas tal-għoti tal-informazzjoni mitluba fl-RFI 11 (il-mistoqsijiet 12 u 13) u fl-RFI 13 (il-mistoqsijiet 10 sa 12) dwar l-FFCs riċevuti mill-EIA jew ta’ spjegazzjonijiet kredibbli u sostanzjati li jiġġustifikaw għaliex ma tistax tipprovdi dik l-informazzjoni sat-3 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li tibbaża fuq il-fatti disponibbli dwar l-FFCs rilevanti lill-EIA skont it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tal-FSR u li tqis li l-impriża li minnha jiffurmaw parti e& u l-EIA rċeviet benefiċċju minn dawk l-FFCs, skont it-tifsira tal-Artikolu 16(3) tal-FSR. |
|
(193) |
e& ikkonfermat fit-2 ta’ Settembru 2024 li l-Parti Notifikanti ma tkunx tista’ tipprovdi l-informazzjoni addizzjonali mitluba, mingħajr ma pprovdiet spjegazzjonijiet kredibbli u sostanzjati għal din l-inkapaċità. Għalhekk, il-Kummissjoni tivvaluta l-eżistenza ta’ sussidji barranin fl-FFCs li ġew irrapportati minn e& bħala riċevuti mill-EIA fit-Taqsimiet 7.5.1, 7.5.2 u 7.5.3 abbażi tal-fatti disponibbli. |
|
(194) |
F’dan ir-rigward, il-kapaċità tal-Kummissjoni li twettaq dmirijietha hija saħansitra ostakolata aktar min-nuqqas ta’ data finanzjarja disponibbli pubblikament dwar l-EIA (bħal rapporti annwali jew klassifikazzjonijiet tal-kreditu) li kieku tista’ tirrikorri għaliha biex twettaq il-valutazzjoni tagħha. |
|
(195) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni sabet ukoll indikazzjonijiet suffiċjenti li l-EIA tibbenefika minn garanzija illimitata mill-EGħM bħala riżultat tal-eżenzjoni tagħha mil-Liġi tal-2016 dwar il-Falliment, biex tiġġustifika l-ftuħ ta’ investigazzjoni fil-fond skont l-Artikolu 10(3) tal-FSR. |
7.5.1. L-għotjiet lill-EIA mill-Ministeru għall-Finanzi tal-EGħM
|
(196) |
Il-Parti Notifikanti ssostni li l-EIA rċeviet għotjiet diretti mill-Ministeru għall-Finanzi tal-EGħM ta’ EUR 100-500 miljun fuq bażi annwali bejn l-2020 u l-2023, għal ammont akkumulat ta’ EUR 300 sa 1 500 miljun. (143) |
|
(197) |
Il-Kummissjoni ssib li dan il-finanzjament jieħu l-forma ta’ trasferiment ta’ fondi jew obbligazzjonijiet, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2)(a) tal-FSR. Barra minn hekk, peress li l-finanzjament ġie pprovdut mill-Ministeru għall-Finanzi tal-EGħM, dan jista’ jitqies bħala attribwibbli lill-EGħM. |
|
(198) |
L-attribuzzjoni ta’ għotjiet lill-EIA mill-EGħM tikkostitwixxi finanzjament bla ħlas, li jista’, min-natura tiegħu, jagħti benefiċċju lill-EIA, u li jkun miżuri individwali li għalhekk huma limitati għal dik l-impriża. |
|
(199) |
Barra minn hekk, b’kont meħud li l-Parti Notifikanti naqset milli tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex il-Kummissjoni tivvaluta l-ammont u l-kundizzjonijiet ta’ dawn l-għotjiet u konsegwentement tiddetermina jekk dawn il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tawx benefiċċju lill-EIA, u skont l-Artikolu 16(3) tal-FSR (ara l-premessa (192)), il-Kummissjoni tqis li l-EIA tista’ titqies li kisbet benefiċċju mill-għotjiet li rċeviet mill-Ministeru għall-Finanzi tal-EGħM bejn 2020 u 2023. |
|
(200) |
Għalhekk, abbażi tal-elementi fit-Taqsima 7.5.1, il-Kummissjoni ssib li l-għotjiet riċevuti mill-EIA mill-Ministeru għall-Finanzi tal-EGħM mill-2020 sal-2023 jikkwalifikaw bħala sussidji barranin skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tal-FSR. |
|
(201) |
Dawn is-sussidji barranin kollha ngħataw fit-3 snin qabel il-konklużjoni tal-SPA. |
7.5.2. Is-self u l-avvanzi ripagabbli lill-EIA mill-Ministeru għall-Finanzi tal-EGħM
|
(202) |
Il-Parti Notifikanti ssostni li l-EIA rċeviet self u avvanzi ripagabbli pprovduti mill-Ministeru għall-Finanzi tal-EGħM ta’ aktar minn EUR 1 000 miljun fl-2021 u fl-2022 u bejn EUR 500 miljun u EUR 1 000 miljun fl-2020, għal ammont akkumulat ta’ bejn EUR 2 500 miljun u aktar minn EUR 3 biljun. (144) |
|
(203) |
Il-Kummissjoni ssib li dan il-finanzjament jieħu l-forma ta’ trasferiment ta’ fondi jew obbligazzjonijiet, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2)(a) tal-FSR. Barra minn hekk, peress li l-finanzjament ġie pprovdut mill-Ministeru għall-Finanzi tal-EGħM, dan jista’ jitqies bħala attribwibbli lill-EGħM. |
|
(204) |
B’kont meħud li l-Parti Notifikanti naqset milli tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex il-Kummissjoni tqabbel it-termini ta’ dan is-self u l-avvanzi ripagabbli ma’ dawk miksuba f’kundizzjonijiet normali tas-suq – b’mod partikolari abbażi tal-indikaturi msemmija fil-premessa (13) tal-FSR – u konsegwentement tiddetermina jekk dawn il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tawx benefiċċju lill-EIA, skont l-Artikolu 16(3) tal-FSR (ara l-premessa (192)), il-Kummissjoni tqis li l-EIA tista’ titqies li kisbet benefiċċju mis-self u l-avvanzi ripagabbli mogħtija lilha mill-Ministeru għall-Finanzi tal-EGħM. |
|
(205) |
Għalhekk, abbażi tal-elementi fit-Taqsima 7.5.2, il-Kummissjoni ssib li s-self u l-avvanzi ripagabbli riċevuti mill-EIA mill-Ministeru għall-Finanzi tal-EGħM mill-2020 sal-2023 jikkwalifikaw bħala sussidji barranin skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tal-FSR. |
|
(206) |
Dawn is-sussidji barranin kollha ngħataw fit-3 snin qabel il-konklużjoni tal-SPA. |
7.5.3. L-impenji mill-banek tal-EGħM fis-self tal-faċilità ta’ kreditu rotanti lill-EIA
|
(207) |
L-EIA rċeviet, fi [l-ewwel nofs tal-2022], kif emendat u miżjud fi [it-tieni nofs tal-2023], self ta’ faċilità ta’ kreditu rotanti ta’ USD [1-5] biljun (145) (madwar EUR [1-5] biljun) (l-“RCF, revolving credit facility”) ipprovdut minn konsorzju kompost, parzjalment, minn banek tal-EGħM. |
|
(208) |
Il-konsorzju tal-banek kien jinkludi: [il-bank 1 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM], [il-bank 2 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM], [il-bank 3 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM]; [u selliefa privati]. (146) |
|
(209) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni, għalkemm irreferiet għall-RCF, ma għamlet l-ebda analiżi ulterjuri fir-rigward tal-kwalifika tiegħu bħala sussidju barrani. Madankollu, uħud mill-banek li jiffurmaw il-konsorzju (jiġifieri [il-bank 1 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM], [il-bank 2 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM] u [il-bank 3 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM]) kienu involuti wkoll fis-Self b’Terminu (ara l-premessa (49)), li għalih il-Kummissjoni sabet li kien hemm indikazzjonijiet li s-Self b’Terminu seta’ jiġi attribwit lill-EGħM. (147) |
|
(210) |
Fl-Osservazzjonijiet tagħha dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Parti Notifikanti kkontestat l-attribwibbiltà tas-Self b’Terminu lill-EGħM bħala preżunzjoni magħmula fuq il-“bażi sempliċi” li l-banek tal-EGħM huma kkontrollati mill-Istat jew fuq il-fatt li s-settur bankarju “jista’ jitqies bħala “partikolarment strateġiku” mill-gvern tal-EGħM”. (148) |
|
(211) |
B’mod partikolari, il-Parti Notifikanti sostniet li l-approċċ tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ma kienx konformi mal-ġurisprudenza tal-QĠUE skont l-Artikolu 107 tat-TFUE, li l-Parti Notifikanti tqis li jenħtieġ li tirrifletti t-test skont l-FSR. Il-Parti Notifikanti sostniet li l-QĠUE osservat fi Stardust Marine (149) li l-imputabbiltà ma tistax tiġi preżunta awtomatikament fuq is-sempliċi bażi li l-entità inkwistjoni hija kkontrollata mill-Istat. (150) Għalhekk, hija kkonkludiet li d-Deċiżjoni tal-Ftuħ naqset milli tissodisfa l-istandard stabbilit minn Stardust Marine biex miżura titqies bħala imputabbli lil Stat, peress li “il-kwistjoni ewlenija hija jekk l-awtorità/awtoritajiet pubblika/pubbliċi inkwistjoni “tridx/iridux titqies/jitqiesu li kienet/kienu involuta/involuti, b’xi mod jew ieħor, fl-adozzjoni ta’ [hawnhekk: is-Self b’Terminu]””. (151) Skont il-Parti Notifikanti, l-istess konklużjoni tapplika fir-rigward tal-RCF li rċeviet l-EIA. (152) |
|
(212) |
Il-Parti Notifikanti spjegat ukoll li l-istess konklużjoni tirriżulta mill-preċedenti dwar it-tifsira ta’ korp pubbliku fil-liġi internazzjonali tal-kummerċ. B’mod partikolari, il-Parti Notifikanti sostniet li, fil-każ tal-Prodotti ċatti b’laminazzjoni termali miċ-Ċina, (153) il-Kummissjoni rreferiet għall-ġurisprudenza rilevanti u nnotat li “it-test applikabbli sabiex jiġi stabbilit jekk impriża tal-Istat hijiex korp pubbliku” huwa jekk entità “għandhiex l-awtorità li teżerċita funzjonijiet governattivi”, (154) bis-sjieda maġġoritarja tal-Istat waħedha ma tkunx suffiċjenti biex jiġi stabbilit li l-entità hija korp pubbliku. |
|
(213) |
Sabiex tivvaluta l-attribwibbiltà tal-impenji ta’ [il-bank 1 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM], [il-bank 2 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM] u [il-bank 3 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM] lill-EGħM, il-Kummissjoni tindirizza dawk l-osservazzjonijiet fit-Taqsima 7.5.3. |
|
(214) |
L-Artikolu 3 tal-FSR jispeċifika li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija minn pajjiż terz jenħtieġ li jinkludu dawk ipprovduti minn, fost l-oħrajn, “(b) entità pubblika barranija li l-azzjonijiet tagħha jistgħu jiġu attribwiti lill-pajjiż terz, b’kont meħud tal-elementi bħall-karatteristiċi tal-entità u l-ambjent legali u ekonomiku prevalenti fl-Istat li fih topera l-entità, inkluż ir-rwol tal-gvern fl-ekonomija.” |
|
(215) |
Għalhekk, il-Kummissjoni trid turi, abbażi tal-fatti u l-evidenza ta’ kull każ, li, b’mod ġenerali, l-azzjonijiet ta’ dik l-entità pubblika barranija “jistgħu jiġu attribwiti lill-pajjiż terz”, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inklużi l-“karatteristiċi tal-entità”, l-“ambjent legali u ekonomiku” fl-Istat rilevanti, kif ukoll “ir-rwol tal-gvern fl-ekonomija”, li jista’ jiġi rifless fil-kapaċità tal-Istat li jeżerċita influwenza fuq id-deċiżjonijiet tal-entitajiet rispettivi. |
|
(216) |
Filwaqt li tali standard jista’ jikkoinċidi ma’ dak applikabbli skont ir-regoli tad-WTO dwar l-imputabbiltà lil “gvern” jew lil “korp pubbliku”, id-dispożizzjonijiet rilevanti huma fformulati b’mod differenti. Il-Kummissjoni tfakkar li skont l-Artikolu 3 tal-FSR, mhux biss il-kontribuzzjonijiet finanzjarji pprovduti “(a) mill-gvern ċentrali u l-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli l-oħrajn kollha”, iżda wkoll dawk ipprovduti “(b) minn entità pubblika barranija li l-azzjonijiet tagħha jistgħu jiġu attribwiti lill-pajjiż terz, b’kont meħud tal-elementi bħall-karatteristiċi tal-entità u l-ambjent legali u ekonomiku prevalenti fl-Istat li fih topera l-entità, inkluż ir-rwol tal-gvern fl-ekonomija” u “(c) minn entità privata li l-azzjonijiet tagħha jistgħu jiġu attribwiti lill-pajjiż terz, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha” huma kkunsidrati bħala pprovduti minn pajjiż terz. B’kuntrast ma’ dan, l-Artikolu 1.1(a)(1) tal-Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri ta’ Kumpens (SCM, Subsidies and Countervailing Measures) jirreferi sempliċement għal kontribuzzjoni finanzjarja minn gvern jew kwalunkwe korp pubbliku fit-territorju ta’ Membru. |
|
(217) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-adegwatezza tal-ġurisprudenza tal-Korp tal-Appell tad-WTO dwar id-definizzjoni ta’ “korp pubbliku” ġiet ikkontestata mill-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Ġappun u l-Istati Uniti, fl-2020. Fi stqarrija konġunta, ir-rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Uniti u l-Ġappun sostnew li “[b]iex jiġi ddeterminat li entità hija korp pubbliku, ma huwiex meħtieġ li jinstab li l-entità “għandha, teżerċita jew hija vestita b’awtorità governattiva”” u li “l-interpretazzjoni ta’ “korp pubbliku” mill-Korp tal-Appell tad-WTO […] timmina l-effettività tar-regoli dwar is-sussidji tad-WTO”. (155) |
|
(218) |
Minkejja dawn id-differenzi, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-Parti Notifikanti li l-valutazzjoni tagħha fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ ma ssegwix il-loġika li fuqha hija bbażata s-sentenza Stardust Marine, li għall-kuntrarju tippermetti li l-imputabbiltà tintwera wkoll fuq il-bażi li huwa improbabbli fiċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ li l-Istat ma kienx involut fil-miżura rilevanti, kif inhu l-każ hawnhekk għar-raġunijiet li ġejjin. |
|
(219) |
Fl-investigazzjoni fil-fond, il-Kummissjoni indirizzat l-RFIs lill-Parti Notifikanti u lil [il-bank 1 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM], [il-bank 2 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM] u [il-bank 3 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM], biex tivvaluta jekk l-azzjonijiet ta’ dawk il-banek jistgħux jiġu attribwiti lill-EGħM, u, biex tagħmel dan, jekk l-awtoritajiet pubbliċi tal-EGħM kinux involuti, b’xi mod jew ieħor, fil-forniment tal-RCF mill-banek, inkluż fejn il-fatti juru li huwa improbabbli li ma kinux involuti. (156) Il-Kummissjoni qieset b’mod partikolari l-istruttura tas-sjieda ta’ dawk il-kumpaniji, il-fatt li r-rappreżentanti tal-gvern għandhom siġġu fil-bord superviżorju u r-rwol tagħhom fuq dak il-bord, jekk il-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-entità jippermettux lill-gvern jeżerċita influwenza partikolari, u r-rwol tal-gvern fis-settur bankarju tal-EGħM, kif ukoll il-boxxla tal-RCF. Abbażi tal-elementi miġbura – ikkonfermati mit-tweġibiet li waslu – u kif spjegat fil-premessi (220) sa (231), il-Kummissjoni tikkonferma s-sejbiet fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ fir-rigward tal-attribwibbiltà tal-impenji ta’ [il-bank 1 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM], [il-bank 2 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM] u [il-bank 3 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM] taħt l-RCF. |
|
(220) |
L-ewwel nett, l-istruttura tas-sjieda ta’ dawk il-banek tindika li huma kkontrollati mill-EGħM, minħabba li t-tliet banek huma proprjetà maġġoritarja tal-awtoritajiet pubbliċi tal-EGħM (inkluż, fil-każ ta’ [il-bank 3 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM], […]). B’mod partikolari:
|
|
(221) |
It-tieni, il-maġġoranza tal-membri u/jew l-aktar membri superjuri tal-bord ta’ kull bank huma persuni li għandhom karigi pubbliċi prominenti fl-EGħM.
|
|
(222) |
B’mod partikolari, it-tliet presidenti kollha ta’ dawk il-banek għandhom karigi pubbliċi prominenti, u l-banek kollha jinkludu membri oħra tal-bord li għandhom rabtiet mal-familji renjanti tal-EGħM jew iservu awtoritajiet pubbliċi tal-EGħM jew kumpaniji kkontrollati mill-EGħM. |
|
(223) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tosserva li, għall-maġġoranza tal-membri li jiffurmaw il-bordijiet ta’ dawn il-banek, l-interessi tagħhom huma marbutin mal-Istat. Dawk il-membri, kif diskuss, jinkludu […] (u direttur ukoll fuq il-bord tal-EIA); […] u […] (li huwa wkoll […] u jservi fuq il-bord tal-EIA). Huwa mistenni li d-deċiżjonijiet jew l-azzjonijiet ta’ dawk il-persuni jkunu allinjati mal-interess tal-Istat jew ma jirriżultawx f’kontradizzjoni mad-deċiżjonijiet Ministerjali jew mad-direttivi tal-Istat. |
|
(224) |
Dan huwa aktar u aktar minnu meta wieħed iqis li fost il-membri tal-bord ta’ [il-bank 2 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM] hemm […]. (163) Fl-istess ħin, huwa jservi bħala […] u għalhekk huwa limitat li jaġixxi skont id-dispożizzjonijiet tal-[istruzzjonijiet tal-EIA]. Bi tweġiba għat-talba tal-Kummissjoni biex tipprovdi aktar informazzjoni dwar l-RCF, il-Parti Notifikanti indikat, fost l-oħrajn, il-fatt li skont l-Artikolu 13 tal-Att dwar l-istabbiliment tagħha, “il-fondi u l-assi kollha fdati biex jinżammu, jiġu ġestiti jew investiti mill-EIA huma meqjusa bħala fondi pubbliċi proprjetà tal-EGħM”. Fl-istess tweġiba, ġie nnotat li l-RCF saret disponibbli “għal [l-għan tas-self]”. Madankollu, l-EIA hija soġġetta għal-limitazzjonijiet fuq id-dejn pubbliku u l-allokazzjonijiet għal proġetti ta’ infrastruttura, li jistgħu jaffettwaw il-kapaċità tagħha li ġġarrab dejn jew obbligazzjonijiet għall-Gvern Federali. (164) F’dan il-kuntest jidher improbabbli li l-objettivi tal-EIA ma ġewx ikkunsidrati fl-approvazzjoni tal-RCF. |
|
(225) |
Barra minn hekk, fil-każ ta’ [il-bank 2 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM] u [il-bank 3 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM], l-[awtorità regolatorja tal-EGħM] hija involuta fl-approvazzjoni tad-diretturi. |
|
(226) |
It-tielet, rieżami tal-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ dawn il-banek, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħatra tal-maniġment superjuri jew id-determinazzjoni tal-baġit, juri li l-presidenti għandhom il-vot deċiżiv f’każ ta’ voti ndaqs, u b’hekk għandhom influwenza deċiżiva fuq dawn is-suġġetti wkoll. (165) B’konsegwenza ta’ dan, il-membri tal-bord b’rabtiet mal-awtoritajiet pubbliċi tal-EGħM għandhom il-kapaċità li jeżerċitaw influwenza fuq dawk il-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. |
|
(227) |
Ir-raba’, l-individwi fi ħdan il-maniġment superjuri tal-banek rilevanti għandhom ukoll rabtiet mal-awtoritajiet pubbliċi jew mal-familji renjanti tal-EGħM. (166) |
|
(228) |
Il-ħames, fir-rigward tal-boxxla tal-RCF, l-RCF inkwistjoni tammonta għal USD [1-5] biljun. Minkejja li l-Parti Notifikanti ma setgħetx tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar l-ammont konkret ta’ dik il-faċilità u d-daqs tal-parteċipazzjoni ta’ kull bank, huwa improbabbli li l-parteċipazzjoni tal-banek ikkontrollati mill-EGħM, li kienu jikkostitwixxu tlieta mis-sitt banek parteċipanti, hija negliġibbli. |
|
(229) |
Fl-aħħar nett, jeħtieġ li titqies is-sejba fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, mhux ikkontestata mill-Parti Notifikanti, li s-settur bankarju huwa meqjus bħala ta’ importanza strateġika għall-EGħM. Fil-bidla leġiżlattiva reċenti dwar is-sjieda barranija, is-settur bankarju għalhekk baqa’ fost dawk li fihom l-EGħM jixtiequ jżommu s-sjieda maġġoritarja. |
|
(230) |
Fir-rigward ta’ [is-selliefa privati], il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni ta’ xi involviment ta’ pajjiż terz f’dawk l-entitajiet. |
|
(231) |
Abbażi tal-evidenza ppreżentata fit-Taqsima 7.5.3, il-Kummissjoni ssib li, mill-inqas, huwa improbabbli li l-awtoritajiet pubbliċi tal-EGħM ma kinux involuti fil-forniment tal-RCF mit-tliet banek ikkontrollati mill-EGħM (bl-impenji rispettivi tagħhom). Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-RCF, fir-rigward tal-impenji tat-tliet banek mutwanti kkontrollati mill-EGħM ([il-bank 1 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM], [il-bank 2 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM] u [il-bank 3 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM]), ġiet ipprovduta minn pajjiż terz, skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tal-FSR. |
|
(232) |
Il-Parti Notifikanti ssostni li l-RCF ġiet ipprovduta skont it-termini tas-suq. (167) Madankollu, minkejja diversi RFIs magħmula mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 13(2) tal-FSR, il-Parti Notifikanti ma pprovdietx dettalji dwar il-kundizzjonijiet tal-faċilità ta’ kreditu rotanti, lil hinn mill-informazzjoni disponibbli fid-dominju pubbliku (ara l-premessi (187) sa (191)). B’mod partikolari, il-Parti Notifikanti ma pprovdietx dettalji dwar l-ammont ipprovdut minn kull bank parteċipanti fl-RCF, u l-ebda informazzjoni dwar ir-remunerazzjoni assoċjata ma’ (kull parti ta’) l-RCF. |
|
(233) |
B’kont meħud li l-Parti Notifikanti naqset milli tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex il-Kummissjoni tikkonferma jekk il-kontribuzzjonijiet ta’ [il-bank 1 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM], [il-bank 2 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM] u [il-bank 3 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM], il-banek ikkontrollati mill-EGħM, kinux pari passu mal-investimenti ta’ [is-selliefa privati], jew jekk il-kundizzjonijiet tal-RCF kinux konformi mal-kundizzjonijiet normali tas-suq, u konsegwentement biex tiddetermina jekk din il-kontribuzzjoni finanzjarja tatx benefiċċju lill-EIA, u skont l-Artikolu 16(3) tal-FSR (ara l-premessa (192)), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija lill-EIA mill-banek ikkontrollati mill-EGħM fil-forma tal-impenji tagħhom fl-RCF jistgħu jitqiesu li jagħtu benefiċċju lill-EIA skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) tal-FSR. |
|
(234) |
Għalhekk, abbażi tal-elementi fit-Taqsima 7.5.3, il-Kummissjoni ssib li, fir-rigward tal-impenji tat-tliet banek mutwanti kkontrollati mill-EGħM ([il-bank 1 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM], [il-bank 2 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM], [il-bank 3 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM]), l-RCF riċevuta mill-EIA tikkwalifika bħala sussidju barrani skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tal-FSR. |
|
(235) |
Dan is-sussidju barrani ngħata bejn il-bidu tal-2022 u l-1 ta’ Awwissu 2023, għalhekk fit-3 snin ta’ qabel il-konklużjoni tal-SPA u, għalhekk, jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni temporali stabbilit mill-Artikolu 19 tal-FSR. |
7.5.4. Il-garanzija illimitata mill-EGħM lill-EIA
7.5.4.1. L-eżistenza ta’ garanzija illimitata
|
(236) |
B’analoġija mar-raġunament stabbilit fit-Taqsima 7.2, u għar-raġunijiet spjegati f’din it-Taqsima 7.5.4.1, il-Kummissjoni ssib li l-EIA tibbenefika minn garanzija illimitata mill-EGħM bħala riżultat tal-eżenzjoni tagħha mil-Liġi tal-2016 dwar il-Falliment. |
|
(237) |
L-EIA ġiet stabbilita bid-Digriet Liġi Federali Nru 4 tal-2007 (168) li stabbilixxa l-Awtorità tal-Investiment tal-Emirati bħala awtorità tal-Gvern. Hija deżinjata bħala l-uniku korp inkarigat mill-“investiment u r-riinvestiment” tal-fondi u l-assi allokati lilha mill-Gvern. (169) Huwa previst b’mod espliċitu li “[i]l-fondi u l-assi kollha fdati biex jinżammu, jiġu ġestiti jew investiti mill-Awtorità [l-EIA] għandhom jitqiesu bħala fondi pubbliċi proprjetà tal-EGħM” u l-EIA hija meħlusa minn kwalunkwe tariffa, imposta jew taxxa. (170) Skont l-Artikolu 27 tal-Att dwar l-istabbiliment tagħha (kif emendat fl-2009), (171) “[l]-Awtorità ma għandhiex tiġi xolta jew likwidata ħlief, skont liġi, tali liġi għandha tispeċifika l-mod li bih il-Fondi ta’ Investiment u l-assi miżmuma jew li huma proprjetà tal-Awtorità, se jiġu ttrattati”. Id-dettalji speċifiċi dwar il-proċess ta’ insolvenza għall-EIA f’każ ta’ insolvenza jew diffikultà finanzjarja għalhekk ikunu l-oġġett ta’ digriet liġi separat li se jipprovdi għad-disponiment tal-assi u l-fondi tagħha. Il-Parti Notifikanti tikkonferma li, fil-preżent, ma teżisti l-ebda liġi bħal din. (172) |
|
(238) |
Il-fatt li l-EIA ma hijiex soġġetta għal proċedimenti ordinarji ta’ falliment, jew saħansitra tiġi likwidata sakemm ma jkunx speċifikat f’liġi speċifika, jindika li l-possibbiltà ta’ falliment tal-EIA hija remota ħafna u li l-EGħM huma responsabbli li jkopru d-djun tal-EIA. |
|
(239) |
Tista’ titqies ukoll il-kwalifika espliċita tal-fondi tal-EIA bħala fondi pubbliċi u l-possibbiltajiet finanzjarji wiesgħa li hija fdata bihom biex tilħaq l-objettivi tagħha. Dawn iċ-ċirkostanzi jissottolinjaw il-fatt li jenħtieġ li l-EIA ma titqiesx bħala kumpanija kummerċjali ordinarja, iżda pjuttost bħala, skont il-Parti Notifikanti, “fergħa tal-gvern tal-EGħM”, (173) fejn, f’każ ta’ insolvenza, il-gvern tal-EGħM jipprovdi likwidità addizzjonali lill-EIA biex tissodisfa l-pretensjonijiet tal-kredituri. Tali appoġġ jista’ jseħħ f’diversi forom (ekwità, self, għotjiet jew forom oħra) li jippermettu lill-EIA tissodisfa d-djun tagħha. Min-naħa tiegħu, dan l-appoġġ fil-prattika jiżgura li l-kredituri jkollhom ċans akbar li jaraw il-pretensjonijiet tagħhom issodisfati milli kieku l-EIA kienet kumpanija ordinarja tal-EGħM soġġetta għal-liġi ordinarja dwar il-falliment. |
|
(240) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li fiċ-ċirkostanzi preżenti, l-inapplikabbiltà tal-Liġi tal-2016 dwar il-Falliment għall-EIA, hija ugwali għall-eżistenza ta’ garanzija mill-Istat favur l-EIA. Peress li din il-garanzija ma hijiex limitata fl-ammont jew fiż-żmien, il-Kummissjoni ssib li din tikkostitwixxi garanzija illimitata mill-Istat (il-“Garanzija Illimitata lill-EIA”). |
7.5.4.2. L-ebda effett distorsiv addizzjonali
|
(241) |
Fil-kuntest tar-rieżami tat-Tranżazzjoni, il-Kummissjoni ssib li kwalunkwe effett distortiv tal-Garanzija Illimitata lill-EIA jkun identiku għal dawk ikkawżati mill-Garanzija Illimitata lil e&. Dawk l-effetti distortivi huma riżultat tal-appoġġ finanzjarju illimitat preżunt li jiġi pprovdut mill-gvern tal-EGħM kemm lill-EIA kif ukoll lil e& direttament. |
|
(242) |
F’dak il-kuntest, u fejn il-Kummissjoni diġà stabbiliet l-eżistenza tal-Garanzija Illimitata lil e& mill-gvern tal-EGħM, il-Garanzija Illimitata lill-EIA ma hijiex probabbli li tikkawża, fi ħdan ir-rieżami tat-Tranżazzjoni, xi distorsjoni addizzjonali fis-suq intern minn dik ikkawżata mill-Garanzija Illimitata lil e&. |
|
(243) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-impenji offruti mill-Parti Notifikanti jistgħu jirrimedjaw ukoll kwalunkwe effett distortiv tal-Garanzija Illimitata lill-EIA, sa fejn dawk l-impenji jipprevjenu l-okkorrenza ta’ kwalunkwe finanzjament mill-EIA għall-attivitajiet tal-entità kkombinata fis-suq intern, u jistabbilixxu limiti fuq il-kapaċità ta’ e& li tipprovdi finanzjament għall-attivitajiet tal-entità kkombinata fis-suq intern sabiex tali finanzjament ma jgħaddix sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern. (174) |
|
(244) |
Bħala tali, ma huwiex meħtieġ li l-Kummissjoni tikkonkludi dwar jekk il-Garanzija Illimitata lill-EIA tikkostitwix sussidju barrani fit-Tranżazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 19 tal-FSR. |
7.5.5. Eżistenza ta’ sussidji barranin lill-EIA fit-Tranżazzjoni
|
(245) |
Fl-Osservazzjonijiet tagħha dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Parti Notifikanti ssostni li l-Kummissjoni ma tipprovdi l-ebda indikazzjoni li l-entità kkombinata, wara t-Tranżazzjoni, ikollha aċċess għal kwalunkwe wieħed mis-sussidji barranin potenzjalment mogħtija lill-EIA. (175) |
|
(246) |
Il-Parti Notifikanti ssostni wkoll, l-ewwel nett, li ma kien hemm l-ebda fluss finanzjarju jew tranżazzjonijiet kummerċjali bejn l-EIA u e& fit-3 snin ta’ qabel id-data tas-SPA (minbarra l-pagamenti tad-dividendi minn e&, u possibbilment kuntratti ta’ negozju ordinarji għall-forniment ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni minn e& fil-bini tal-EIA), (176) u, it-tieni, li “l-EIA hija soġġetta għall-istrateġiji u l-politiki ta’ investiment proposti mill-Uffiċċju għall-Ġestjoni tad-Dejn Pubbliku tal-EGħM u approvati mill-Kabinett Federali tal-EGħM, li jista’ jillimita d-diskrezzjoni u l-flessibilità tagħha fl-allokazzjoni tal-fondi.” (177) |
|
(247) |
Fit-Taqsimiet 7.5.1, 7.5.2 u 7.5.3, il-Kummissjoni sabet l-eżistenza ta’ sussidji barranin lill-EIA, li jikkonsistu fl-għotjiet, is-self u l-avvanzi ripagabbli mill-Ministeru għall-Finanzi tal-EGħM lill-EIA, u l-impenji tal-banek ikkontrollati mill-EGħM fl-RCF lill-EIA. |
|
(248) |
F’dan ir-rigward, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji reċenti bejn e& u l-EIA, kif indikat mill-Parti Notifikanti, il-Kummissjoni ma tqisx li dawk is-sussidji barranin setgħu tejbu l-pożizzjoni kompetittiva ta’ e& fil-proċess tal-akkwiżizzjoni. |
|
(249) |
Madankollu, il-Kummissjoni tqis li dawk is-sussidji barranin jistgħu jtejbu l-pożizzjoni kompetittiva tal-entità kkombinata wara t-Tranżazzjoni. B’mod partikolari, l-entità kkombinata tista’ titlob finanzjament mill-EIA li jista’ jkun influwenzat mill-eżistenza ta’ dawk is-sussidji barranin. F’dan ir-rigward, filwaqt li ma kienx hemm tranżazzjonijiet finanzjarji reċenti bejn l-EIA u e&, il-Parti Notifikanti tammetti li “l-EIA tista’ wkoll tavvanza self lil kumpaniji li hija proprjetarja tagħhom jew li fihom hija azzjonista, li jissuġġerixxi li tista’ tipprovdi finanzjament lil e&”. (178) |
|
(250) |
Il-Parti Notifikanti tirrikonoxxi wkoll li, minbarra l-limitazzjonijiet marbuta mal-politiki u l-istrateġiji pubbliċi li għalihom hija soġġetta l-EIA kif deskritt fil-premessa (246), ma hemm l-ebda liġi tal-EGħM li tipprovdi linji gwida jew restrizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tat-termini tal-finanzjament jew tas-self mogħti mill-EIA lis-sussidjarji tagħha, u għalhekk l-ebda limitazzjoni speċifika li tipprevjeni lill-EIA milli tipprovdi finanzjament sussidjat (finanzjament li joriġina minn sussidji barranin) lill-entità kkombinata. (179) |
|
(251) |
Bħala tali, u kif stabbilit ulterjorment fit-Taqsima 8.2.3, il-Kummissjoni ssib li s-sussidji barranin identifikati fit-Taqsimiet 7.5.1, 7.5.2 u 7.5.3 lill-EIA, il-kumpanija omm kontrollanti ta’ e&, jikkostitwixxu sussidji barranin fit-Tranżazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 19 tal-FSR, peress li jistgħu jtejbu l-pożizzjoni kompetittiva tal-entità kkombinata wara t-Tranżazzjoni. |
7.5.6. Konklużjoni
|
(252) |
Abbażi tal-elementi fit-Taqsima 7.5, il-Kummissjoni ssib li l-għotjiet, is-self u l-avvanzi ripagabbli pprovduti mill-Ministeru għall-Finanzi tal-EGħM lill-EIA, kif ukoll l-impenji tal-banek ikkontrollati mill-EGħM fl-RCF għall-EIA, kull wieħed jikkwalifika bħala sussidju barrani fit-Tranżazzjoni, mogħti fit-3 snin qabel il-konklużjoni tal-SPA, skont it-tifsira tal-Artikoli 3 u 19 tal-FSR. |
7.6. Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ sussidji barranin fit-Tranżazzjoni
|
(253) |
Abbażi tal-elementi fit-Taqsima 7, il-Kummissjoni ssib li e& u l-kumpanija omm kontrollanti tagħha l-EIA, ingħataw fit-3 snin qabel il-konklużjoni tal-SPA, sussidji barranin fit-Tranżazzjoni mill-EGħM skont it-tifsira tal-Artikoli 3 u 19 tal-FSR. Dawn is-sussidji barranin jikkonsistu fil-Garanzija Illimitata lil e&, u l-għotjiet, is-self u l-avvanzi ripagabbli pprovduti lill-EIA mill-Ministeru għall-Finanzi tal-EGħM, kif ukoll l-impenji tal-banek ikkontrollati mill-EGħM fl-RCF lill-EIA. |
8. DISTORSJONI TAS-SUQ INTERN
|
(254) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, (180) il-Kummissjoni sabet indikazzjonijiet suffiċjenti li s-sussidji barranin identifikati b’mod preliminari jistgħu joħolqu distorsjoni fis-suq intern biex jiġġustifikaw il-ftuħ ta’ investigazzjoni fil-fond. |
|
(255) |
L-Artikolu 4(1) tal-FSR jipprevedi li sussidju barrani joħloq distorsjoni jekk “jista’ jtejjeb il-pożizzjoni kompetittiva ta’ impriża fis-suq intern” u jekk, b’dan il-mod, huwa “effettivament jew potenzjalment jaffettwa b’mod negattiv il-kompetizzjoni fis-suq intern”. |
|
(256) |
Il-valutazzjoni dwar jekk sussidju barrani “jista’ jtejjeb il-pożizzjoni kompetittiva ta’ impriża fis-suq intern” tinkorpora l-ħtieġa li tiġi stabbilita relazzjoni bejn is-sussidju barrani u l-attivitajiet tal-impriża fis-suq intern li huma miftuħa għall-kompetizzjoni. |
|
(257) |
Is-sussidju barrani mbagħad irid, billi jtejjeb il-pożizzjoni kompetittiva ta’ impriża fis-suq intern, “realment jew potenzjalment jaffettwa l-kompetizzjoni fis-suq intern”. |
|
(258) |
F’dan ir-rigward, l-Artikolu 4 tal-FSR mhux biss jindirizza d-distorsjonijiet li huma stabbiliti b’ċertezza, iżda wkoll id-distorsjonijiet potenzjali li jistgħu jseħħu b’riżultat tas-sussidji barranin. |
|
(259) |
L-effetti fuq il-kompetizzjoni jistgħu jiġu vvalutati fir-rigward ta’ kwalunkwe waħda mill-attivitajiet li fihom il-benefiċjarju jkun, jew x’aktarx ikun, attiv fis-suq intern, kemm jekk ikunu investimenti (pereżempju akkwiżizzjonijiet ta’ impriżi jew assi oħra), jew il-forniment jew ix-xiri ta’ kwalunkwe oġġett jew servizz, sakemm il-kompetizzjoni fir-rigward ta’ dik l-attività fis-suq intern tkun, tista’ tkun affettwata b’mod negattiv mis-sussidju barrani. |
|
(260) |
F’dak il-kuntest, l-għan tal-FSR huwa “biex tindirizza b’mod effettiv id-distorsjonijiet fis-suq intern ikkawżati minn sussidji barranin sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni”. (181) Il-kunċett ta’ kundizzjonijiet ekwi jirreferi għall-kundizzjonijiet li fihom l-impriżi jikkompetu ma’ xulxin fis-suq intern abbażi tal-mertu. Il-kundizzjonijiet ekwi ma jiġux irrispettati meta l-opportunitajiet ta’ suċċess fis-suq jinbidlu bla bżonn, pereżempju, permezz ta’ appoġġ minn pajjiż terz favur parteċipant wieħed jew aktar fis-suq. |
|
(261) |
Is-sejba ta’ distorsjoni tiġi ddeterminata f’valutazzjoni ġenerali bbażata fuq indikaturi, li jinkludu iżda li ma humiex limitati għal: in-natura u l-ammont tas-sussidju barrani; is-sitwazzjoni tal-impriża, inkluż id-daqs tagħha u tas-swieq jew tas-setturi kkonċernati; il-livell u l-evoluzzjoni tal-attività ekonomika tal-impriża kkonċernata fis-suq intern; u l-iskop u l-kundizzjonijiet marbuta mas-sussidju barrani kif ukoll l-użu tiegħu fis-suq intern. (182) |
|
(262) |
Kull indikatur meħud separatament ma huwiex neċessarjament deċiżiv, u l-indikaturi ma humiex kumulattivi, li jfisser li – bl-istess mod li indikaturi rilevanti oħra jistgħu jiġu kkunsidrati fuq bażi ta’ każ b’każ – mhux l-eżempji kollha ta’ indikaturi rilevanti elenkati fl-Artikolu 4(1) tal-FSR jeħtieġ li jiġu kkunsidrati jew stabbiliti biex jintwera li sussidju barrani joħloq distorsjoni fis-suq intern f’każ partikolari. Fil-fatt, skont il-premessa (19) tal-FSR: “[m]eta tuża l-indikaturi biex tiddetermina l-eżistenza ta’ distorsjoni fis-suq intern, il-Kummissjoni tista’ tqis diversi elementi, bħad-daqs tas-sussidju barrani f’termini assoluti jew f’relazzjoni mad-daqs tas-suq jew mal-valur tal-investiment. Pereżempju, konċentrazzjoni li fil-kuntest tagħha sussidju barrani jkopri parti sostanzjali mill-prezz tax-xiri tal-entità fil-mira, aktarx li jkun distorsiv. […] Barra minn hekk, il-karatteristiċi tas-suq, u b’mod partikolari l-kundizzjonijiet kompetittivi fis-suq, bħall-ostakli għad-dħul, iridu jittieħdu inkonsiderazzjoni. […]”. (183) |
|
(263) |
Skont l-Artikolu 19 tal-FSR, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni ta’ “jekk sussidju barrani f’konċentrazzjoni joħloqx distorsjoni fis-suq intern […] għandha tkun limitata għall-konċentrazzjoni kkonċernata”. |
|
(264) |
F’konċentrazzjonijiet notifikati, il-Kummissjoni għalhekk tivvaluta jekk is-sussidji barranin joħolqux distorsjoni fis-suq intern fl-attivitajiet ekonomiċi affettwati mill-konċentrazzjoni, inkluż (i) fil-kuntest tal-proċess ta’ akkwiżizzjoni tal-Mira u (ii) fl-attivitajiet tal-entità kkombinata fis-suq intern wara t-Tranżazzjoni. |
|
(265) |
Il-Kummissjoni tissottolinja li l-valutazzjoni tagħha tal-eżistenza ta’ sussidji barranin distortivi f’konċentrazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 19 tal-FSR hija prospettiva – b’mod partikolari fir-rigward tad-distorsjonijiet fl-attivitajiet tal-entità kkombinata wara t-Tranżazzjoni – li jeħtieġ li tiġi kkunsidrata fl-istandard tal-prova tad-distorsjoni rilevanti tas-suq intern. |
|
(266) |
Għar-raġunijiet stabbiliti hawn taħt, il-Kummissjoni ssib li s-sussidji barranin fit-Tranżazzjoni identifikati fit-Taqsima 7 – jiġifieri, il-Garanzija Illimitata lil e& u l-għotjiet, is-self, l-avvanzi ripagabbli u l-RCF lill-EIA – ma joħolqux distorsjoni fis-suq intern fil-proċess tal-akkwiżizzjoni (it-Taqsima 8.1). Madankollu, il-Kummissjoni ssib li dawn is-sussidji barranin identifikati joħolqu distorsjoni fis-suq intern fl-attivitajiet tal-entità kkombinata wara t-Tranżazzjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 4 u 5 tal-FSR (it-Taqsima 8.2). |
8.1. Distorsjoni tal-proċess tal-akkwiżizzjoni
8.1.1. Sussidji barranin “x’aktarx joħolqu distorsjoni fis-suq intern” u “jiffaċilitaw il-konċentrazzjoni direttament”
|
(267) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, (184) il-Kummissjoni qieset li xi wħud mis-sussidji barranin identifikati b’mod preliminari jistgħu jitqiesu bħala “l-aktar probabbli joħolqu distorsjoni fis-suq intern” skont l-Artikolu 5 tal-FSR. B’mod partikolari, fir-rigward tal-proċess tal-akkwiżizzjoni, il-Kummissjoni sabet li l-Garanzija Illimitata lil e& (li hija stess taqa’ taħt l-Artikolu 5(1)(b) tal-FSR), kif ukoll is-Self b’Terminu jistgħu jaqgħu fil-kategorija ta’ “jiffaċilita l-konċentrazzjoni direttament” skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1)(d) tal-FSR. (185) |
|
(268) |
Il-Kummissjoni sabet f’din id-Deċiżjoni li s-Self b’Terminu ma jikkostitwixxix sussidju barrani (ara t-Taqsima 7.1). |
|
(269) |
Madankollu, il-Kummissjoni sabet f’din id-Deċiżjoni li l-Garanzija Illimitata lil e& tikkostitwixxi sussidju barrani (ara t-Taqsima 7.2). Dik il-Garanzija Illimitata lil e& tista’ ttejjeb il-kundizzjonijiet li fihom e& ġabret finanzjament għall-akkwiżizzjoni tal-Mira, u b’mod partikolari s-Self b’Terminu, li l-Parti Notifikanti ssostni li se jintuża biex tiffinanzja t-Tranżazzjoni. (186) Għalhekk, il-Garanzija Illimitata lil e& tista’ tikkostitwixxi sussidju barrani li “jiffaċilita l-konċentrazzjoni direttament” skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1)(d) tal-FSR. |
|
(270) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li, skont l-Artikolu 5(2) tal-FSR, xorta waħda jibqa’ possibbli għall-Parti Notifikanti li tipprovdi informazzjoni rilevanti dwar jekk sussidju barrani li jaqa’ taħt l-Artikolu 5(1) tal-FSR ma joħloqx distorsjoni fis-suq intern fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ dan il-każ. |
|
(271) |
F’dak il-kuntest, kif inhu vvalutat fit-Taqsima 8.1.3, il-Kummissjoni ssib li s-sussidji barranin identifikati, irrispettivament minn jekk jistgħux jitqiesu li jaqgħu taħt l-Artikolu 5(1)(d) tal-FSR, ma wasslux għal distorsjoni tal-proċess tal-akkwiżizzjoni. Għalhekk, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, ma hemmx bżonn li tintlaħaq opinjoni definittiva dwar jekk xi wieħed mis-sussidji barranin identifikati jaqax fil-kategorija ta’ sussidju barrani li jiffaċilita direttament konċentrazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1)(d) tal-FSR. |
8.1.2. Titjib fil-pożizzjoni kompetittiva ta’ e&
|
(272) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ tagħha, il-Kummissjoni sabet indikazzjonijiet suffiċjenti li xi wħud mis-sussidji barranin identifikati b’mod preliminari, u b’mod partikolari s-Self b’Terminu, il-Garanzija Illimitata lil e&, il-liċenzja u l-prezzijiet regolati tat-telekomunikazzjoni fl-EGħM u l-kuntratti tal-gvern tal-EGħM, kienu tejbu l-pożizzjoni kompetittiva ta’ e& fil-proċess tal-akkwiżizzjoni biex jiġġustifikaw il-ftuħ ta’ investigazzjoni fil-fond skont l-Artikolu 10(3) tal-FSR, bħala riżultat kemm tan-natura ta’ dawk is-sussidji kif ukoll tal-ammont potenzjali tagħhom. (187) |
|
(273) |
Il-Parti Notifikanti sostniet li dawn is-sussidji barranin ma jtejbux il-pożizzjoni kompetittiva tagħha fir-rigward tal-proċess tal-akkwiżizzjoni. B’mod partikolari, (188) il-Parti Notifikanti sostniet li s-Self b’Terminu ma huwiex meħtieġ biex isseħħ it-Tranżazzjoni, peress li e& “kienet tkun fl-istess pożizzjoni kompetittiva u finanzjarja anki kieku kienet iddeċidiet li ma tużax finanzjament taħt is-[Self b’Terminu] biex tiffinanzja t-Tranżazzjoni”. (189) Il-Parti Notifikanti sostniet li e& kienet effettivament ikkunsidrat għażliet oħra ta’ finanzjament, inkluż il-flus tagħha stess, li joriġinaw mill-attivitajiet ta’ negozju ta’ e& stess, u ħadet id-deċiżjoni finali biss [wara li kienu ġew iffirmati l-ftehimiet dwar it-Tranżazzjoni]. Bħala tali, is-Self b’Terminu ma kienx meħtieġ għat-Tranżazzjoni. |
|
(274) |
Il-Kummissjoni sabet fit-Taqsimiet 7.1, 7.3 u 7.4 li ma setgħetx tikkonkludi skont l-istandard legali meħtieġ li s-Self b’Terminu u l-prezzijiet regolati tat-telekomunikazzjoni taw benefiċċju lil e&, u li t-tariffa tar-royalties federali għal-liċenzja tat-telekomunikazzjoni ta’ e& ma kinitx tikkostitwixxi remunerazzjoni adegwata, u għalhekk li l-valutazzjoni preliminari tagħha fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ li dawn il-miżuri jistgħu jikkostitwixxu sussidji barranin ma ġietx ikkonfermata. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet fit-Taqsima 7.5 li, filwaqt li l-EIA kienet irċeviet sussidji barranin, dawk is-sussidji barranin ma humiex probabbli li kellhom rwol fil-proċess tal-akkwiżizzjoni (ara t-Taqsima 7.5). |
|
(275) |
Bħala tali, il-Garanzija Illimitata lil e& hija l-uniku sussidju barrani identifikat li x’aktarx tejjeb il-pożizzjoni kompetittiva ta’ e& fil-proċess tal-akkwiżizzjoni. |
|
(276) |
Peress li l-Kummissjoni ssib fit-Taqsima 8.1.3 li s-sussidji barranin identifikati ma wasslux għal effetti negattivi reali jew potenzjali fuq il-kompetizzjoni fir-rigward tal-proċess tal-akkwiżizzjoni, ma huwiex meħtieġ li tintlaħaq pożizzjoni finali dwar jekk dawk is-sussidji barranin tejbux il-pożizzjoni kompetittiva ta’ e&. |
8.1.3. Effett negattiv reali jew potenzjali fuq il-kompetizzjoni fis-suq intern
|
(277) |
Il-Parti Notifikanti ssostni li kwalunkwe sussidju barrani ma jkollux effetti negattivi reali jew potenzjali fuq il-kompetizzjoni fil-proċess tal-akkwiżizzjoni. B’mod partikolari, il-Parti Notifikanti ssostni li t-Tranżazzjoni ma seħħitx fil-kuntest ta’ proċess strutturat ta’ offerti, u li l-Mira u l-azzjonisti tagħha ma avviċinawx u ma ġewx avviċinati minn xi akkwirenti potenzjali oħra, b’mod partikolari minħabba li l-Bejjiegħ kellu l-intenzjoni li jistabbilixxi sħubija kummerċjali speċifikament ma’ e& u li, “għalkemm il-korrispettiv ġenerali (naturalment) kellu rwol sinifikanti fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Bejjiegħ, dan ma kellux wieħed deċiżiv”. Barra minn hekk, il-Parti Notifikanti ssostni li l-korrispettiv tat-Tranżazzjoni ġie ddeterminat indipendentement mis-Self b’Terminu u kkunsidrat biss il-valwazzjoni tal-Mira (ibbażata fuq il-valur tal-intrapriża tagħha u tranżazzjonijiet komparabbli), sabiex it-Tranżazzjoni kienet issir bl-istess kundizzjonijiet mingħajr kwalunkwe sussidju barrani. (190) |
|
(278) |
Sabiex jiġi kkunsidrat jekk is-sussidji barranin identifikati wasslux għal effetti negattivi reali jew potenzjali fuq il-kompetizzjoni fil-proċess tal-akkwiżizzjoni, il-Kummissjoni trid tikkunsidra sa liema punt l-eżitu ta’ dak il-proċess ta’ akkwiżizzjoni ġie mibdul mis-sussidji barranin. |
|
(279) |
Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, fejn is-sussidji barranin ikunu ppermettew lil akkwirent jegħleb il-kompetituri. |
|
(280) |
Dan jista’ jkun ukoll il-każ fejn is-sussidji barranin ikunu wasslu lill-akkwirent biex jiskoraġġixxi akkwirenti potenzjali oħra milli jissottomettu offerta, pereżempju billi jagħmel offerta ogħla mill-valur tas-suq. |
|
(281) |
Il-Kummissjoni trid tikkunsidra wkoll jekk l-akkwirent kienx ikun jista’ jiffinanzja l-akkwiżizzjoni mingħajr ebda sussidju barrani. Dan l-aspett huwa separat mill-kwistjoni ta’ jekk is-sussidji barranin tejbux il-pożizzjoni kompetittiva tal-akkwirent, pereżempju billi jtejbu l-kundizzjonijiet li fihom l-akkwirent ikun qed iwettaq l-akkwiżizzjoni. Pjuttost, dan l-aspett iqis jekk dawk is-sussidji barranin jippermettux lill-akkwirent iwettaq akkwiżizzjoni li ma kinitx tkun possibbli f’kundizzjonijiet ekwi, f’dan il-kuntest akkwiżizzjoni li ma kienet tkun possibbli xejn, jew li l-perimetru tagħha kien ikun differenti. |
|
(282) |
F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, matul l-investigazzjoni fil-fond, il-Kummissjoni ma identifikat l-ebda parti oħra li potenzjalment kienet interessata fit-Tranżazzjoni, u l-ebda parti terza ma ssottomettiet kummenti dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ f’dan ir-rigward. L-RFIs tal-Kummissjoni lill-kompetituri tal-Mira, li fihom talbet il-fehmiet tagħhom dwar it-Tranżazzjoni, ikkonfermaw in-nuqqas ta’ interess tagħhom fl-akkwiżizzjoni tal-Mira. (191) |
|
(283) |
It-tieni, il-Kummissjoni ssib li s-sottomissjonijiet tal-Parti Notifikanti juru li l-valwazzjoni ma titbigħedx minn tranżazzjonijiet komparabbli oħra fl-istess industrija. (192) Barra minn hekk, fit-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni li kienu qed jitolbu l-fehmiet tagħhom dwar it-Tranżazzjoni, il-kompetituri tal-Mira ma indikaw l-ebda ħlas żejjed għall-Mira. (193) B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni ssib li ma hemm l-ebda element li jindika li l-Parti Notifikanti ma ħallsitx prezz tas-suq għall-Mira, u b’hekk skoraġġiet kompetituri potenzjali. |
|
(284) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni rrieżaminat, fl-investigazzjoni fil-fond, jekk is-sussidji barranin identifikati bħala li potenzjalment kellhom rwol fil-proċess tal-akkwiżizzjoni, jiġifieri l-Garanzija Illimitata lil e&, kinux meħtieġa biex isseħħ it-Tranżazzjoni. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssib li l-informazzjoni ppreżentata mill-Parti Notifikanti tikkonferma li e& setgħet wettqet it-Tranżazzjoni mingħajr il-Garanzija Illimitata lil e&. Il-Kummissjoni qieset b’mod partikolari l-fatt li l-pożizzjoni tal-likwidità ta’ e&, bħala riżultat tat-tmexxija normali tal-attivitajiet kummerċjali tagħha fiż-żmien tal-iffirmar tal-ftehim, kienet diversi drabi l-korrispettiv għat-Tranżazzjoni. (194) |
|
(285) |
Bħala tali, filwaqt li l-Garanzija Illimitata lil e& setgħet tejbet il-pożizzjoni kompetittiva ta’ e& fil-proċess tal-akkwiżizzjoni, din ma wasslitx għal effetti negattivi reali jew potenzjali fuq il-kompetizzjoni f’dak il-proċess. |
8.1.4. Konklużjoni
|
(286) |
Abbażi tal-elementi fit-Taqsima 8.1, il-Kummissjoni ssib li s-sussidji barranin identifikati ma joħolqux distorsjoni fil-proċess tal-akkwiżizzjoni. |
8.2. Distorsjoni fl-attivitajiet tal-entità kkombinata wara l-konċentrazzjoni
|
(287) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, (195) il-Kummissjoni sabet indikazzjonijiet suffiċjenti li s-sussidji barranin identifikati b’mod preliminari kienu se joħolqu distorsjoni fis-suq intern fl-attivitajiet tal-entità kkombinata wara t-Tranżazzjoni biex jiġġustifikaw il-ftuħ ta’ investigazzjoni fil-fond. |
|
(288) |
B’mod partikolari, id-Deċiżjoni tal-Ftuħ sabet b’mod preliminari li l-eżistenza tal-Garanzija Illimitata lil e& setgħet ittejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-entità kkombinata wara l-konċentrazzjoni, billi tippermetti lil dik il-kumpanija tiġbor finanzjament għall-operazzjonijiet tagħha fis-suq intern b’kundizzjonijiet preferenzjali, jew billi tirrikorri għal finanzjament diġà miġbur minn e& bl-appoġġ tal-Garanzija Illimitata lil e&, pereżempju s-Self b’Terminu. |
|
(289) |
Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ imbagħad sabet li s-sussidji barranin identifikati b’mod preliminari jistgħu jippermettu lill-entità kkombinata twettaq aktar investimenti fis-suq intern, li huma ddikjarati b’mod espliċitu bħala parti mir-raġuni għat-Tranżazzjoni, (196) u ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tagħha għall-attivitajiet ekonomiċi tagħha fis-suq intern fis-settur tat-telekomunikazzjoni. |
|
(290) |
Il-Kummissjoni sostniet li kienet se tkompli teżamina fl-investigazzjoni fil-fond jekk is-sussidji barranin identifikati b’mod preliminari jistgħux itejbu wkoll, permezz tal-konċentrazzjoni, il-pożizzjoni kompetittiva tal-entità kkombinata bħala riżultat tal-aċċess għal assi u servizzi ssussidjati. |
|
(291) |
Min-naħa tagħha, id-Deċiżjoni tal-Ftuħ sabet li s-sussidji barranin identifikati b’mod preliminari fit-Tranżazzjoni setgħu realment jew potenzjalment jaffettwaw b’mod negattiv il-kompetizzjoni fis-suq intern, pereżempju billi jippermettu b’mod partikolari lill-entità kkombinata twettaq investimenti u akkwiżizzjonijiet b’kundizzjonijiet preferenzjali. |
|
(292) |
F’din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni ssib li s-sussidji barranin identifikati fit-Taqsima 7 joħolqu distorsjoni fis-suq intern fl-attivitajiet tal-entità kkombinata wara t-Tranżazzjoni. |
|
(293) |
Il-Kummissjoni tiddeskrivi hawn taħt l-attivitajiet tal-entità kkombinata li x’aktarx jiġu affettwati mis-sussidji barranin identifikati (it-Taqsima 8.2.1), u teżamina kif is-sussidji barranin identifikati fit-Taqsima 7, li jinkludu sussidji barranin “l-aktar probabbli joħolqu distorsjoni fis-suq intern” skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tal-FSR (it-Taqsima 8.2.2), jistgħu jtejbu l-pożizzjoni kompetittiva tal-entità kkombinata fis-suq intern fir-rigward ta’ dawk l-attivitajiet (it-Taqsima 8.2.3), u b’hekk iwasslu għal effetti negattivi reali jew potenzjali fuq il-kompetizzjoni fis-suq intern (it-Taqsima 8.2.4). |
8.2.1. L-attivitajiet li x’aktarx jiġu affettwati mis-sussidji barranin identifikati
|
(294) |
L-FSR għandu l-għan li jiżgura kundizzjonijiet ekwi, sabiex l-impriżi li joperaw ċerti attivitajiet ma jiksbux vantaġġi kompetittivi mhux dovuti bħala riżultat ta’ sussidji barranin. |
|
(295) |
Konċentrazzjoni tista’ testendi l-benefiċċju tas-sussidji barranin għal attivitajiet li qabel kienu soġġetti għal restrizzjonijiet kompetittivi, jiġifieri f’dan il-każ l-attivitajiet ekonomiċi tal-Mira fis-suq intern qabel il-konċentrazzjoni. Is-sussidji barranin jistgħu jeħilsu lill-benefiċjarju tagħhom mir-restrizzjonijiet tas-suq f’dawk l-attivitajiet ekonomiċi fis-suq intern. |
|
(296) |
Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu identifikati l-attivitajiet ekonomiċi fis-suq intern li jistgħu jsofru ħsara mill-fatt li wieħed mill-operaturi jibbenefika minn sussidji barranin. L-attivitajiet li għalihom il-Kummissjoni tivvaluta distorsjoni tas-suq intern jenħtieġ li jinkludu l-attivitajiet kollha fis-suq intern tal-partijiet għall-konċentrazzjoni li wara l-konċentrazzjoni jistgħu jibbenefikaw mis-sussidji barranin identifikati. |
|
(297) |
Minn dik il-perspettiva, huwa meħtieġ li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi rilevanti tal-attivitajiet ekonomiċi fis-suq intern li s-sussidji barranin identifikati jistgħu jaffettwaw. |
|
(298) |
Skont il-Parti Notifikanti, (197) fi ħdan is-suq intern, il-Mira hija attiva fil-forniment ta’ għadd ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni (taħt il-marka Yettel fil-Bulgarija u fl-Ungerija, u l-marka O2 fis-Slovakkja) kif ukoll fil-forniment ta’ servizzi ta’ infrastruttura tat-telekomunikazzjoni (taħt il-marka CETIN fil-Bulgarija u fl-Ungerija, u l-marka O2 fis-Slovakkja) fil-Bulgarija, fl-Ungerija u fis-Slovakkja. Madankollu, sehem kbir mid-dħul u l-flussi tal-flus tal-Mira huwa ġġenerat mill-forniment ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli bl-imnut. (198) B’kuntrast ma’ dan, il-livell tal-attivitajiet kummerċjali tal-Mira fis-suq intern fil-forniment ta’ servizzi oħra tat-telekomunikazzjoni huwa limitat, li għalihom, abbażi tal-informazzjoni disponibbli pereżempju għas-servizzi fissi bl-imnut u għas-servizzi tal-infrastruttura, ma jidhirx li hija fornitur kbir. (199) Minħabba l-attivitajiet limitati tal-Mira fil-forniment ta’ dawn is-servizzi l-oħra fis-suq intern, l-effetti distortivi potenzjali mis-sussidji barranin identifikati fit-Taqsima 7 jidhru inqas probabbli li jimmaterjalizzaw – jew x’aktarx li jkunu inqas sinifikanti – fir-rigward ta’ dawn l-attivitajiet meta mqabbla mal-effetti fir-rigward tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli bl-imnut (inklużi l-infrastruttura relatata u investimenti oħra). Konsegwentement, fid-dawl tal-probabbiltà limitata ta’ distorsjoni fir-rigward ta’ dawn l-attivitajiet u minħabba li, sa fejn tinħoloq tali distorsjoni, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda indikazzjoni li tali distorsjoni tkun ta’ natura differenti minn dik identifikata fir-rigward tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni bl-imnut tal-entità kkombinata, l-analiżi tal-Kummissjoni ta’ hawn taħt tiffoka fuq is-servizzi tat-telekomunikazzjoni bl-imnut tal-entità kkombinata. |
|
(299) |
L-ambitu ġeografiku tal-attivitajiet tal-Mira fis-suq intern u l-enfasi fuq il-forniment ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli bl-imnut huma murija fil-Figure 1, silta minn preżentazzjoni dwar it-Tranżazzjoni lill-Kumitat tal-Investiment u l-Finanzi (“IFC”) ta’ e&. Illustrazzjoni 1 – Il-fehma ta’ e& dwar l-attivitajiet tal-Mira (2022) […]
|
|
(300) |
Kif muri fil-Figure 2, il-Figure 3 u l-Figure 4, l-informazzjoni dwar il-Mira li tinsab fl-istess dokument intern minn e& dwar it-Tranżazzjoni turi li, fejn hija attiva fis-suq intern, il-Mira hija waħda mit-tliet operaturi l-kbar fil-forniment ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli, attivitajiet li huma miftuħa għall-kompetizzjoni. Dawn il-fehmiet interni huma kkonfermati mill-informazzjoni pprovduta direttament mill-Parti Notifikanti (200) kif ukoll mill-informazzjoni mir-regolaturi nazzjonali tat-telekomunikazzjoni (201) u mill-kompetituri. (202) Illustrazzjoni 2 – Xenarju kummerċjali fil-Bulgarija […]
Illustrazzjoni 3 – Ishma fl-Ungerija (servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli bl-imnut) […]
Illustrazzjoni 4 – Ishma fis-Slovakkja (servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli bl-imnut) […]
|
|
(301) |
B’ħarsa lejn il-futur, il-Mira spjegat bi tweġiba għal RFI tal-Kummissjoni li “qed tinvesti ammonti materjali fil-modernizzazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tan-networks mobbli”. (203) Dan jikkonsisti prinċipalment minn [dettalji dwar il-pjan tal-Mira fir-rigward tal-iżvilupp tan-network 5G]. B’mod parallel, hija tinvesti fi [dettalji dwar l-investimenti tal-Mira]. (204) Dawn l-investimenti jirriżultaw f’nefqa kapitali ppjanata ta’ aktar minn EUR [1-5] biljun bejn l-2024 u l-2028 fis-suq intern. (205) |
|
(302) |
Pereżempju, skont ir-regolatur Ungeriż, “fl-2024, Yettel u CETIN iffirmaw Dikjarazzjoni Konġunta mal-Gvern Ungeriż għat-trasformazzjoni diġitali tal-Ungerija. Abbażi tad-dikjarazzjoni, (li b’riżultat tagħha t-taxxa addizzjonali fuq it-telekomunikazzjoni [fi] l-Ungerija se titħassar mill-1 ta’ Jannar 2025) Yettel u CETIN jimpenjaw ruħhom li jimplimentaw investiment għall-iżvilupp tan-network mobbli ta’ mill-inqas HUF 72 biljun [bejn wieħed u ieħor ekwivalenti għal EUR 183 miljun] (206) bejn l-2024 u l-2028, li se jżid il-kopertura residenzjali ta’ barra tal-5G madwar il-pajjiż kollu għal 99 fil-mija sa tmiem l-2028”. (207) |
|
(303) |
Il-Parti Notifikanti fid-dokumenti interni tagħha tistenna wkoll li l-entità kkombinata tipparteċipa fl-irkantijiet tal-ispettru skedati għal […]. (208) |
|
(304) |
Fil-qosor, l-attivitajiet fis-suq intern li x’aktarx jiġu affettwati mis-sussidji barranin identifikati huma dawk fejn il-Mira hija prinċipalment attiva – u għalhekk, probabbilment, anki l-entità kkombinata wara t-Tranżazzjoni – b’mod partikolari l-attivitajiet tagħha bħala fornitur kbir ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli bl-imnut, fejn hemm kompetizzjoni u li għalihom qed tippjana investimenti sinifikanti fil-futur. |
8.2.2. Sussidji barranin li “l-aktar probabbli joħolqu distorsjoni fis-suq intern”
|
(305) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, (209) il-Kummissjoni qieset b’mod preliminari li xi wħud mis-sussidji barranin identifikati b’mod preliminari jistgħu jitqiesu bħala “l-aktar probabbli joħolqu distorsjoni fis-suq intern” skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tal-FSR. B’mod partikolari, il-Kummissjoni sabet li l-Garanzija Illimitata lil e& taqa’ taħt l-Artikolu 5(1)(b) tal-FSR. |
|
(306) |
Il-Kummissjoni sabet fit-Taqsima 7.2 li e& tibbenefika mill-Garanzija Illimitata lil e& mill-gvern tal-EGħM. |
|
(307) |
Il-garanziji illimitati huma “l-aktar probabbli li joħolqu distorsjoni fis-suq intern” skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1)(b) tal-FSR. Kif stabbilit fil-premessa (20) tal-FSR, għal dawn is-sussidji l-Kummissjoni ma għandhiex għalfejn twettaq valutazzjoni dettaljata bbażata fuq indikaturi. |
|
(308) |
Bħala riżultat tat-Tranżazzjoni, il-Mira u e& se jsiru entità finanzjarjament integrata. Bħala tali, permezz ta’ din l-integrazzjoni, il-Mira se jkollha aċċess għall-kapaċitajiet ta’ finanzjament illimitati ta’ e&. |
|
(309) |
Din il-Garanzija Illimitata lil e& se tippermetti lill-entità kkombinata tiġbor finanzjament futur għall-operazzjonijiet tagħha fis-suq intern b’kundizzjonijiet preferenzjali. Tali finanzjament jista’ jinġabar mill-entitajiet legali li joperaw dawn l-attivitajiet fis-suq intern direttament. F’dak il-kuntest, il-kredituri huma mistennija jqisu l-eżistenza ta’ garanzija illimitata mill-EGħM lill-kumpanija omm tal-grupp, e&. (210) Tali aspettattivi jiġu mmitigati biss sa fejn ikun hemm restrizzjonijiet fuq l-għoti ta’ finanzjament minn e& lil dawk l-entitajiet legali. |
|
(310) |
Tali finanzjament jista’ jinġabar ukoll minn e&, u mbagħad jiġi pprovdut minn e& għall-attivitajiet fis-suq intern, pereżempju permezz ta’ injezzjonijiet ta’ ekwità jew self. F’dak ir-rigward, e& diġà ġabret finanzjament bl-appoġġ tal-Garanzija Illimitata lil e& li e& tista’ tistrieħ fuqha biex tiffinanzja l-attivitajiet tagħha fis-suq intern. |
|
(311) |
Fid-dawl tan-natura tagħhom, il-garanziji illimitati għandhom effetti diretti fuq il-kapaċità tal-impriżi li jiġbru finanzjament b’kundizzjonijiet preferenzjali, kif huwa spjegat fil-premessi (308) sa (310). Barra minn hekk, peress li l-garanziji illimitati huma ta’ ammont “illimitat”, huma jistgħu jtejbu l-pożizzjoni kompetittiva ta’ kwalunkwe impriża, irrispettivament mid-daqs jew mill-preżenza tagħha fis-suq intern. Minħabba li l-garanziji illimitati ma humiex ristretti minn skop partikolari jew minn xi kundizzjoni għall-użu tagħhom, l-effetti distortivi tagħhom ukoll ma humiex ristretti. |
|
(312) |
Għalhekk, il-Garanzija Illimitata lil e& tippermetti lill-entità kkombinata tibbenefika minn kundizzjonijiet aħjar mill-kompetituri biex twettaq aktar investimenti fis-suq intern – kritiċi għall-prestazzjoni futura fl-attivitajiet rilevanti, kif dettaljat fit-Taqsima 8.2.1 – li huma ddikjarati b’mod espliċitu bħala parti mir-raġuni għat-Tranżazzjoni, (211) u tista’, għalhekk, ittejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tagħha għall-attivitajiet ekonomiċi tagħha fis-suq intern fis-settur tat-telekomunikazzjoni. |
|
(313) |
B’dan il-mod, il-Garanzija Illimitata lil e&, se taffettwa realment jew potenzjalment b’mod negattiv il-kompetizzjoni fis-suq intern, pereżempju billi tippermetti lill-entità kkombinata twettaq investimenti fis-suq intern b’kundizzjonijiet preferenzjali. |
|
(314) |
Bħala tali, il-preżenza ta’ garanzija illimitata lill-impriża akkwirenti, li għaliha l-entità kkombinata tikseb aċċess permezz tat-Tranżazzjoni, tista’ toħloq distorsjoni fis-suq intern. |
|
(315) |
Madankollu, skont l-Artikolu 5(2) tal-FSR, jibqa’ possibbli għall-Parti Notifikanti li tipprovdi informazzjoni rilevanti dwar jekk sussidju barrani li jaqa’ taħt l-Artikolu 5(1) tal-FSR ma joħloqx distorsjoni fis-suq intern fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ dan il-każ. |
|
(316) |
Fin-notifika tagħha, il-Parti Notifikanti sostniet, l-ewwel nett, li e& ma għandhiex il-kapaċità li tfixkel il-kompetizzjoni fis-suq intern, bħala riżultat tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim tal-Azzjonisti li (i) jippermettu lil e& tipprovdi finanzjament lill-Mira “biss jekk ma jkunx disponibbli finanzjament garantit jew mhux garantit estern b’termini raġonevoli” jew f’“sitwazzjonijiet ta’ emerġenza”, (ii) jillimitaw il-kapaċità ta’ e& li tipprovdi finanzjament ta’ ekwità lill-Mira għal sitwazzjonijiet tal-aħħar istanza, u (iii) jistipulaw li l-Bejjiegħ ikollu d-dritt li jipparteċipa f’wieħed minn dawn iż-żewġ modi ta’ finanzjament ((i) u (ii)), sabiex e& ma tkunx tista’ tittrasferixxi unilateralment sussidji barranin lill-Mira. (212) It-tieni, il-Parti Notifikanti sostniet li e& ma jkollha l-ebda inċentiv biex tagħmel dan, fid-dawl tal-interess minoritarju sinifikanti tal-Bejjiegħ, li jfisser li tali trasferiment ikun żvantaġġuż għal e& u ksur possibbli tar-regoli applikabbli dwar il-governanza korporattiva, b’kont meħud ukoll tal-mekkaniżmi tal-Opzjoni Put u tal-Opzjoni Call u l-politika ta’ distribuzzjoni miftiehma fil-Ftehim tal-Azzjonisti. (213) e& issostni wkoll li l-impatti negattivi tat-taxxa korporattiva tal-EGħM jistgħu jimmaterjalizzaw jekk it-tranżazzjonijiet bejn e& u l-Mira ma jitwettqux b’distakkament. (214) |
|
(317) |
Fl-Osservazzjonijiet tagħha dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, (215) il-Parti Notifikanti ċaħdet l-eżistenza tal-Garanzija Illimitata lil e&, iżda ma ressqet l-ebda argument ieħor dwar għaliex tali garanzija illimitata, jekk kien hemm, ma setgħet twassal għall-ebda distorsjoni fis-suq intern. |
|
(318) |
Il-Kummissjoni ssib li, għall-kuntrarju tas-sottomissjoni tal-Parti Notifikanti, il-Ftehim tal-Azzjonisti ma jeskludix il-possibbiltà li e& tipprovdi finanzjament ta’ dejn jew ta’ ekwità lill-Mira. Pjuttost, huwa jillimita biss dik il-possibbiltà. Barra minn hekk, filwaqt li l-Bejjiegħ se jkollu d-dritt li jipparteċipa f’tali finanzjament pro rata, huwa ma hux se jkun obbligat jagħmel dan. Il-Kummissjoni ma taqbilx ukoll li dawn il-mekkaniżmi jneħħu kwalunkwe inċentiv għal e& biex tipprovdi finanzjament lill-Mira bl-appoġġ tal-Garanzija Illimitata lil e&, b’mod partikolari meta l-vijabbiltà tal-Mira tkun f’riskju. |
|
(319) |
Barra minn hekk, dawk il-mekkaniżmi huma, fi kwalunkwe każ, limitati għall-perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ 5 snin li matulu e& u l-Bejjiegħ ikollhom sjieda konġunta tal-Mira (ara l-premessa (8)). Mal-eżerċizzju tal-Opzjoni Put jew tal-Opzjoni Call, e& u l-Mira jiffunzjonaw bħala entità kompletament integrata finanzjarjament, sabiex ma jkun hemm l-ebda restrizzjoni fuq il-possibbiltà li e& tipprovdi finanzjament lill-Mira. |
|
(320) |
Barra minn hekk, kif huwa spjegat fid-dettall fit-Taqsimiet 8.2.3 u 8.2.4, anki mingħajr ma wieħed jibbaża fuq l-Artikolu 5 tal-FSR u taħt valutazzjoni dettaljata skont l-Artikolu 4 tal-FSR, hemm evidenza konkreta li l-Garanzija Illimitata lil e& se ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-entità kkombinata wara t-Tranżazzjoni, u dan se jwassal għal effetti negattivi reali jew potenzjali fuq il-kompetizzjoni fis-suq intern. |
8.2.3. Titjib tal-pożizzjoni kompetittiva tal-attivitajiet ekonomiċi tal-entità kkombinata fis-suq intern
|
(321) |
F’din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni sabet li, minbarra l-Garanzija Illimitata lil e&, l-EIA hija r-riċevitur ta’ sussidji barranin sinifikanti, fil-forma ta’ għotjiet, self, avvanzi ripagabbli u l-RCF lill-EIA. |
8.2.3.1. Aċċess għal kapaċità finanzjarja sussidjata
|
(322) |
Konsegwenza tat-Tranżazzjoni hija l-integrazzjoni finanzjarja ta’ e& u tal-Mira. Permezz ta’ din l-integrazzjoni, l-entità kkombinata se jkollha aċċess għall-kapaċità finanzjarja ssussidjata ta’ e& għall-operazzjonijiet tagħha fis-suq intern. Id-disponibbiltà tal-Garanzija Illimitata lil e& u l-kombinazzjoni tagħha mas-sussidji barranin identifikati l-oħra għall-EIA x’aktarx jipprovdu lill-entità kkombinata b’kundizzjonijiet ta’ finanzjament preferenzjali għall-operazzjonijiet tagħha fis-suq intern u jagħmluha aktar indifferenti għar-riskji. |
|
(323) |
Fir-rigward tal-Garanzija Illimitata lil e&, il-Kummissjoni ssib dan li ġej. |
|
(324) |
Minħabba n-natura tagħhom, il-garanziji illimitati mogħtija lil impriża omm jistgħu jtejbu l-pożizzjoni kompetittiva tal-attivitajiet ekonomiċi kollha ta’ dik l-impriża u tas-sussidjarji tagħha inklużi, f’dan il-każ, l-attivitajiet ekonomiċi tal-Mira fis-suq intern li jinkisbu permezz tat-Tranżazzjoni. B’mod partikolari, id-disponibbiltà tal-Garanzija Illimitata lil e& x’aktarx li tippermetti lill-entità kkombinata tiġbor finanzjament futur għall-operazzjonijiet tagħha fis-suq intern b’kundizzjonijiet preferenzjali, b’mod partikolari minħabba l-aspettattivi mtejba tal-kredituri bħala riżultat tal-eżistenza ta’ dik il-Garanzija Illimitata lil e&. Kif huwa spjegat fil-premessi (309) u (310), dan il-finanzjament jista’ jinġabar mill-entitajiet tal-grupp fis-suq intern direttament, jew jista’ jinġabar minn e& (inkluż il-finanzjament diġà miġbur bl-appoġġ tal-Garanzija Illimitata lil e&) u mbagħad jiġi ttrasferit għall-operazzjonijiet fis-suq intern permezz ta’ injezzjonijiet ta’ ekwità, strumenti ta’ dejn, jew mod ieħor. Kif huwa spjegat fit-Taqsima 7.2, il-Garanzija Illimitata lil e& hija illimitata fl-ammont tagħha u għalhekk tista’ taffettwa b’mod sinifikanti l-kundizzjonijiet li bihom l-entità kkombinata tiġbor il-finanzjament fil-futur. |
|
(325) |
Barra minn hekk, fid-dawl tal-karatteristiċi tagħha, il-Garanzija Illimitata lil e& ma hija soġġetta għall-ebda kundizzjoni jew skop li jirrestrinġi l-użu tagħha, u għalhekk kwalunkwe finanzjament miġbur mill-entità kkombinata, inkluż għall-operazzjonijiet tagħha fis-suq intern, jista’ jibbenefika mill-Garanzija Illimitata lil e&. Dan il-benefiċċju jista’ jkun dirett, fejn il-finanzjament jinġabar minn e& innifisha, jew indirett, meta jinġabar minn entità oħra tal-grupp, kif spjegat fil-premessi (309) u (310). |
|
(326) |
It-titjib tal-pożizzjoni kompetittiva tal-entità kkombinata minħabba l-Garanzija Illimitata lil e& f’termini ta’ finanzjament jista’, b’mod partikolari, jiġi illustrat bit-tqabbil tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu rispettivi ta’ e& (216) u tal-Mira. Kif muri fit-Table 1, il-klassifikazzjonijiet ta’ e& huma seba’ gradi aħjar minn dawk tal-Mira. Huwa probabbli li wara t-Tranżazzjoni, il-klassifikazzjoni tal-Mira se ssir ħafna aħjar, u eqreb lejn dik ta’ e& bis-saħħa tal-identità l-ġdida tal-azzjonist kontrollanti tagħha. Tabella 1 Klassifikazzjonijiet tal-kreditu ta’ operaturi rilevanti tat-telekomunikazzjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(327) |
Filwaqt li l-Mira tispjega li […]. (217) |
|
(328) |
Dan it-titjib probabbli fil-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-Mira, minħabba l-konsolidament ma’ e&, jinkludi l-effetti tal-Garanzija Illimitata lil e&, li huma inkorporati fil-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ e& kif uriet il-Kummissjoni fil-premessa (100). (218) |
|
(329) |
Fir-rigward tal-Garanzija Illimitata lill-EIA, u kif huwa spjegat fit-Taqsima 7.5.4.2, il-Kummissjoni ssib li l-Garanzija Illimitata lill-EIA tista’ ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-entità kkombinata b’mod simili għall-Garanzija Illimitata lill-EIA. L-ewwel nett, l-entitajiet legali li joperaw l-attivitajiet tal-UE jistgħu, fil-futur, jiġbru l-finanzjament direttament. F’dak il-kuntest, il-kredituri huma mistennija jqisu l-eżistenza ta’ garanzija illimitata mill-EGħM lill-kumpanija omm apikali, l-EIA. (219) Tali aspettattivi jiġu mmitigati biss sal-punt li jkun hemm restrizzjonijiet fuq l-għoti ta’ finanzjament mill-EIA lil dawk l-entitajiet legali. It-tieni, tali finanzjament jista’ jinġabar ukoll mill-EIA, u mbagħad jiġi pprovdut mill-EIA għall-attivitajiet fis-suq intern, pereżempju permezz ta’ injezzjonijiet ta’ ekwità jew self. |
|
(330) |
F’dak il-kuntest, kemm il-Garanzija Illimitata lil e& kif ukoll il-Garanzija Illimitata lill-EIA jistgħu jtejbu l-aspettattivi tal-kredituri tal-entità kkombinata sal-istess livell ta’ skopertura għar-riskju ta’ kreditu, li huwa r-riskju ta’ kreditu tal-EGħM infushom. Fil-fatt, ir-riżultat kemm tal-Garanzija Illimitata lil e& kif ukoll tal-Garanzija Illimitata lill-EIA huwa l-appoġġ finanzjarju preżunt li jiġi pprovdut mill-gvern tal-EGħM kemm lill-EIA kif ukoll lil e& direttament. |
|
(331) |
Fir-rigward tas-sussidji barranin identifikati l-oħra, jiġifieri l-għotjiet, is-self, l-avvanzi ripagabbli u l-RCF lill-EIA, il-Kummissjoni ssib dan li ġej. |
|
(332) |
L-ewwel nett, l-entità kkombinata se jkollha aċċess għall-kapaċità finanzjarja ssussidjata tal-EIA għall-attivitajiet ekonomiċi tagħha fis-suq intern. Bħala l-azzjonist maġġoritarju u l-“azzjonist speċjali” ta’ e&, l-EIA għandha kemm il-kapaċità kif ukoll l-inċentiv li tipprovdi finanzjament lil e& f’każ ta’ diffikultajiet finanzjarji, sabiex tippreserva l-valur tal-kumpanija tal-portafoll tagħha. L-EIA għandha wkoll mandat li tassisti u tagħti pariri lill-bord u lit-tim maniġerjali superjuri ta’ e&. (220) |
|
(333) |
It-tieni, abbażi tal-informazzjoni li għandha l-Kummissjoni, (221) analiżi tal-karatteristiċi tas-sussidji barranin turi li hemm riskju konkret li dawn is-sussidji barranin jintużaw biex itejbu l-pożizzjoni kompetittiva tal-attivitajiet ekonomiċi tal-entità kkombinata fis-suq intern. |
|
(334) |
L-ewwel nett, l-ammont ta’ dawk is-sussidji (l-Artikolu 4(1)(a) tal-FSR) huwa sinifikanti. |
|
(335) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni aggregata pprovduta fin-notifika tal-Parti Notifikanti, (222) tifhem li s-sussidji barranin lill-EIA jammontaw għal diversi biljuni ta’ euro. |
|
(336) |
Dak l-ammont huwa ta’ daqs komparabbli jew li jaqbeż kemm il-fatturat annwali tal-Mira fis-suq intern (EUR [1-5] biljun), kif ukoll l-ammont totali tal-karta bilanċjali tagħha (EUR [5-10] biljun). Għalhekk huwa sinifikanti, fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-impriża u l-livell tal-attività ekonomika tagħha fis-suq intern (l-Artikolu 4(1)(c) u (d) tal-FSR). Min-naħa tagħhom, dawn is-sussidji barranin jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-attivitajiet tal-entità kkombinata fis-suq intern. Dawn l-ammonti jenħtieġ li jitqiesu b’mod partikolari fil-kuntest tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tal-Mira għas-snin li ġejjin, u speċjalment meta mqabbla mal-livelli tan-nefqa kapitali u l-investimenti antiċipati mill-Mira. Mill-2023 sal-2028, in-nefqa kapitali akkumulata tammonta għal madwar EUR [...] biljun, kif huwa spjegat fit-Taqsima 8.2.1., li hija ferm iżgħar mill-ammont aggregat tas-sussidji barranin lill-EIA. |
|
(337) |
It-tieni, dawk is-sussidji barranin jistgħu, min-natura tagħhom, (223) itejbu l-pożizzjoni kompetittiva tal-entità kkombinata. Fil-fatt, dawn is-sussidji barranin jirriżultaw f’likwidità addizzjonali għall-EIA, li mbagħad tista’ tiġi pprovduta lill-entità kkombinata (simili għall-għoti ta’ flus). Dan huwa b’mod partikolari l-każ għall-għotjiet, li huma disponibbli għall-EIA b’mod indefinit. Fir-rigward tas-self, l-avvanzi ripagabbli, u l-RCF, dawn jistgħu wkoll itejbu temporanjament il-pożizzjoni tal-likwidità tal-EIA, anke jekk fl-aħħar mill-aħħar iridu jitħallsu lura. |
|
(338) |
It-tielet, minkejja l-RFIs tagħha, il-Kummissjoni ma rċevietx informazzjoni dwar jekk dawk is-sussidji barranin kinux kondizzjonati fuq xi eżitu f’termini ta’ redditu jew f’termini ta’ użu. F’dan il-kuntest, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tqis li ma hemm l-ebda indikazzjoni li dawk is-sussidji barranin huma soġġetti għal xi kundizzjoni, skop, jew termini ta’ użu, (224) u għalhekk jistgħu effettivament jintużaw mill-entità kkombinata għal kwalunkwe operazzjoni, inklużi operazzjonijiet fis-suq intern. Il-Kummissjoni sabet li l-uniċi restrizzjonijiet identifikati għall-użu tal-finanzjament tal-EIA lill-entità kkombinata, li jikkonċernaw il-limitazzjonijiet marbuta mal-politiki u l-istrateġiji pubbliċi li għalihom hija soġġetta l-EIA, ma humiex suffiċjenti biex jeliminaw it-titjib tal-pożizzjoni kompetittiva tal-entità kkombinata (il-premessi (249) u (250)), u lanqas ir-restrizzjonijiet fir-rigward tal-għoti ta’ finanzjament minn e& lill-Mira (il-premessi (318) u (319)). |
|
(339) |
Għal dawn ir-raġunijiet kollha, u f’konformità mal-Artikolu 4(1) tal-FSR, is-sussidji barranin identifikati jistgħu jtejbu l-pożizzjoni kompetittiva tal-entità kkombinata fl-attivitajiet tagħha wara l-konċentrazzjoni, billi jippermettu lil dik l-entità kkombinata aċċess għall-kapaċità finanzjarja sussidjata tal-impriża akkwirenti. |
8.2.3.2. Aċċess għal assi u servizzi ssussidjati
|
(340) |
Il-Kummissjoni ma identifikat, fl-investigazzjoni fil-fond tagħha, l-ebda evidenza li e& għandha jew tibbenefika minn assi jew servizzi sussidjati li jistgħu jiġu mgħoddija lill-entità kkombinata wara t-Tranżazzjoni. |
|
(341) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma identifikat l-ebda evidenza li e& ibbenefikat minn sussidji barranin li għenuha tiżviluppa assi u servizzi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma identifikat l-ebda evidenza li e& kienet se tuża, wara t-Tranżazzjoni, xi assi jew servizz kritiku għall-entità kkombinata. |
|
(342) |
Il-kompetituri fis-swieq rilevanti wkoll ma indikaw l-ebda tħassib speċifiku relatat mal-aċċess mill-entità kkombinata għal assi u servizzi ssussidjati. (225) |
8.2.4. Effetti negattivi reali jew potenzjali fuq il-kompetizzjoni
|
(343) |
Għar-raġunijiet stabbiliti fit-Taqsimiet 8.2.4.1 u 8.2.4.2, il-Kummissjoni ssib li s-sussidji barranin identifikati fit-Taqsima 7 se jwasslu għal effetti negattivi reali jew potenzjali fuq il-kompetizzjoni fis-suq intern, b’kont meħud, b’mod partikolari, tas-sitwazzjoni tal-entità kkombinata, inkluż id-daqs tagħha u s-swieq jew is-setturi kkonċernati (l-Artikolu 4(1)(c) FSR), il-livell u l-evoluzzjoni tal-attività ekonomika tal-entità kkombinata fis-suq intern (l-Artikolu 4(1)(d) tal-FSR) u l-użu tas-sussidji barranin fis-suq intern (l-Artikolu 4(1)(e) tal-FSR). |
8.2.4.1. L-importanza tal-investimenti u għalhekk il-finanzjament għall-attivitajiet rilevanti
|
(344) |
Kif muri fit-Taqsima 8.2.1, il-Partijiet jistennew li jkollhom iwettqu investimenti kbar biex jappoġġaw l-attivitajiet tagħhom fis-suq intern fil-forniment ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni. |
|
(345) |
Dan huwa konsistenti mal-antiċipazzjonijiet tal-Kummissjoni u mal-aspettattivi tal-industrija. |
|
(346) |
Il-White Paper tal-Kummissjoni dwar “Kif nistgħu nikkontrollaw il-ħtiġijiet tal-infrastruttura diġitali tal-Ewropa?” (il-“White Paper”) (226) tispjega li l-kisba tal-miri kurrenti tad-Deċennju Diġitali (227) għall-konnettività f’Gigabit u l-5G tista’ tirrikjedi investiment totali sa EUR 148 biljun fl-UE, jekk in-networks fissi u mobbli jiġu varati b’mod indipendenti, u jekk jiġi varat 5G awtonomu – li joffri liċ-ċittadini u lin-negozji Ewropej il-kapaċitajiet sħaħ li jistgħu jiġu offruti min-networks mobbli 5G. Ikunu meħtieġa xi investimenti ulterjuri (EUR 26-79 biljun) biex tiġi żgurata kopertura sħiħa tal-kurituri tat-trasport inklużi t-toroq, il-ferroviji u l-passaġġi fuq l-ilma. Hija tinnota li l-operaturi fis-suq intern bħalissa qed jiffokaw fuq l-użu mill-ġdid ta’ siti eżistenti biex ivaraw baned baxxi u medji. L-aġġornamenti futuri, pereżempju 6G jew WiFi 6 se jirrikjedu densifikazzjoni tan-network b’fattur ta’ 2-3 sal-aħħar tas-snin 2020 mill-inqas f’żoni ta’ domanda ta’ densità għolja. |
|
(347) |
Ir-rapport mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Operaturi tan-Networks tat-Telekomunikazzjoni (“ETNO”) dwar il-“Futur tan-Networks tal-Komunikazzjoni Elettronika fl-Ewropa" (ir-“rapport tal-ETNO”) (228) jinnota bl-istess mod li l-operaturi Ewropej tat-telekomunikazzjoni bħalissa qed jiffaċċjaw pressjonijiet sinifikanti: “iż-żieda fl-investiment u l-ħtiġijiet ta’ aġġornament tan-networks, l-isfidi tas-sigurtà, u suq tal-UE frammentat u rregolat ħafna”. |
|
(348) |
Għalhekk, l-operaturi tat-telekomunikazzjoni jista’ jkollhom bżonn mhux biss jinvestu fl-offerti kurrenti tagħhom iżda wkoll fil-kopertura tan-network u t-teknoloġija tagħhom, li hija fattur ewlieni għall-pożizzjoni kompetittiva tagħhom fil-futur. |
|
(349) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni fil-White Paper tagħha tirrikonoxxi d-diffikultajiet ta’ għadd ta’ operaturi tal-komunikazzjoni elettronika biex jaċċessaw il-finanzi u jilħqu l-livell ta’ investimenti meħtieġa biex jilħqu l-miri kurrenti tad-Deċennju Diġitali għall-konnettività f’Gigabit u l-5G, u b’mod aktar ġenerali biex jiżviluppaw in-networks diġitali moderni meħtieġa għall-iżvilupp u r-realizzazzjoni ta’ applikazzjonijiet ibbażati fuq l-edge computing, l-IA, u l-IoT. Il-White Paper issib li l-proporzjon ta’ mill-inqas parti mid-dejn nett tal-operaturi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi fuq l-EBITDA tagħhom kompla jikber. Barra minn hekk, hija tinnota li l-aċċess għall-finanzi jidher li naqas biż-żieda reċenti fir-rati tal-imgħax u l-averżjoni mifruxa għar-riskju. (229) |
|
(350) |
F’dak ir-rigward, l-aċċess indirett għal ammonti sinifikanti ta’ finanzjament riċevut mill-EIA permezz ta’ sussidji barranin, jew il-kapaċità li tibbenefika minn finanzjament b’kundizzjonijiet aħjar milli kieku kien jista’ jinkiseb bis-saħħa tal-Garanzija Illimitata lil e& biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ investiment futuri huwa ta’ importanza kbira għall-attivitajiet tal-entità kkombinata, kif saħqu l-maġġoranza tal-kompetituri tal-Mira li wieġbu għall-RFIs tal-Kummissjoni. (230) |
8.2.4.2. Effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni
|
(351) |
Kif muri fit-Taqsimiet 8.2.1 u 8.2.4.1, fis-suq intern, il-Mira hija attiva b’mod sinifikanti fil-forniment ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni, speċjalment servizzi mobbli bl-imnut, qasam miftuħ għall-kompetizzjoni fejn il-ħtiġijiet ta’ investiment – u l-aċċess korrispondenti għall-finanzi – huma importanti. |
|
(352) |
Minn dan jirriżulta li biex jinżammu kundizzjonijiet ekwi fil-forniment ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni fis-suq intern fejn il-Mira bħalissa – u b’kull probabbiltà l-entità kkombinata wara t-Tranżazzjoni – hija attiva, kunsiderazzjoni kruċjali hija l-aċċess għall-finanzjament abbażi tal-merti ta’ kull impriża. |
|
(353) |
Madankollu, it-Tranżazzjoni se tbiddel b’mod fundamentali l-pożizzjoni tal-Mira f’dan ir-rigward. Fil-fatt, il-kapaċità tal-entità kkombinata li timmobilizza finanzjament preferenzjali fid-dawl tas-sussidji barranin ipprovduti lil e& u lill-EIA (kif identifikati fit-Taqsima 7), u b’hekk ittejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tagħha, se twassal għal effetti negattivi potenzjali fuq il-kompetizzjoni fis-suq intern fir-rigward tal-attivitajiet rilevanti, (231) fejn l-aċċess għall-finanzjament biex jiġu ffinanzjati investimenti kritiċi huwa ta’ importanza kbira. (232) |
|
(354) |
Minħabba li n-negozju tal-entità kkombinata se jopera taħt l-umbrella tal-Garanzija Illimitata lil e&, il-biża’ tagħha ta’ telf finanzjarju u ħruġ possibbli mis-suq se jitnaqqas b’mod qawwi. F’dak il-każ, mingħajr l-effett dixxiplinari tas-suq, l-entità kkombinata jkollha l-kapaċità u l-inċentiv li ssir aktar tfittex ir-riskju u espansjonista peress li tkun taf li l-aspetti negattivi huma maniġġabbli. |
|
(355) |
Dan it-tħassib huwa muri mill-fatt li, fit-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni li talbu l-fehmiet tagħhom dwar it-Tranżazzjoni, bosta mill-kompetituri tal-Mira qajmu tħassib dwar l-integrazzjoni finanzjarja ta’ e& u l-PPF, b’mod partikolari fid-dawl tar-rabtiet ta’ e& mal-gvern tal-EGħM u l-appoġġ finanzjarju solidu implikat u l-vantaġġ kompetittiv li jirriżulta. Fir-rigward tal-impatt tat-Tranżazzjoni, wieħed mir-rispondenti ddeskriva lil e& bħala “azzjonist finanzjarjament b’saħħtu b’riżorsi finanzjarji prattikament illimitati”. (233) Bl-istess mod, operatur ieħor tat-telekomunikazzjoni attiv fil-Bulgarija nnota li “is-saħħa ewlenija ta’ [e&] hija l-appoġġ finanzjarju solidu tal-Istat tal-EGħM li jgħinha tegħleb ukoll l-ostakli operazzjonali.” (234) |
|
(356) |
Dan huwa saħansitra aktar il-każ meta l-kompetituri tal-entità kkombinata jkunu f’pożizzjoni finanzjarja relattivament aktar dgħajfa, u b’hekk ikollhom aċċess għal termini ta’ finanzjament aktar għaljin. (235) Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tosserva li l-ebda wieħed mill-kompetituri tal-entità kkombinata ma jibbenefika minn garanzija illimitata jew minn sitwazzjoni finanzjarja komparabbli. Fil-fatt, xi operaturi jidhru li jinsabu f’kundizzjonijiet finanzjarji fraġli. |
|
(357) |
Fil-fatt, skont il-Parti Notifikanti, (236) fost l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-komunità finanzjarja aktar ġenerali, proporzjon ta’ ingranaġġ ta’ dejn nett għall-EBITDAaL (qligħ qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-ammortizzament, wara l-lokazzjoni) ta’ aktar minn 3.5x huwa ġeneralment meqjus bħala l-punt li fih entità tiġi fi grad ta’ subinvestiment. Il-Parti Notifikanti tkompli tgħid li “il-biċċa l-kbira tal-operaturi tat-telekomunikazzjoni elenkati, bħal Orange Group u Deutsche Telekom Group, kif ukoll atturi kbar oħra fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant iżommu l-ingranaġġ fil-medda ta’ 2X-3X”. Madankollu, kif turi t-Table 2, ħafna mill-kompetituri tal-Mira jsofru minn proporzjonijiet ta’ ingranaġġ importanti, jiġifieri mill-inqas United Group, 4iG u SWAN. Tabella 2 Proporzjonijiet tad-dejn nett għall-EBITDAaL ta’ ċerti gruppi Ewropej tat-telekomunikazzjoni
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(358) |
Il-Parti Notifikanti tinnota wkoll li [kummenti dwar is-sitwazzjoni finanzjarja u l-istrateġija tal-kompetituri]. Strateġija bħal din toħloq “riskju għoli ta’ diffikultà finanzjarja fil-bidu ta’ kwalunkwe reċessjoni ekonomika u/jew prestazzjoni baxxa tan-negozju”. (237) Il-Parti Notifikanti targumenta li dan bħalissa huwa l-każ ta’ […] “fejn xi investituri tilfu l-fiduċja fil-kapaċità tagħha li tħallas lura parti mid-dejn pendenti tagħha minħabba l-proporzjon għoli ta’ ingranaġġ”. B’riżultat ta’ dan, skont il-Parti Notifikanti, […] għandha [deskrizzjoni tal-azzjonijiet] u d-dejn tagħha bħalissa huwa kklassifikat […] kemm minn Moody’s kif ukoll minn S&P. |
|
(359) |
Dawn ir-restrizzjonijiet finanzjarji fuq il-kompetituri jillimitaw il-kapaċità tagħhom li jikkontestaw kwalunkwe theddida magħmula mill-entità kkombinata wara t-Tranżazzjoni, u b’hekk jagħmlu l-effetti negattivi tas-sussidji barranin fuq il-kompetizzjoni fis-suq intern aktar materjali. |
|
(360) |
Dawn l-effetti negattivi jistgħu jseħħu b’mod partikolari fir-rigward tal-infiq kapitali, l-investimenti futuri, (238) u fil-proċess kompetittiv b’mod ġenerali. |
|
(361) |
L-ewwel nett, bil-benefiċċju tal-aċċess għall-kapaċità finanzjarja sussidjata ta’ e&, l-entità kkombinata tista’ tfixkel l-eżitu tal-irkanti futuri tal-ispettru. (239) Fil-Pjan fit-Tul tagħha 2024-2028, (240) il-Mira tirrikonoxxi l-“[…]”, filwaqt li tinnota li […]. Operatur kbir tat-telekomunikazzjoni kkonferma l-interess qawwi tal-Mira fl-“irkanti kollha tal-ispettru”, fejn kien attiv ħafna, billi akkwista partijiet sinifikanti tal-frekwenzi, filwaqt li “l-prezzijiet li kienu lesti jħallsu dejjem kienu ogħla mill-prezzijiet medjani ta’ atturi oħra tas-suq, kemm għall-ispettru bħala tali kif ukoll għal pożizzjonijiet speċifiċi f’baned partikolari”. (241) Wara li diġà bdiet strateġija li biha tħallas aktar mill-prezz medjan għall-ispettru u l-pożizzjonijiet fi ħdan baned partikolari, l-aċċess għall-kapaċità finanzjarja ssussidjata ta’ e& jista’ jagħmilha saħansitra aktar faċli u attraenti għall-Mira li tkompli b’dan l-approċċ u tħallas prezzijiet saħansitra ogħla għall-ispettru – li jista’ ma jkunx iġġustifikat f’termini ta’ redditi normali. (242) Kieku dan kellu jseħħ, dan jista’ jirriżulta f’żieda sinifikanti fil-kost tat-twettiq tan-negozju ’l quddiem, li l-kompetituri jistgħu ma jkunux jistgħu jassorbu u jkomplu jikkompetu b’mod effettiv, għad-detriment tal-kompetizzjoni fis-suq intern. |
|
(362) |
F’dan ir-rigward, it-tweġibiet mill-kompetituri tal-Mira għall-RFIs tal-Kummissjoni fir-rigward tal-fehmiet tagħhom dwar it-Tranżazzjoni semmew b’mod partikolari l-impatt konkret ta’ din il-kapaċità finanzjarja sussidjata fuq l-irkantijiet għall-ispettu u l-liċenzjar tal-kontenut, u l-investimenti fil-varar tal-infrastruttura sottostanti, li huma xprunati mill-kapital. (243) Operatur wieħed ta’ network mobbli nnota, pereżempju, li “entità li […] permezz tal-istruttura tas-sidien ikollha aċċess għal sussidji u appoġġ mill-gvern […] se tikseb vantaġġ sinifikanti” fl-irkanti tal-ispettru li ġejjin. (244) |
|
(363) |
Bl-istess mod, il-Partijiet jistgħu jaċċelleraw b’mod sostanzjali t-twaqqit ta’ nefqiet kapitali oħra. (245) Minħabba r-restrizzjonijiet finanzjarji komparattivi tagħhom, (246) tali aċċellerazzjoni x’aktarx ma tiġix idduplikata mill-biċċa l-kbira tal-kompetituri jew mill-kompetituri kollha tagħha u l-aċċess tal-entità kkombinata għar-riżorsi finanzjarji sussidjati ta’ e& potenzjalment joħloq distorsjoni fil-kundizzjonijiet ekwi u b’hekk jirriżulta f’effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni fis-suq intern. |
|
(364) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li s-saħħa finanzjarja tal-entità kkombinata – li tirriżulta minn sussidji barranin – potenzjalment taffettwa b’mod negattiv il-kompetizzjoni fis-suq intern, f’attivitajiet fejn vantaġġ finanzjarju jista’ jkun fattur deċiżiv. |
|
(365) |
It-tieni, meta eżaminat ir-raġuni tat-Tranżazzjoni, il-Parti Notifikanti [...]. Dan huwa muri fil-Figure 5, silta mill-preżentazzjoni tat-Tranżazzjoni lill-IFC ta’ e&. Illustrazzjoni 5 – [raġuni tat-tranżazzjoni] […]
|
|
(366) |
It-tielet, is-sussidji barranin identifikati fit-Taqsima 7 potenzjalment jippermettu lill-entità kkombinata tiddixxiplina lill-kompetituri fin-negozjati tagħhom għas-servizzi bl-ingrossa. Pereżempju, […], il-Parti Notifikanti tirrakkomanda […]. Hija żżid li […]. (247) L-aċċess għall-kapaċità finanzjarja sussidjata ta’ e& jagħmel l-implimentazzjoni ta’ strateġija bħal din aktar faċli u għalhekk aktar probabbli, għad-detriment tal-kundizzjonijiet ekwi. |
|
(367) |
B’mod aktar ġenerali, il-vantaġġ kompetittiv miksub permezz ta’ sussidji barranin huwa li l-entità kkombinata tikseb il-kapaċità li tespandi l-attivitajiet tagħha fis-suq intern lil hinn minn dak li jenħtieġ li jirriżultaw il-merti tagħha. Is-sussidji jistgħu, pereżempju, ikopru l-kostijiet marbuta ma’ politika kummerċjali aggressiva, u l-Garanzija Illimitata lil e& tagħmilha kredibbli li tali mġiba tista’ tiġi sostnuta. |
|
(368) |
Bħala konklużjoni, is-sussidji barranin identifikati fit-Taqsima 7 jippermettu lill-entità kkombinata twettaq strateġiji, b’mod partikolari fir-rigward tal-infiq kapitali, investimenti oħra u fil-proċess kompetittiv, li potenzjalment ikollhom effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni fis-suq intern. B’mod partikolari, il-Garanzija Illimitata lil e& tinċentiva aktar lill-entità kkombinata biex twettaq tali strateġiji billi tiżolaha mir-riskju u tippermettilha tikseb finanzjament b’rati ta’ mgħax aktar baxxi milli kieku kien ikun il-każ, li jirriżulta f’effetti negattivi potenzjali fuq il-kompetizzjoni fis-suq intern. |
8.3. Konklużjoni dwar id-distorsjoni tas-suq intern
|
(369) |
Abbażi tal-elementi fit-Taqsima 8.2, il-Kummissjoni ssib li s-sussidji barranin fit-Tranżazzjoni identifikati fit-Taqsima 7 – jiġifieri l-Garanzija Illimitata lil e&, u l-għotjiet, is-self, l-avvanzi ripagabbli, u l-RCF lill-EIA – joħolqu distorsjoni fis-suq intern fl-attivitajiet tal-entità kkombinata wara t-Tranżazzjoni skont it-tifsira kemm tal-Artikolu 4 kif ukoll tal-Artikolu 5 tal-FSR. |
9. EFFETTI POŻITTIVI
|
(370) |
Skont l-Artikolu 6 tal-FSR, “il-Kummissjoni tista’, abbażi tal-informazzjoni li tirċievi, tibbilanċja l-effetti negattivi ta’ sussidju barrani f’termini ta’ distorsjoni fis-suq intern, skont l-Artikoli 4 u 5 kontra l-effetti pożittivi fuq l-iżvilupp tal-attività ekonomika sussidjata rilevanti fis-suq intern, filwaqt li tqis effetti pożittivi oħra tas-sussidju barrani bħal pereżempju l-effetti pożittivi usa’ fir-rigward tal-objettivi ta’ politika rilevanti, b’mod partikolari dawk tal-Unjoni.” Il-Kummissjoni għalhekk jenħtieġ li tqis din il-valutazzjoni “meta tiddeċiedi jekk […] taċċettax impenji, u n-natura u l-livell ta’ dawk […] l-impenji”. |
|
(371) |
Skont il-premessa (21) tal-FSR, “L-Istati Membri, kif ukoll kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jistgħu jippreżentaw informazzjoni dwar l-effetti pożittivi ta’ sussidju barrani, li l-Kummissjoni jenħtieġ li tqis kif xieraq meta twettaq it-test tal-ibbilanċjar.” Barra minn hekk, “jenħtieġ li l-effetti pożittivi jkunu relatati mal-iżvilupp tal-attività ekonomika ssussidjata rilevanti fis-suq intern’ u ‘jenħtieġ li l-Kummissjoni teżamina wkoll effetti pożittivi usa’ fir-rigward tal-objettivi ta’ politika rilevanti, b’mod partikolari dawk tal-Unjoni. Dawk l-objettivi ta’ politika jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali u standards soċjali, u l-promozzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp”. |
|
(372) |
Barra minn hekk, “[j]enħtieġ li l-Kummissjoni tiżen dawk l-effetti pożittivi kontra l-effetti negattivi ta’ sussidju barrani f’termini ta’ distorsjoni fis-suq intern” u “fil-każ ta’ kategoriji ta’ sussidji barranin li huma meqjusa l-aktar probabbli li joħolqu distorsjoni fis-suq intern, l-effetti pożittivi huma inqas probabbli li jegħlbu l-effetti negattivi”. |
|
(373) |
Fin-notifika tagħha, il-Parti Notifikanti sostniet li t-Tranżazzjoni se twassal għal ċerti effetti pożittivi fis-suq intern, b’mod partikolari bħala riżultat tas-sinerġiji li e& beħsiebha twettaq permezz tal-konċentrazzjoni, u li jistgħu jtejbu s-servizzi tal-Mira, b’mod partikolari fir-rigward ta’ (i) il-ġestjoni tal-valur tal-klijent u s-servizz imtejjeb tal-konsumatur, (ii) l-ottimizzazzjoni tan-network, (iii) id-detezzjoni tal-frodi, u (iv) is-servizzi mtejba tar-roaming. (248) |
|
(374) |
Il-Kummissjoni tinnota, l-ewwel nett, li s-sussidji barranin identifikati jinkludu garanzija illimitata, li, skont l-Artikolu 5 tal-FSR, hija meqjusa bħala “l-aktar probabbli toħloq distorsjoni fis-suq intern”, b’tali mod li l-effetti pożittivi huma inqas probabbli li jegħlbu l-effetti negattivi tagħha skont l-Artikolu 6 tal-FSR. |
|
(375) |
It-tieni, il-Kummissjoni ssib li l-effetti pożittivi allegati mill-Parti Notifikanti ma huma relatati mal-ebda wieħed mis-sussidji barranin fit-Tranżazzjoni identifikati mill-Kummissjoni. Pjuttost, dawk l-effetti pożittivi, jekk jiġu ssostanzjati, għandhom jiġu kkawżati mit-Tranżazzjoni nnifisha, u l-integrazzjoni kummerċjali sussegwenti bejn e& u l-Mira. Is-sussidji barranin identifikati ma humiex meħtieġa biex iseħħu dawk l-effetti pożittivi, u lanqas ma jikkontribwixxu b’xi mod għal dawk l-effetti pożittivi. F’dan ir-rigward, il-Parti Notifikanti ma ressqet l-ebda element li juri li s-sussidji barranin kellhom rwol fl-okkorrenza tal-effetti pożittivi. |
|
(376) |
Bħala tali, il-Kummissjoni ma tqisx li l-elementi allegati mill-Parti Notifikanti jikkostitwixxu effetti pożittivi tas-sussidji barranin. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda informazzjoni oħra dwar l-eżistenza ta’ effetti pożittivi tas-sussidji barranin. |
|
(377) |
B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni ssib li ma hemm l-ebda effett pożittiv li jenħtieġ li jiġi bbilanċjat kontra d-distorsjoni identifikata, skont l-Artikolu 6 tal-FSR, u lanqas ma jitqies meta jiġi deċiż jekk jiġux aċċettati impenji u n-natura u l-livell ta’ dawk l-impenji. |
|
(378) |
Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tinnota li:
|
10. IMPENJI PROPOSTI
|
(379) |
Fejn il-Kummissjoni tqis li s-sussidji barranin f’konċentrazzjoni joħolqu distorsjoni fis-suq intern, il-partijiet jistgħu joffru impenji biex jirrimedjaw din id-distorsjoni u b’hekk jiksbu l-approvazzjoni għat-tranżazzjoni tagħhom. (249) |
|
(380) |
Biex jirrimedjaw id-distorsjonijiet identifikati fit-Taqsima 8.2, il-Partijiet issottomettew impenji fis-16 ta’ Lulju 2024 (l-“Impenji Inizjali”). Il-Kummissjoni vvalutat dawn l-impenji inizjali b’mod partikolari abbażi tal-eżitu tal-Eżami tas-Suq. |
|
(381) |
Fid-19 ta’ Awwissu 2024, il-Partijiet issottomettew impenji modifikati (l-“Impenji Finali”). Dawn l-Impenji Finali huma annessi ma’ din id-Deċiżjoni u jiffurmaw parti integrali minnha. |
10.1. Qafas analitiku
|
(382) |
Skont l-Artikolu 7(2) u 7(3) tal-FSR, il-Kummissjoni “tista’ taċċetta impenji offruti mill-impriża taħt investigazzjoni” u “tali impenji […] għandhom ikunu proporzjonati u jirrimedjaw kompletament u b’mod effettiv id-distorsjoni kkawżata realment jew potenzjalment minn sussidju barrani fis-suq intern”. L-Artikolu 7(2) tal-FSR jistipula li “[m]eta taċċetta dawn l-impenji, il-Kummissjoni għandha tagħmilhom vinkolanti fuq l-impriża taħt investigazzjoni f’deċiżjoni b’impenji f’konformità mal-Artikolu 11(3). Fejn ikun xieraq, il-konformità tal-impriża mal-impenji maqbula għandha tiġi mmonitorjata.” |
|
(383) |
L-FSR jipprovdi lista mhux eżawrjenti ta’ impenji possibbli. (250) |
|
(384) |
Huwa f’idejn il-partijiet notifikanti għall-konċentrazzjoni li jressqu impenji. Il-Kummissjoni hija intitolata biss li taċċetta impenji li hija tqis li huma probabbli li jirrimedjaw b’mod sħiħ u effettiv id-distorsjoni tas-suq intern. Biex jagħmlu dan, dawn l-impenji jridu jeliminaw għalkollox it-tħassib dwar il-kompetizzjoni mqajjem mill-Kummissjoni u, barra minn hekk, dawn l-impenji jridu jkunu komprensivi u effettivi. |
10.2. L-Impenji Inizjali
10.2.1. Deskrizzjoni tal-Impenji Inizjali
|
(385) |
Il-Partijiet issottomettew l-Impenji Inizjali tagħhom fis-16 ta’ Lulju 2024, flimkien ma’ memorandum ta’ spjegazzjoni li jistabbilixxi r-raġunijiet li skonthom, fil-fehma tagħhom, dawk l-impenji kienu xierqa sabiex jiġi eliminat kompletament u b’mod effettiv it-tħassib tal-Kummissjoni. Id-deskrizzjoni li ġejja tirriproduċi biss il-punti ewlenin tal-Impenji Inizjali. |
|
(386) |
L-Impenji Inizjali għandhom l-għan li jiżguraw li t-Tranżazzjoni ma toħloqx kanal li jippermetti li s-sussidji barranin jiġu direzzjonati fis-suq intern b’mod li joħloq distorsjoni fis-suq intern. Tali direzzjonar jista’ jseħħ permezz tal-forniment ta’ finanzjament distorsiv ta’ kwalunkwe tip mill-EIA, e& jew kwalunkwe impriża oħra kkontrollata mill-EIA, lill-Mira jew permezz tal-konklużjoni ta’ tranżazzjonijiet li ma jkunux skont it-termini tas-suq bejn l-istess impriżi. |
|
(387) |
Għal dak il-għan, l-elementi ewlenin tal-Impenji Inizjali huma kif ġej:
|
|
(388) |
Biex jiġi żgurat li dawn l-impenji jkollhom l-effetti sħaħ tagħhom, l-Impenji Inizjali jipprevedu l-proċeduri ta’ monitoraġġ u awtorizzazzjoni li ġejjin (żviluppati fit-taqsima C tal-Impenji Inizjali, is-subtaqsima I għall-finanzjament u s-subtaqsimiet II u III għat-tranżazzjonijiet kummerċjali).
|
|
(389) |
L-Impenji Inizjali saru għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(3) tal-FSR. Il-Kummissjoni tista’ testendi dan il-perjodu sa 5 snin. Il-Kummissjoni u l-Parti Notifikanti setgħu jaqblu li jestendu lil hinn minn 15-il sena. |
10.2.2. Riżultati tal-Eżami tas-Suq u valutazzjoni tal-Impenji Inizjali
|
(390) |
Malli rċeviet l-Impenji Inizjali, il-Kummissjoni bagħtet verżjoni mhux kunfidenzjali tagħhom lill-kompetituri ewlenin tal-Mira fis-suq intern. Dan li ġej jiġbor fil-qosor il-feedback li wasal mill-11-il rispondent (252) kif ukoll il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-Impenji Inizjali abbażi ta’ dan ir-feedback u l-analiżi tagħha stess. |
|
(391) |
B’mod ġenerali, ir-rispondenti qiesu li l-Impenji Inizjali indirizzaw it-tħassib imqajjem mit-Tranżazzjoni. Rispondent wieħed, madankollu, sostna li l-Impenji Inizjali ma kinux jindirizzaw id-distorsjonijiet fil-proċess tal-akkwiżizzjoni. (253) Rispondent ieħor kien tal-fehma li t-Tranżazzjoni tista’ tiskatta effetti koordinati potenzjali ma’ attur ieħor tas-suq f’wieħed mill-Istati Membri. (254) |
|
(392) |
Madankollu, kif ġie żviluppat fit-Taqsima 8.1, il-Kummissjoni ssib li t-Tranżazzjoni ma twassalx għal distorsjonijiet fil-proċess tal-akkwiżizzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-effetti koordinati bħala tali jenħtieġ li jiġu eżaminati skont ir-regoli rilevanti tal-antitrust u l-kontroll tal-fużjonijiet fil-livelli tal-Unjoni jew tal-Istati Membri, u mhux l-FSR, peress li l-valutazzjoni tagħhom teħtieġ ħafna konsiderazzjonijiet li ma humiex relatati mal-eżistenza ta’ sussidji barranin distortivi. |
|
(393) |
Fir-rigward tal-Impenn ta’ Finanzjament, xi rispondenti qiesu li t-terminu “finanzjament” ma kienx definit u ma kienx ċar. |
|
(394) |
Fil-fatt, il-Kummissjoni tinnota li l-Impenji Inizjali ma pprovdewx definizzjoni ta’ “finanzjament” u semmew biss bejn il-parentesi li l-finanzjament seta’ jieħu l-forma ta’ dejn jew ekwità. Forom oħra ta’ finanzjament bħall-għoti ta’ garanzija ma jidhrux li huma koperti. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ definizzjoni xierqa ħoloq inċertezza dwar jekk il-finanzjament li jkun fih sussidji barranin jistax jingħata lil parti terza li mbagħad tagħtih lin-negozji tal-UE tal-Mira. |
|
(395) |
Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati mal-eċċezzjoni tal-finanzjament ta’ emerġenza għall-Impenn ta’ Finanzjament, il-Kummissjoni tqis li huwa importanti li tistabbilixxi kemm il-kriterji fejn tapplika l-eċċezzjoni kif ukoll il-kontroll tal-Kummissjoni fil-livell it-tajjeb sabiex l-eċċezzjoni ma tirriżultax fid-direzzjonar ta’ sussidji barranin minn e& lejn is-suq intern. Rispondent wieħed argumenta li l-livell tal-proporzjon tad-dejn għall-EBTIDAaL kien fil-post it-tajjeb (255) filwaqt li ieħor spjega li kien baxx wisq. (256) |
|
(396) |
Is-sottomissjonijiet tal-Parti Notifikanti juru li xi wħud mill-kompetituri tal-Mira fis-suq intern kellhom proporzjonijiet ogħla mil-limitu stabbilit fl-Impenji Inizjali. (257) Għal dik ir-raġuni, il-Kummissjoni tqis li l-proporzjon propost fl-Impenji Inizjali seta’ ma kienx indikatur tajjeb għal diffikultajiet finanzjarji akuti. (258) |
|
(397) |
Fir-rigward tal-eċċezzjoni għall-finanzjament mhux tal-UE, il-Kummissjoni tqis, b’kont meħud ukoll tat-tweġibiet li rċeviet fl-Eżami tas-Suq, li l-Impenji Inizjali kienu jsofru minn nuqqas ta’ ċarezza fid-definizzjonijiet. Minħabba li d-definizzjonijiet ma kinux jippermettu li n-negozji tal-UE jiġu iżolati b’mod sħiħ mill-flussi finanzjarji minn partijiet oħra tal-grupp u ma ddefinewx b’mod xieraq il-“finanzjament”, l-Impenji Inizjali kienu jippermettu ċ-ċirkomvenzjoni tal-projbizzjoni tal-finanzjament tan-negozji tal-Mira fis-suq intern. |
|
(398) |
Fir-rigward tas-sistema ta’ monitoraġġ u awtorizzazzjoni stabbilita mill-Impenji Inizjali, il-maġġoranza tar-rispondenti jew sabuhom sodisfaċenti jew ma esprimewx tħassib f’dan ir-rigward. (259) |
|
(399) |
Għal dak li għandu x’jaqsam mat-tranżazzjonijiet, il-kontroll ex ante japplika biss għal dawk akbar (aktar minn EUR 4 miljun), iżda t-tranżazzjonijiet kollha jkunu suġġetti għal kontroll. Għal dawk iżgħar, jekk tranżazzjoni tinstab ex post li ma kinitx skont it-termini tas-suq, din jew tiġi mmodifikata jew tiġi mħassra (il-paragrafu 34 tal-Impenji Inizjali). L-istandards stabbiliti biex jiġi ddeterminat jekk tranżazzjoni hijiex skont it-termini tas-suq huma fattibbli u raġonevoli: filwaqt li “termini ta’ distakkament” fis-sens tal-linji gwida tal-OECD (260) tintuża bħala proxy għal “termini tas-suq” (il-paragrafu 12 tal-Impenji Inizjali), il-paragrafu 11 tal-Impenji Inizjali moqri flimkien mal-paragrafu 12 jippermetti li wieħed jikkunsidra anki t-tranżazzjonijiet distakkati bħala li jiddirezzjonaw sussidji barranin distorsivi u għalhekk ma jkunux skont it-“termini tas-suq”. Barra minn hekk, l-intervent mill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ u l-Kummissjoni huwa permess ladarba jkun hemm “riskju ta’ direzzjonar ta’ kwalunkwe Sussidju Barrani fis-suq intern b’mod li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni skont l-Artikolu 4 u (jekk applikabbli) l-Artikolu 5 tal-FSR” (il-paragrafi 26 u 31 tal-Impenji Inizjali). |
|
(400) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ huwa proporzjonat u effiċjenti. L-ewwel nett, il-finanzjament kollu huwa pprojbit filwaqt li l-eċċezzjonijiet huma soġġetti għall-intervent ikkombinat tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ u l-Kummissjoni. It-tieni, it-tranżazzjonijiet kollha jiġu sottomessi għal rieżami, ex ante għal dawk akbar u ex post għall-oħrajn. Il-Kummissjoni tqis li l-limitu ta’ EUR 4 miljun biex issir distinzjoni bejn ir-rieżami ex ante u ex post għat-tranżazzjonijiet huwa raġonevoli għall-industrija. B’mod partikolari, il-Parti Notifikanti spjegat li EUR 4 miljun ma huwiex apprezzabbli fl-industrija tat-telekomunikazzjoni fis-suq intern. Dan jirrappreżenta parti żgħira mill-EBITDA jew mill-ispejjeż operatorji tal-atturi tas-suq (inqas minn [0,1-0,5] % tal-EBITDA tal-Mira u inqas minn [0,5-1] % tal-OPEX tal-Mira, u inqas minn 2 % tal-EBITDA jew tal-OPEX b’mod ġenerali għall-kompetituri ewlenin tal-Mira). Il-Parti Notifikanti indikat ukoll li anke t-tranżazzjonijiet taħt dak il-limitu jiġu rrapportati ex post u jistgħu mbagħad jiġu rieżaminati. (261) Barra minn hekk, l-ebda wieħed mir-rispondenti għall-Eżami tas-Suq ma qajjem xi kwistjoni rigward dan il-limitu. (262) |
|
(401) |
Madankollu, xi rispondenti rrimarkaw li s-sistema ma kinitx tippermetti lill-Kummissjoni taqbilx ma’ valutazzjoni pożittiva min-naħa tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ dwar it-tranżazzjonijiet kummerċjali. (263) |
|
(402) |
Fl-aħħar nett, il-maġġoranza l-kbira tar-rispondenti kienu sodisfatti bid-durata ta’ 15-il sena tal-Impenji Inizjali. (264) Wieħed mir-rispondent argumenta li r-riskji għas-suq intern idumu sakemm e& tikkontrolla l-Mira. (265) |
|
(403) |
Il-Kummissjoni tqis li d-dispożizzjoni tal-Impenji Inizjali li tippermetti lill-Kummissjoni u lill-Parti Notifikanti, fi kwalunkwe ħin, jestendu d-durata tal-impenji lil hinn minn 15-il sena toffri l-flessibbiltà meħtieġa jekk it-theddida ta’ distorsjoni tibqa’ akuta qrib it-tmiem dan il-perjodu. |
10.3. L-Impenji Finali
|
(404) |
Fid-19 ta’ Awwissu 2024, il-Partijiet issottomettew l-Impenji Finali, li huma jqisu li jirriflettu u jindirizzaw il-feedback li l-Kummissjoni pprovdiet fil-laqgħa dwar is-Sitwazzjoni Attwali tat-30 ta’ Lulju 2024. |
10.3.1. Deskrizzjoni tal-Impenji Finali
|
(405) |
Id-differenzi ewlenin bejn l-Impenji Finali u l-Impenji Inizjali huma dawn li ġejjin. |
|
(406) |
L-ewwel nett, l-Impenji Finali jipprovdu delineazzjoni ċara bejn (i) in-negozji mhux tal-UE ta’ e& (definiti bħala “Impriżi Affiljati”) u (ii) in-negozju tal-UE ta’ e& (in-negozju tal-UE ta’ PPF Telecom Group wara l-għeluq). Dan tal-aħħar huwa definit bħala l-“Grupp fil-Mira”, li jinkludi n-negozji Bulgari, Ungeriżi u Slovakki tiegħu flimkien ma’ kwalunkwe negozju futur fis-suq intern li jkun jappartjeni għal entitajiet akkwistati fil-futur minn PPF Telecom Group (il-Mira) jew e&. Dan jagħti effett sħiħ lill-impenn li ma jitħalla l-ebda sussidju barrani jidħol fis-suq intern (permezz tal-paragrafi 7 u 10 tal-Impenji Finali) u għalhekk jindirizza t-tħassib deskritt fil-premessa (394). |
|
(407) |
It-tieni, l-Impenji Finali issa jinkludu definizzjoni ta’ “finanzjament”: “l-għoti ta’ kwalunkwe finanzjament (kemm jekk dejn kif ukoll jekk ekwità) permezz ta’ kwalunkwe strument finanzjarju (inklużi strumenti derivattivi) lil kwalunkwe membru tal-Grupp fil-Mira, direttament jew indirettament, mill-Parti Notifikanti, l-Intrapriżi Affiljati tagħha, l-EIA jew kwalunkwe Affiljat tal-EIA, iżda li ma jinkludi l-ebda Tranżazzjoni Rilevanti”. Jenħtieġ li jiġi nnotat li t-Tranżazzjoni Rilevanti issa tkopri l-garanzija ta’ “kwalunkwe dejn finanzjarju tal-Grupp fil-Mira”. Għalhekk, dawn l-aġġustamenti jindirizzaw it-tħassib deskritt fil-premessi (393) u (394). |
|
(408) |
It-tielet, fir-rigward tad-definizzjoni ta’ diffikultajiet finanzjarji akuti u b’mod partikolari l-proporzjon tad-dejn għall-EBITDAaL, l-Impenji Finali jispeċifikaw b’mod espliċitu li l-Parti Notifikanti trid tipprovdi “spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliex il-Mira tkun qed issofri minn kriżi akuta ta’ likwidità”, u l-proporzjon illustrattiv tad-dejn għall-EBITDAaL żdied minn x3.5 għal x4, li huwa ogħla mill-proporzjonijiet tal-maġġoranza kbira tal-kompetituri tal-Mira u, skont il-Partijiet, jissuġġerixxi sitwazzjoni finanzjarja diffiċli. (266) |
|
(409) |
Ir-raba’, fir-rigward tal-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ, l-Impenji Finali jintroduċu l-abbiltà għall-Kummissjoni li tikkummenta (fi żmien 5 ijiem tax-xogħol) dwar finanzjament ta’ emerġenza u tranżazzjonijiet kummerċjali rapportabbli anke fejn il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ ma jkun identifika l-ebda tħassib. Dan jindirizza t-tħassib stabbilit fil-premessa (401). |
|
(410) |
Fl-aħħar nett, l-Impenji Finali jinkludu wkoll għadd ta’ aġġustamenti li jagħmluhom aktar effettivi. Pereżempju, dawn: ma għadx fihom referenzi għall-Ftehim tal-Azzjonisti li għandu jiġi konkluż bejn il-Parti Notifikanti u l-Bejjiegħ fil-ħin tal-għeluq, li għamel il-kontenut tal-impenji mhux ċert; issimplifikaw it-termini tas-suq/l-istandard ta’ distakkament tat-Tranżazzjonijiet Rilevanti fil-paragrafi 10 u 11 tal-Impenji Finali billi neħħew iċ-ċirkostanzi indikattivi biex jinstab li Tranżazzjoni Rilevanti fuq termini ta’ distakkament fil-fatt tiddirezzjona sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern; u neħħew paragrafi li dehru li jillimitaw is-setgħat ta’ rieżami ex officio tal-Kummissjoni skont l-FSR. |
|
(411) |
L-Impenji Finali ma jipprevedu l-ebda bidla fl-Impenji tal-EIA. Il-Partijiet argumentaw li dan ma kienx meħtieġ minħabba li t-tibdil fl-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ e&, fi kwalunkwe każ, ikun ksur tal-impenji ta’ e&. |
10.3.2. Valutazzjoni tal-Impenji Finali
|
(412) |
Fir-rigward tal-Garanzija Illimitata lil e&, l-Impenji Finali (i) ineħħu d-dispożizzjonijiet tal-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ e& li jippermettu lil e& tibbenefika minn garanzija illimitata, (ii) jipprojbixxu lil e& milli tiffinanzja n-negozji tal-UE tal-Mira, soġġett għal ċerti eċċezzjonijiet, u (iii) jirrikjedu li t-tranżazzjonijiet bejn in-negozji tal-UE tal-Mira u e& u l-affiljati tagħha jistgħu jsiru biss skont it-termini tas-suq. |
|
(413) |
L-eċċezzjonijiet deskritti fil-paragrafu 8 tal-Impenji Finali huma strutturati biex jipprevjenu kwalunkwe effett distorsiv fis-suq intern. L-ewwel eċċezzjoni, li tirrigwarda kriżijiet akuti ta’ likwidità, tikkundizzjona tali finanzjament għall-eżistenza ta’ tali kriżi ta’ likwidità li għandha tiġi murija mill-Parti Notifikanti, u hija soġġetta għal rieżami mill-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat li dan il-finanzjament ma jiddirezzjonax sussidji barranin distorsivi lejn in-negozji tal-UE tal-Mira. It-tieni, li tirrigwarda akkwiżizzjonijiet mhux tal-UE, ma tistax twassal għal direzzjonar ta’ sussidji barranin lejn is-suq intern wara dawk l-akkwiżizzjonijiet, peress li n-negozji tal-UE tal-Mira huma wkoll protetti minn tali flussi. |
|
(414) |
Fid-dawl tal-fatt li e& tista’ tipprovdi finanzjament lin-negozji tal-UE tal-Mira taħt dawn l-eċċezzjonijiet, u b’hekk jibqa’ r-riskju ta’ direzzjonar tas-sussidji barranin, huwa meħtieġ li jitneħħew b’mod sħiħ u effettiv id-distorsjonijiet identifikati u għalhekk li l-Impenji Finali jneħħu wkoll id-dispożizzjonijiet tal-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ e& li jippermettu lil e& tibbenefika minn garanzija illimitata. |
|
(415) |
Minn dan isegwi li l-Impenji Finali ma jippermettux lill-Mira tkun protetta mir-riskji fis-suq tagħha u mill-imġiba ta’ investiment fis-suq intern. Kieku kellha ssib ruħha f’periklu finanzjarju minħabba l-imġiba imprudenti tagħha, hija setgħet tistenna biss assistenza finanzjarja li ma toħloqx distorsjoni fis-suq intern. |
|
(416) |
Fir-rigward tad-distorsjonijiet ikkawżati mis-sussidji barranin lill-EIA, l-Impenji Finali (i) jipprojbixxu kwalunkwe finanzjament mill-EIA lill-negozji tal-UE u (ii) jirrikjedu li t-tranżazzjonijiet bejn in-negozji tal-UE tal-Mira u l-EIA jsiru biss skont it-termini tas-suq. Dawn ir-rekwiżiti jiżguraw li l-EIA ma tkunx tista’ tiddirezzjona sussidji barranin direttament lin-negozji tal-UE tal-Mira wara t-Tranżazzjoni. |
|
(417) |
Barra minn hekk, b’riżultat tar-restrizzjonijiet imposti fuq it-tranżazzjonijiet bejn dawk in-negozji tal-UE u e& u l-affiljati tagħha, l-EIA ma tistax tiddirezzjona dawk is-sussidji barranin lejn in-negozji tal-UE permezz ta’ e&. |
|
(418) |
Fir-rigward tal-Garanzija Illimitata lill-EIA, fid-dawl tal-fatt li l-EIA hija pprojbita milli tipprovdi kwalunkwe finanzjament lin-negozji tal-UE tal-Mira, il-Kummissjoni ssib li l-Impenji Finali jneħħu b’mod sħiħ u effettiv kwalunkwe effett distorsiv kompost possibbli tal-Garanzija Illimitata lill-EIA fuq il-Garanzija Illimitata lil e&. Dan minħabba li (i) il-kredituri ta’ dawk in-negozji tal-UE tal-Mira ma jistennewx li l-EIA tintervjeni f’każ li dawk in-negozji tal-UE ikollhom diffikultajiet finanzjarji, sabiex il-Garanzija Illimitata lill-EIA ma ttejjibx il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament tal-Mira, u (ii) kwalunkwe finanzjament miġbur mill-EIA bl-għajnuna tal-Garanzija Illimitata lill-EIA ma jistax jiġi pprovdut direttament lin-negozji tal-UE. Fl-aħħar nett, ir-restrizzjonijiet fuq il-kapaċità tal-EIA li tipprovdi finanzjament lil dawk in-negozji tal-UE permezz ta’ e&, kif deskritt hawn fuq fil-premessi (412) sa (414), huma xierqa wkoll biex jindirizzaw kwalunkwe effett distortiv kompost possibbli tal-Garanzija Illimitata lill-EIA fuq il-Garanzija Illimitata lil e&. |
|
(419) |
Fl-aħħar nett, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe parametru referenzjarju biex jiġi ddeterminat perjodu ottimali biex japplikaw l-Impenji Finali, il-Kummissjoni tqis bħala raġonevoli tul ta’ 10 snin li jista’ jiġi estiż mill-Kummissjoni għal 15-il sena jew anke aktar jekk il-Kummissjoni u l-Parti Notifikanti jaqblu (il-paragrafi 59 sa 61 tal-Impenji Finali). Tali perjodu tqies ukoll bħala suffiċjenti mill-maġġoranza tar-rispondenti fl-Eżami tas-Suq, anki b’referenza għall-karatteristiċi speċifiċi tal-attivitajiet rilevanti fis-suq intern (ara l-premessa (402)). |
10.4. Konklużjoni
|
(420) |
Għar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq fit-Taqsima 10, il-Kummissjoni tqis li l-Impenji Finali huma xierqa u jirrimedjaw b’mod sħiħ u effettiv id-distorsjonijiet li jirriżultaw mis-sussidji barranin fit-Tranżazzjoni identifikati fit-Taqsima 8. Għalhekk, it-Tranżazzjoni jenħtieġ li tiġi approvata bil-kundizzjoni li jitwettqu l-Impenji Finali. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-operazzjoni notifikata li permezz tagħha Emirates Telecommunications Group Company P.J.S.C. takkwista l-kontroll esklużiv ta’ PPF Telecom Group B.V. skont it-tifsira tal-Artikolu 20(1)(b) tal-FSR hija b’dan approvata.
Artikolu 2
L-Artikolu 1 huwa soġġett għal konformità sħiħa mal-Impenji Finali annessi ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:
|
Emirates Telecommunications Group Company P.J.S.C. |
|
e& Building, Intersection of Zayed The 1st Street and Sheikh Rashid Bin Saeed Al Maktoum Street |
|
Abu Dhabi, l-Emirati Għarab Magħquda |
Magħmul fi Brussell, 24.9.2024
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU C 115, 9.8.2008, p. 47, ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2012/oj.
(2) ĠU L 330, 23.12.2022, p. 1, ir-Regolament (UE) 2022/2560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern (ir-Regolament dwar Sussidji Barranin, (“FSR”, Foreign Subsidies Regulation), ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2560/oj. Il-links kollha f’din id-Deċiżjoni ġew aċċessati l-aħħar fit-28 u fid-29 ta’ Awwissu 2024.
(3) Il-Formola FS-CO, il-paragrafu 6: “F’konformità mal-Liġi Federali Nru 267/10 għall-2009 u b’effett mill-1 ta’ Jannar 2008, il-Gvern Federali tal-EGħM ittrasferixxa s-sehem tiegħu ta’ 60 % f’e& lill-EIA. [...], l-azzjonisti kollha minbarra l-EIA għandhom interess minoritarju nonkontrollanti u l-ebda influwenza fuq e& lil hinn mid-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma ordinarji tagħhom, u dawn id-drittijiet tal-vot huma mxerrda b’mod wiesa’ fost id-diversi azzjonisti.” Minbarra li għandha sehem maġġoritarju, l-EIA hija intitolata (skont l-Artikoli 22 sa 24 tal-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ e&) li tinnomina 7 mill-11-il membru tal-bord ta’ e& u li taħtar il-president u l-viċi president tal-bord.
(4) Il-kunsens tal-Azzjonist Speċjali huwa meħtieġ, pereżempju, fi kwistjonijiet relatati mal-ishma u s-sjieda ta’ e&, bħaż-żidiet fil-kapital azzjonarju, il-kwotazzjoni ta’ ishma, jew il-fużjonijiet, man-negozju ta’ e&, bħal kwalunkwe “bidla sostanzjali fl-attività ta’ e&”, mal-finanzjament ta’ e&, pereżempju permezz ta’ finanzjament estern li jaqbeż ċertu limitu, kif ukoll mat-terminu u l-likwidazzjoni ta’ e&. (Ara b’mod partikolari l-Liġi dwar e&, l-Artikoli 11 u 12, u l-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ e&, fost l-oħrajn l-Artikoli 1, 4, 5, 14, 18, 55 u 70).
(5) Ara t-Tweġiba għall-RFI 13 datata l-5 ta’ Awwissu 2024, il-paragrafu 43, fejn e& tiċċara li hija wieġbet għall-mistoqsija dwar l-EIA (il-mistoqsijiet 6-15) abbażi li e& u l-EIA jiffurmaw parti mill-istess impriża.
(6) B’mod partikolari, l-infrastruttura tan-networks ta’ CETIN fil-Bulgarija, fl-Ungerija u fis-Serbja: CETIN Bulgaria EAD, CETIN d.o.o. Beograd – Novi Beograd, CETIN Hungary Zrt., flimkien “CETIN”.
(*1) Informazzjoni kunfidenzjali.
(7) Il-fatturat ikkalkulat f’konformita mal-Artikolu 22 tal-FSR.
(8) ĠU L 177, 12.07.2023, p. 1, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1441 tal-10 ta’ Lulju 2023 dwar arranġamenti dettaljati għat-twettiq ta’ proċedimenti mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) 2022/2560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1441/oj.
(9) Ara l-informazzjoni aġġornata pprovduta bħala t-Tweġiba għall-RFI 9 datata l-14 ta’ Ġunju 2024.
(10) ID384-1, ID402-2, ID843, ID404-1, ID407-1, ID425-1, ID428-2, ID430-2, ID433-3, ID440-1, ID667-1 u ID442-1 (inkluża sottomissjoni komplementari).
(11) ID485-1, ID482-1 u ID417-1.
(12) ID638-2, ID641-2, ID646-1, ID689-1, ID662-1, ID653-1, ID666-1, ID644-1, ID664-1, ID645-1 u ID647-1.
(13) L-FSR, l-Artikolu 1(2).
(14) L-FSR, l-Artikolu 4(1)(a) sa (e).
(15) Ara wkoll l-FSR, il-premessi (34) u (35).
(16) Il-Formola FS-CO, il-paragrafu 35.
(17) Konverżjoni USD/EUR ibbażata fuq il-medja tal-2022 ta’ EUR 1 = USD 1,0530.
(18) SOFR hija r-Rata ta’ Finanzjament Garantita mil-Lum għall-Għada, rata normattiva tal-imgħax għal derivattivi u self denominati fid-dollaru.
(19) Konverżjonijiet AED/EUR ibbażati fuq il-medja tal-2022 ta’ EUR 1 = AED 3,8561.
(20) EIBOR hija r-Rata Interbankarja Offruta tal-Emirati, li hija r-rata normattiva tal-imgħax referenzjarja, mogħtija f’dirham tal-EGħM (“AED”), għas-self bejn il-banek fis-suq tal-EGħM.
(21) [Il-bank 4 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM] huwa bank Iżlamiku attiv fil-finanzjament Iżlamiku li jwettaq il-kuntratti, l-operazzjonijiet u t-tranżazzjonijiet kollha tiegħu f’konformità mal-prinċipji tax-Xarija.
(22) L-Anness FS. CO.22.
(23) Il-Kummissjoni tinnota li r-referenza għar-rendimenti tal-bonds korporattivi sabiex tiġi referenzjata r-remunerazzjoni ta’ self hija prattika stabbilita tal-għajnuna mill-Istat. B’mod partikolari, skont il-punt 111 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat (ara n-nota 101 f’qiegħ il-paġna): “Fin-nuqqas ta’ informazzjoni speċifika tas-suq dwar tranżazzjoni partikolari ta’ dejn, il-konformità tal-istrument ta’ dejn mal-kundizzjonijiet tas-suq tista’ tiġi stabbilita abbażi ta’ tqabbil ma’ tranżazzjonijiet tas-suq komparabbli. Fil-każ ta’ self […], l-informazzjoni dwar il-kostijiet ta’ finanzjament tal-impriża tista’, pereżempju, tinkiseb […] mir-rendimenti fuq il-bonds maħruġa mill-impriża […]. Tranżazzjonijiet tas-suq komparabbli jistgħu jkunu wkoll […] bonds maħruġa minn kampjun ta’ kumpaniji komparaturi.”
(24) Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-paragrafi 39 u 40.
(25) L-Osservazzjonijiet dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-paġni 2-3. Il-Parti Notifikanti tirreferi b’mod partikolari għas-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2000, Alitalia vs Il-Kummissjoni, T-296/97, EU:T:2000:289, il-punti 80 u 81 (“Kontribuzzjoni kapitali minn fondi pubbliċi trid […] titqies li tissodisfa l-kriterju tal-investitur privat […] jekk, fost l-oħrajn, tkun saret fl-istess ħin ma’ kontribuzzjoni kapitali sinifikanti min-naħa ta’ investitur privat magħmula f’ċirkustanzi komparabbli”).
(26) Ara l-RFI 11 tas-26 ta’ Lulju 2024, il-Mistoqsija 11.
(27) F’dan ir-rigward, l-eżistenza ta’ sussidji barranin oħra lil e&, bħall-Garanzija Illimitata lil e&, titqies ukoll mill-investituri privati.
(28) Ara l-Anness FS-CO.50.
(29) Il-Formola FS-CO, it-Tabella 6 u t-Tweġiba għall-RFI 10 datata t-3 ta’ Lulju 2024, il-Mistoqsija 5.
(30) Ara t-Taqsima 7.5.3.
(31) Il-Formola FS-CO, il-paragrafu 188.
(32) Sors: Bloomberg.
(33) Minn […] ta’ Awwissu 2022 sa […] ta’ Frar 2023.
(34) [numru ta’ identifikazzjoni tal-ħruġ tal-bonds].
(35) [numru ta’ identifikazzjoni tal-ħruġ tal-bonds].
(36) Il-Formola FS-CO, it-taqsima 3.5.4.3 u t-tweġiba għall-RFI 5 ta’ qabel in-notifika datata l-5 ta’ Frar 2024, il-Mistoqsija 4.
(37) Ir-rata effettiva tal-imgħax tas-Self b’Terminu hija ppreżentata bħala medda peress li s-self għandu karatteristiċi li jagħmlu l-komputazzjoni tar-rata effettiva tal-imgħax dipendenti fuq l-iskedi tal-ġbid tal-fondi impenjati. Il-medda hija bbażata fuq xenarji alternattivi possibbli kif deskritt fl-Anness A tal-Anness FS-CO.22.
(38) Ir-rendiment mal-maturità huwa r-rata ta’ redditu interna ta’ investiment f’bond jekk l-investitur iżomm il-bond sal-maturità, bil-pagamenti kollha jsiru kif skedat u investiti mill-ġdid fl-istess ħin.
(39) Abbażi tad-data disponibbli fuq Bloomberg, aċċessata fid-29 ta’ Awwissu 2024.
(40) [numru ta’ identifikazzjoni tal-ħruġ tal-bonds].
(41) Il-Formola FS-CO, it-Taqsima 3.5.4.2 u l-Illustrazzjoni 9. L-analiżi kienet ibbażata fuq bonds li kien fadlilhom inqas minn 10 snin ta’ ħajja fi [l-istess jum tas-Self b’Terminu] Novembru 2022, esklużi banek u istituzzjonijiet finanzjarji, kumpaniji fejn l-Istat huwa proprjetarju ta’ maġġoranza, u esklużi bonds mingħajr informazzjoni dwar ir-rendiment mal-maturità.
(42) Ara n-nota 37 f’qiegħ il-paġna ta’ din id-Deċiżjoni, u l-Anness B tal-Anness FS-CO.22.
(43) [numru ta’ identifikazzjoni tal-ħruġ tal-bonds]
(44) Sors: Bloomberg.
(45) It-tweġibiet għall-RFIs tal-Kummissjoni datati s-17 ta’ Ġunju 2024 (ara n-nota 10 f’qiegħ il-paġna).
(46) Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-paragrafi 46 sa 71.
(47) L-Osservazzjonijiet dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-paġni 3-5.
(48) Il-Formola FS-CO, il-paragrafu 337 u n-nota 183 f’qiegħ il-paġna.
(49) Ara l-Artikolu 79 tal-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ e&.
(50) Il-Formola FS-CO, il-paragrafu 340.
(51) L-Anness FS-CO.42. L-hekk imsejħa “proċeduri ta’ konċiljazzjoni protettiva”, regolati fl-Artikoli (5) ff. tal-Liġi tal-2016 dwar il-Falliment.
(52) It-Taqsima 4 tal-Liġi tal-2016 dwar il-Falliment.
(53) L-Artikoli 106 – 108 tal-Liġi tal-2016 dwar il-Falliment.
(54) Ara, pereżempju, f’dan is-sens, l-Artikolu 65 li jipprevedi l-okkażjonijiet li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ ttemm il-proċeduri ta’ kompożizzjoni preventiva u tikkonvertihom fi proċeduri ta’ dikjarazzjoni ta’ falliment tad-debitur; jew l-Artikolu 109 dwar id-diżapprovazzjoni tal-iskema ta’ ristrutturar mill-Qorti.
(55) L-Artikoli 68-69, l-Artikolu 72.
(56) Il-likwidazzjoni hija prevista wkoll f’każ ta’ skadenza tad-durata stabbilita għall-Kumpanija, l-iskadenza tal-iskop tal-istabbiliment tagħha jew b’Riżoluzzjoni Speċjali tal-Assemblea Ġenerali.
(57) L-Artikolu 70(3) tal-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ e&.
(58) L-Artikolu 55(1) u (9) tal-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ e&.
(59) L-Artikolu 72 tal-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ e&.
(60) L-Artikolu 76 tal-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ e&.
(61) L-Artikolu 72 tal-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ e&.
(62) L-Artikolu 74 tal-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ e&.
(63) Artikolu 6: “1. Id-debitur, b’mod esklużiv, jista’ jitlob lill-qorti għall-protezzjoni kontra l-falliment jekk ikun qed jiffaċċja diffikultajiet finanzjarji li jirrikjedu l-assistenza tagħha biex jilħaq ftehimiet mal-kredituri tiegħu. […]”.
(64) L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10.
(65) Ir-rapport ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ S&P dwar e& tal-10 ta’ Ġunju 2023: “Influwenza tal-Gvern [...] aħna nqisu li hemm probabbiltà għolja ta’ appoġġ straordinarju tal-gvern mill-gvern federali tal-EGħM, abbażi tal-valutazzjoni tagħna ta’ e&: Rwol importanti għall-gvern tal-EGħM bħala fornitur ta’ infrastruttura ewlenija tal-komunikazzjoni u kumpanija nazzjonali ewlenija”. Ippreżentat bħala l-Anness FS-CO.77 għat-tweġiba għall-RFI 10 datata t-3 ta’ Lulju 2024.
(66) L-unika kumpanija oħra li għandha klassifikazzjoni tajba daqsha hija [il-bank 3 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM], wieħed mill-banek involuti fis-Self b’Terminu.
(67) B’paragun ma’ dan, il-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ S&P għal uħud mill-operaturi ewlenin tat-telekomunikazzjoni bbażati fl-Ewropa u fl-Istati Uniti huma AT&T (US), BBB; Verizon (Stati Uniti), BBB+; T-Mobile (Ġermanja), BBB+; Deutsche Telekom (Ġermanja), BBB+; Orange (Franza), BBB+; Vodafone (Renju Unit), BBB. Ara wkoll Table 1.
(68) L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu S&P u Fitch isemmu b’mod partikolari l-“probabbiltà għolja ta’ appoġġ straordinarju mill-gvern” (https://www.reuters.com/article/idUSWLA9593/) u li “l-klassifikazzjoni ta’ Etisalat [(e&)] tirrifletti s-saħħa tar-rabtiet tal-kumpanija mal-Emirat” (https://www.fitchratings.com/research/corporate-finance/fitch-affirms-etisalat-at-a-outlook-stable-26-11-2019).
(69) Skont ir-rapport ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ S&P tat-28 ta’ Ġunju 2023, “Il-klassifikazzjoni tista’ tiġi taħt pressjoni jekk il-pożizzjoni tal-kreditu tal-EGħM, l-azzjonist kontrollanti ta’ e&, tiddgħajjef. […] Aħna naraw żieda limitata fil-klassifikazzjoni fl-24 xahar li ġejjin, b’“AA-” l-ogħla klassifikazzjoni possibbli għal e& minħabba r-rabta tagħha mal-gvern.” Ir-rapport ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ S&P tat-28 ta’ Mejju 2010, li permezz tiegħu l-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ e& ittellgħet għal AA-, isostni li “l-azzjoni tal-klassifikazzjoni hija xprunata mir-rivalutazzjoni ta’ [S&P] tal-profil ta’ kreditu awtonomu ta’ [e&], li [S&P] issa tivvaluta f’livell ta’ A+ [...] kif ukoll l-opinjoni ta’ [S&P] li hemm probabbiltà “għolja” li l-gvern tal-EGħM jipprovdi appoġġ straordinarju f’waqtu u suffiċjenti lil Etisalat f’każ ta’ ħtieġa finanzjarja.” Dan juri ż-żieda fil-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ e& mill-appoġġ pubbliku tal-EGħM.
(70) L-Anness FS-CO.11.
(71) Ara t-Tweġibiet għall-RFIs 14 tal-Kummissjoni datati l-5 ta’ Awwissu 2024.
(72) Ara t-Tweġibiet għall-RFIs 14 tal-Kummissjoni datati l-5 ta’ Awwissu 2024.
(73) Il-konklużjoni miksuba fid-dawl tal-prinċipji li fuqhom huwa bbażat ir-raġunament segwit mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni 2010/605/UE li wasslet għas-sentenza tal-Qorti tat-3 ta’ April 2014 fil-kawża C-559/12 P, Franza vs Il-Kummissjoni, EU:C:2014:217, u d-Deċiżjoni 2012/26/UE li wasslet għas-sentenza tal-Qorti tad-19 ta’ Settembru 2018 fil-kawża C-438/16 P, Franza u IFP Énergies nouvelles vs Il-Kummissjoni, EU:C:2018:737.
(74) L-Osservazzjonijiet dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, it-Taqsima 2.
(75) ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1, Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà.
(76) It-tweġiba għall-RFI 5 ta’ qabel in-notifika datata l-5 ta’ Frar 2024, il-mistoqsija 5.
(77) L-Osservazzjonijiet dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, it-Taqsima 2.
(78) https://gulfnews.com/business/dubai-out-to-prove-everybody-wrong-as-debt-repayments-loom-1.982139.
(79) Ara, pereżempju, The Guardian, 14 ta’ Diċembru 2009, “Dubai receives a $10bn bailout from Abu Dhabi”, disponibbli minn: https://www.theguardian.com/world/2009/dec/14/dubai-10bn-dollar-payout.
(80) It-tweġibiet għat-talbiet tal-Kummissjoni datati s-17 ta’ Ġunju 2024 u s-17 ta’ Lulju 2024 (ara n-noti 10 u 12 f’qiegħ il-paġna). Skont operatur kbir tat-telekomunikazzjoni: “[a]ħna naqblu li l-eżenzjoni tal-Parti Notifikanti mil-Liġi tal-EGħM dwar il-Falliment hija kwistjoni maġġuri li hija inkompatibbli mal-liġijiet tal-UE u tal-Istati Membri u inkonsistenti mal-politika u l-istandards Ewropej dwar il-kompetizzjoni” [...]; “It-tħassib dwar il-kompetizzjoni f’dan il-każ huwa bbażat fuq l-istruttura tas-sjieda wara l-Parti Notifikanti u l-aċċess għar-riżorsi finanzjarji tal-EIA” (ID666-1). Operatur ieħor osserva li s-“saħħa ewlenija ta’ e& hija l-appoġġ finanzjarju solidu tal-Istat tal-EGħM, li jgħinha tegħleb l-ostakli operazzjonali” (ID840).
(81) L-Artikolu 54 tal-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ e&. L-emenda sseħħ permezz ta’ “riżoluzzjoni speċjali”, li jfisser li l-EIA tgawdi wkoll minn veto fuq il-modifika skont l-Artikolu 55 tal-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ e&.
(82) Id-Digriet bil-Liġi Federali tal-2007 li jistabbilixxi l-EIA, (l-Anness FS-CO.31), emendat bid-Digriet bil-Liġi Federali Nru 13 tal-2009 (l-Anness FS-CO.32) u d-Digriet bil-Liġi Federali Nru 11 tal-2018 (l-Anness FS-CO.33), l-Artikolu 2.
(83) Id., l-Artikolu 4.
(84) Id., l-Artikolu 21.
(85) Konklużjonijiet miksuba, b’analoġija, fid-dawl tal-prinċipji li fuqhom huwa bbażat ir-raġunament tas-sentenza tat-3 ta’ April 2014, Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kummissjoni Ewropea, il-kawża C-559/12, EU:C:2014:217: “Sabiex jiġi ppruvat vantaġġ mogħti permezz ta’ tali garanzija lill-impriża benefiċjarja, huwa biżżejjed għall-Kummissjoni li tistabbilixxi l-eżistenza stess ta’ din il-garanzija, mingħajr ma jkollha bżonn turi l-effetti reali prodotti minnha mill-mument tal-għoti tagħha”.
(86) L-Anness FS. CO-74.
(87) Konverżjoni bbażata fuq ir-rata tal-kambju tal-1 ta’ Jannar 2024.
(88) Ara wkoll l-Avviż dwar il-Garanziji, il-paragrafu 4.1.: “Fil-kalkolu tal-element tal-għajnuna f’garanzija, il-Kummissjoni ser tiddedika attenzjoni speċjali lill-elementi li ġejjin: […] b) jekk il-limitu ta’ kull garanzija jista’ jitkejjel sewwa meta tingħata l-garanzija. Dan ifisser li l-garanzija għandha tkun marbuta ma’ tranżazzjoni finanzjarja speċifika, għal ammont massimu fiss u limitata fiż-żmien.”
(89) F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-azzjonisti ta’ e&, inkluża l-EIA, iddeċidew fis-17 ta’ Marzu 2021, għalhekk fit-3 snin qabel l-iffirmar tal-SPA, li jemendaw l-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ e& biex jirrifletti ċerti bidliet regolatorji fl-EGħM, iżda ma inkludew l-ebda emenda fir-regoli dwar l-insolvenza, pereżempju biex tqis ir-riforma tal-Liġi dwar il-Falliment (ara l-Anness FS-CO.2).
(90) Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-paragrafu 86.
(91) L-Osservazzjonijiet dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-paġna 5.
(92) Definizzjonijiet simili jew identiċi jistgħu jinstabu fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi, ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17, (ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/111/oj), u d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE, ĠU L 94, 28.03.2014, p. 243, (ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/25/oj).
(93) Is-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 1996, The Queen vs Secretary of State for Trade and Industry, ex parte British Telecommunications, C-302/94, il-punt 57.
(94) Attività Regolata hija definita bħala: “it-tħaddim ta’ Network Pubbliku tat-Telekomunikazzjoni jew il-forniment ta’ Servizzi tat-Telekomunikazzjoni lill-abbonati”. Ir-Riżoluzzjoni tat-TDRA Nru. (6) tal-2008 Rigward il-Qafas tal-Liċenzjar, disponibbli minn: https://tdra.gov.ae/-/media/About/LICENSING/AR/Resolution-6-Licencing-Framework--2008--EN.ashx.
(95) Il-Liċenzja Pubblika tat-Telekomunikazzjoni Nru 1/2006, maħruġa mit-TDRA, disponibbli minn: https://tdra.gov.ae/-/media/About/Licensees---Licenses/Licenses-English/Etisalat-En.ashx.
(96) Il-Formola FS-CO, il-paragrafu 316.
(97) Ir-Rieżami tal-Politika Kummerċjali tad-WTO ppreżentat bħala parti min-Notifika jirrapporta li “emenda maġġuri għal-Liġi dwar il-Kumpaniji Kummerċjali kienet l-abolizzjoni tar-rekwiżit ġenerali li kumpanija tal-EGħM ikollha 51 % sjieda tal-Emirati, biex hekk l-investituri barranin ikunu jistgħu jistabbilixxu mingħajr sieħeb lokali u jkollhom 100 % tal-kumpaniji tal-EGħM fil-biċċa l-kbira tas-setturi ekonomiċi, ħlief f’ċerti attivitajiet meqjusa li għandhom “impatt strateġiku”.” Skont ir-Rieżami tal-Politika Kummerċjali tad-WTO, bħala riżultat tal-fatt li s-settur tat-telekomunikazzjoni għandu impatt strateġiku, tkompli tapplika sjieda minima ta’ 51 % tal-EGħM għad-detenturi kollha ta’ liċenzja. Ara l-paġna 112 tar-Rieżami tal-Politika Kummerċjali tad-WTO.
(98) Id-Digriet Liġi Federali Nru (1) tal-2021 li jemenda xi dispożizzjonijiet tal-Liġi Federali Nru (1) tal-1991 dwar l-Emirates Telecommunications Group Company, l-Artikolu 7: “Ma huwiex permissibbli li jitnaqqas il-proporzjon ta’ dak li huwa proprjetà tal-gvern (51 %) tal-kapital tal-Kumpanija, sakemm l-azzjonist privat ma jiddeċidix mod ieħor. Fil-każijiet kollha, ma huwiex permissibbli li s-sjieda ta’ persuni mhux ċittadini taqbeż (49 %) tal-kapital tal-Kumpanija”. L-Anness FS-CO.35.
(99) Kif indikat fl-Artikolu (12), il-paragrafu 1.3, tar-Regolamenti tat-TDRA dwar il-Liċenzjar (li ġew riveduti f’Marzu 2023), ħlief bil-qbil tal-Bord tad-Diretturi tat-TDRA, kumpanija ma titħalliex tapplika għal liċenzja tat-telekomunikazzjoni fl-EGħM jekk il-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha taqbeż id-49 %.
(100) Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36, (ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/1972/oj), ara l-Artikoli 13 u 42.
(101) L-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, C/2016/2946 (ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1).
(102) Il-Formola FS-CO, il-paragrafu 242.
(103) Id-Deċiżjoni tal-Kabinett tal-EGħM Nru 320/15/23 tad-9 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Iskema tar-Royalties fir-rigward ta’ mekkaniżmu ġdid ta’ royalties applikabbli għad-detenturi ta’ liċenzji tat-telekomunikazzjoni tat-TDRA.
(104) Il-Formola FS-CO, il-paragrafi 238-239.
(105) L-Artikolu 52 tal-Liġi Federali bid-Digriet Nru 3 tal-2003 dwar l-Organizzazzjoni tas-Settur tat-Telekomunikazzjoni.
(106) e& tieħu l-eżempju tal-Ġermanja u t-Taqsima 125 tal-Liġi tagħha dwar it-Telekomunikazzjoni (Telekommunikationsgesetz).
(107) It-tweġiba tat-TDRA għall-RFI 19 datata d-29 ta’ Awwissu 2024, il-mistoqsijiet 1-3.
(108) Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-paragrafu 85.
(109) Il-Parti Notifikanti ssostni li t-termini “profitt regolat” u “fatturat regolat” joħorġu mil-linji gwida riċevuti mill-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni mingħand il-Ministeru għall-Finanzi tal-EGħM rigward l-iskema tar-royalties federali. Dawn jintużaw bħala metriċi biex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ royalties pagabbli minn e& lill-Ministeru għall-Finanzi tal-EGħM. (Il-Formola FS-CO, ir-referenza (114)). B’mod partikolari, “il-profitt regolat jinkludi l-profitti kollha ġġenerati minn attivitajiet li huma liċenzjati mill-Awtorità Regolatorja tat-Telekomunikazzjoni u tal-Gvern Diġitali (“TDRA”) u kwalunkwe attività oħra li tinkludi komponent liċenzjat irrispettivament mill-ponderazzjoni jew mill-materjalità tal-komponent liċenzjat”. Il-Linji Gwida dwar ir-Royalties datati t-3 ta’ Novembru 2023 (l-Anness FS-CO.94).
(110) It-tweġiba għall-RFI 11 datata s-26 ta’ Lulju 2024, il-mistoqsija 1.
(111) Il-Qligħ Qabel l-Imgħax u t-Taxxa (“EBIT”) huwa l-profitt operatorju kkalkulat bħala d-dħul bit-tnaqqis tal-kost tal-oġġetti mibjugħa (profitt gross), l-ispejjeż operatorji bħall-pagi u l-kirjiet, u l-amortizzament u d-deprezzament tal-assi, u, kif jindika l-isem, qabel it-tnaqqis tal-imgħax u r-rati. Il-marġni tal-EBIT huwa l-EBIT diviż bil-fatturat.
(112) L-Anness FS-CO.109 u l-Anness FS-CO.110. Hemm eċċezzjoni notevoli waħda, […], fejn il-profittabbiltà ta’ e& (il-marġni tal-EBIT) hija kważi żero jew saħansitra negattiva.
(113) Ara bħala eżempju r-Rapport Finanzjarju Annwali ta’ Deutsche Telekom għall-2023 (https://report.telekom.com/annual-report-2023/_assets/downloads/entire-dtag-ar23.pdf, il-paġni 182, 183 u 209).
(114) Għad fadal biss differenza fil-limiti minimi rispettivi għaż-żewġ operaturi tat-telekomunikazzjoni, li skont e& issegwi objettivi regolatorji u kienet maħsuba biex tiżgura li du tkun tista’ tidħol fis-suq, tniedi l-operazzjonijiet tagħha u tikkompeti b’mod effettiv ma’ e& (ara l-paragrafu 256 tal-Formola FS-CO, u t-Tweġiba għall-RFI 11 tas-26 ta’ Lulju 2024, il-mistoqsijiet 1 u 2).
(115) Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-paragrafu 123.
(116) L-Osservazzjonijiet dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-paġni 5-6.
(117) L-Anness FS-CO.25.
(118) Il-Formola FS-CO, il-paragrafu 320.
(119) Ara l-Artikolu 1, 1.1.8 tal-Politika ta’ Kontroll tal-Prezzijiet tat-TDRA, l-Anness FS-CO.25.
(120) Skont l-Artikolu 9.1 tal-Politika ta’ Kontroll tal-Prezzijiet, promozzjoni tirreferi għal kwalunkwe prezz speċifiku li jkun maħsub biex ikun disponibbli għall-klijenti biss għal durata limitata (esklużi emerġenzi pubbliċi).
(121) Ibid., l-Artikoli 4-5.
(122) Ibid. L-Artikolu 3.1, u t-Tweġiba għall-RFI 10 datata t-3 ta’ Lulju 2024, il-Mistoqsija 13.
(123) Il-Liġi tal-EGħM dwar it-Telekomunikazzjoni, l-Artikolu 21 sal-Artikolu 80 (Dispożizzjonijiet finali), l-Anness FS-CO.39.
(124) Is-sit web tad-TDRA, disponibbli minn https://tdra.gov.ae/About/tdra-sectors/telecommunication/regulatory-affairs-department/regulations-and-ruling#description.
(125) Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-paragrafi 93 u 106.
(126) Ir-Rieżami tal-Politika Kummerċjali, EGħM, Minuti tal-Laqgħa (disponibbli minn: https://docs.wto.org/dol2fe/Pages/SS/directdoc.aspx?filename=q:/WT/TPR/M423A1.pdf&Open=True) Id-dokument fih il-mistoqsijiet bil-miktub bil-quddiem u mistoqsijiet addizzjonali mill-Membri tad-WTO, u t-tweġibiet ipprovduti mill-EGħM (il-paġna 14).
(127) Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-paragrafu 105.
(128) “Dubai tikklassifika bħala l-iktar belt għalja għad-data mobbli”, fejn irrapporta fost l-oħrajn, li “Ir-raġuni ewlenija għall-kostijiet għoljin tad-data mobbli ta’ Dubai hija li l-atturi tat-telekomunikazzjoni huma intrapriżi tal-Istat u għalhekk ma hijiex ekonomija tas-suq ħieles kif issib fil-Punent ...” (disponibbli minn: https://www.agbi.com/tech/2022/08/dubai-ranks-as-most-expensive-city-for-mobile-data/), “Il-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni tal-EGħM ikkritikati għal servizzi għaljin iżda ħżiena”, fejn membru tal-Kunsill Federali Nazzjonali rrapporta li “Is-servizzi tat-telekomunikazzjoni tal-EGħM huma għaljin ħafna u l-biċċa l-kbira tal-profitti tal-operaturi tat-telekomunikazzjoni huma mis-suq tal-EGħM, u mhux mill-operat tagħhom barra mill-pajjiż”. (disponibbli minn: https://gulfnews.com/uae/government/uae-telecom-companies-criticised-for-costly-but-poor-services-1.71975763), “Id-data mobbli tal-EGħM tiswa 20 % aktar mill-medja globali”, disponibbli minn: https://www.edgemiddleeast.com/news/618708-uae-mobile-data-costs-20-more-than-global-average, “Stħarriġ jikklassifika l-pakketti tal-broadband tal-EGħM bħala l-aktar għaljin fil-Lvant Nofsani”. Disponibbli minn https://www.telecomreview.com/articles/reports-and-coverage/1848-survey-ranks-uae-broadband-packages-most-expensive-in-middle-east.
(129) L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ: Rieżami tal-Politika Kummerċjali, Rapport mis-Segretarjat: L-Emirati Għarab Magħquda WT/TPR/S/423. L-Anness FS-CO.40.
(130) Il-Formola FS-CO, il-paragrafi 313 u 328.
(131) It-tweġiba għall-RFI 10 datata t-3 ta’ Lulju 2024.
(132) It-tweġiba tat-TDRA għall-RFI 19 datata d-29 ta’ Awwissu 2024, il-mistoqsijiet 4-6.
(133) Il-Formola FS-CO, il-paragrafu 262.
(134) Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-paragrafi 127-140.
(135) Ara l-Formola FS-CO, it-Tabella 10.
(136) Il-Formola FS-CO, it-Tabella 10. Il-Kummissjoni tinnota li dawn il-meded huma konformi ma’ dawk previsti fit-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni.
(137) L-RFI 11 datata s-26 ta’ Lulju 2024, il-Mistoqsijiet 12 u 13.
(138) It-tweġiba għall-RFI 11 datata s-26 ta’ Lulju 2024, datata s-26 ta’ Lulju 2024, il-Mistoqsijiet 12 u 13.
(139) L-RFI 12 datata t-2 ta’ Awwissu 2024, il-Mistoqsija 1.
(140) L-RFI 13 datata l-5 ta’ Awwissu 2024, il-mistoqsijiet 10 sa 12.
(141) It-tweġiba għall-RFI 13 datata l-5 ta’ Awwissu 2024, il-mistoqsija 17.
(142) It-tweġiba għall-RFI 13 datata l-5 ta’ Awwissu 2024, il-mistoqsijiet 10 sa 12.
(143) Il-Formola FS-CO, it-Tabella 10.
(144) Il-Formola FS-CO, it-Tabella 10.
(145) It-tweġiba għall-RFI 13 datata l-5 ta’ Awwissu 2024, il-mistoqsija 12.
(146) It-tweġiba għall-RFI 13 datata l-5 ta’ Awwissu 2024, il-mistoqsija 12.
(147) Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-paragrafi 31-35.
(148) L-Osservazzjonijiet dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-paġni 1-2.
(149) Is-sentenza tal-Qorti tas-16 ta’ Mejju 2002, Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kummissjoni, C-482/99, EU:C:2002:294 (“Stardust Marine”).
(150) L-osservazzjonijiet dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-paġni 1-2 (b’referenza għall-Formola FS-CO (il-paragrafu 300)).
(151) Id..
(152) Id., in-nota 12 f’qiegħ il-paġna.
(153) Prodotti ċatti b’laminazzjoni termali miċ-Ċina, Miżuri definittivi, ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17, il-paragrafu 84 (b’referenza għal WT/DS379/AB/R (Stati Uniti — Dazji anti-dumping u kumpensatorji fuq ċerti prodotti miċ-Ċina), Rapport tal-Korp tal-Appell tal-11 ta’ Marzu 2011, DS 379, il-paragrafu 318), ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/969/oj.
(154) Stati Uniti - Dazji anti-dumping u kumpensatorji (Ċina) - WT/DS379/AB/R, il-paragrafu 317 - AB-2010-3 - Rapport tal-Korp tal-Appell tal-11 ta’ Marzu 2011.
(155) Id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Laqgħa Trilaterali tal-Ministri għall-Kummerċ tal-Ġappun, l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea, 14 ta’ Jannar 2020 (https://ustr.gov/about-us/policy-offices/press-office/press-releases/2020/january/joint-statement-trilateral-meeting-trade-ministers-japan-united-states-and-european-union).
(156) L-RFI 10 datata t-3 ta’ Lulju 2024.
(157) Il-[…] għandha [50-100] % ta’ […] u għalhekk il-parti kontrollanti finali hija […] (Ara […]). Il-Kummissjoni tosserva li […], bħala l-azzjonist maġġoritarju, jista’ jaħtar numru ta’ membri tal-bord li jkun proporzjonat għall-parteċipazzjoni azzjonarja tiegħu. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tal-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ [il-bank 1 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM] huma mfassla biex jipprovdu lil […] b’influwenza fil-kompożizzjoni tal-bord ogħla minn dik li kieku jirrappreżenta l-proporzjon tagħha tal-parteċipazzjoni azzjonarja ta’ [il-bank 1 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM]. Sal-punt li […] (li taġixxi permezz tas-sussidjarja tagħha) tagħżel li ma tużax il-voti kollha tagħha biex taħtar il-persuni nominati tagħha, hija tista’ titfa’ dawk il-voti fir-rigward tal-elezzjoni ta’ kandidati oħra tal-bord. […] se jkollha diskrezzjoni assoluta fir-rigward tal-identità ta’ kwalunkwe individwu li tinnomina. Barra minn hekk, hija tista’ tissostitwixxi fi kwalunkwe ħin ir-rappreżentanti tagħha fil-bord mingħajr il-ħtieġa li tippreżenta dik il-kwistjoni lill-assemblea ġenerali (l-Artikolu […] tal-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ [il-bank 1 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM] datati […], disponibbli fuq: […]).
(158) […].
(159) […].
(160) Il-president ta’ [il-bank 1 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM], […] kien ukoll membru ta’ […]. Membri oħra tal-bord jinkludu […], membru ta’ […], u […], […] fil-[fond ta’ investimenti sovrani tal-EGħM]. Barra minn hekk, l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ [il-bank 1 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM] iservi fuq […].
(161) Skont l-istatut ta’ assoċjazzjoni, [deskrizzjoni tad-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni tal-bank 2 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM]. Bi tweġiba għall-RFI 10 datata t-3 ta’ Lulju 2024, il-Parti Notifikanti pprovdiet informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tagħha li tinkludi l-membri li ġejjin: [deskrizzjoni tal-membri tal-bord]. Il-Bord [deskrizzjoni tas-setgħat tal-bord tal-bank 2 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM]. (Artikolu […]).
(162) Dawn jinkludu [deskrizzjoni tal-membri tal-bord] (tweġiba għall-RFI 10 datata t-3 ta’ Lulju 2024).
(163) Ara l-Anness FS-CO.101, [deskrizzjoni tad-dispożizzjonijiet legali rilevanti].
(164) It-tweġiba għall-RFI 11 datata s-26 ta’ Lulju 2024.
(165) Il-Parti Notifikanti ssostni li fir-rigward ta’ [il-bank 4 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM], ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet relatat mal-baġit annwali ta’ [il-bank 4 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM] (Tweġiba għall-RFI 10 datata t-3 ta’ Lulju 2024).
(166) B’mod partikolari, l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ [il-bank 1 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM] iservi fuq il-bord ta’ […]. Diversi membri tal-maniġment ta’ [il-bank 2 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM] għandhom rabtiet mal-awtoritajiet tal-EGħM. Diversi membri tal-maniġment ta’ [il-bank 3 ikkontrollat mill-Istat tal-EGħM] iservu wkoll f’kumpaniji oħra kkontrollati mill-EGħM u l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv iservi fuq il-bord ta’ […].
(167) It-tweġiba għall-RFI 13 datata l-5 ta’ Awwissu 2024, il-paragrafu 32.
(168) L-Anness FS-CO.31, emendat bid-Digriet bil-Liġi Federali Nru 13 tal-2009 (l-Anness FS-CO.32) u d-Digriet bil-Liġi Federali Nru 11 tal-2018 (l-Anness FS-CO.33).
(169) B’mod partikolari, “l-Awtorità għandha tkun l-uniku korp inkarigat mill-investiment u r-riinvestiment tal-Fondi Allokati għall-Investiment”, billi dawn jitqiesu bħala l-fondi totali proprjetà tal-Gvern fdati lil dik l-Awtorità biex tirċievi u timmaniġġja għall-finijiet ta’ investiment tagħhom u kwalunkwe rikavat minnhom.
(170) L-Artikolu 13 tad-Digriet tal-EGħM tal-2007 ippreżentat bħala l-Anness FS.CO.31.
(171) L-Anness FS.CO.32.
(172) It-tweġiba għall-RFI 11 datata s-26 ta’ Lulju 2024, il-mistoqsija 17.
(173) It-tweġiba għall-RFI 13 datata l-5 ta’ Awwissu 2024, il-mistoqsijiet 10 sa 14.
(174) Ara t-Taqsima 10.
(175) L-Osservazzjonijiet dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-paġna 6.
(176) It-tweġiba għall-RFI 11 datata s-26 ta’ Lulju 2024, il-paragrafu 83.
(177) It-tweġiba għall-RFI 11 datata s-26 ta’ Lulju 2024, il-paragrafu 87.
(178) It-tweġiba għall-RFI 11 datata s-26 ta’ Lulju 2024, il-paragrafu 86.
(179) It-tweġiba għall-RFI 13 datata l-5 ta’ Awwissu 2024, il-paragrafu 24.
(180) Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-paragrafu 185.
(181) L-FSR, il-premessa (6).
(182) L-FSR, l-Artikolu 4(1)(a) sa (e).
(183) Ara wkoll l-FSR, il-premessi (34) u (35).
(184) Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-paragrafu 144.
(185) Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-paragrafi 154-159.
(186) Il-Formola FS-CO, il-paragrafu 179.
(187) Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-paragrafu 168.
(188) Il-Parti Notifikanti tissottometti wkoll argumenti relatati ma’ (i) il-valwazzjoni tal-Mira u (ii) in-nuqqas ta’ suq għall-konċentrazzjoni minħabba n-nuqqas ta’ “akkwirenti rivali”, li għandhom x’jaqsmu mal-effetti negattivi reali jew potenzjali fuq il-kompetizzjoni u huma diskussi aktar fit-Taqsima 8.1.3.
(189) Il-Formola FS-CO, il-paragrafu 402.
(190) Il-Formola FS-CO, il-paragrafu 374 (b’referenza għall-paragrafu 98).
(191) It-tweġibiet tal-operaturi tat-telekomunikazzjoni u tar-regolaturi nazzjonali tat-telekomunikazzjoni fil-Bulgarija, fl-Ungerija u fis-Slovakkja għall-RFIs tal-Kummissjoni tas-17 u t-18 ta’ Ġunju 2024 (ara n-noti 10 u 11 f’qiegħ il-paġna). Ir-regolaturi nazzjonali tat-telekomunikazzjoni, min-naħa tagħhom, innotaw li ma jafu xejn dwar interess potenzjali ta’ operaturi oħra li jakkwistaw il-Mira.
(192) Ara, pereżempju, il-Formola FS-CO, il-paragrafu 106; It-tweġiba għall-RFI 11 datata s-26 ta’ Lulju 2024, il-mistoqsijiet 6 u 7; l-Anness FS-CO.6, l-islajd 6; l-Anness FS-CO.7, b’mod partikolari l-islajd 85.
(193) It-tweġibiet tal-operaturi tat-telekomunikazzjoni u tar-regolaturi nazzjonali tat-telekomunikazzjoni fil-Bulgarija, fl-Ungerija u fis-Slovakkja għall-RFIs tal-Kummissjoni tas-17 u t-18 ta’ Ġunju 2024 (ara n-noti 10 u 11 f’qiegħ il-paġna).
(194) It-tweġiba għall-RFI 18 datata t-23 ta’ Awwissu 2024, il-mistoqsija 3, u l-Anness FS-CO.112.
(195) Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-paragrafu 184.
(196) Ara pereżempju l-Anness FS-CO.7 – […], li jsemmi bħala “Raġuni strateġika” li […].
(197) Il-Formola FS-CO, paġni 110 u 111.
(198) Servizzi mobbli li jammontaw għal madwar [70-80] % tal-fatturat totali tal-Mira fl-UE fl-2023 (il-Formola FS-CO, it-Tabella 15).
(199) Ara l-ishma tas-suq ipprovduti fit-Tweġiba għall-RFI 6 ta’ qabel in-notifika datata s-17 ta’ April 2024, il-mistoqsija 9, u aġġornati fit-Tweġiba għall-RFI 15 datata s-7 ta’ Awwissu 2024.
(200) Ara l-ishma tas-suq ipprovduti fit-Tweġiba għall-RFI 6 ta’ qabel in-notifika datata s-17 ta’ April 2024, il-mistoqsija 9, u aġġornati fit-Tweġiba għall-RFI 15 datata s-7 ta’ Awwissu 2024.
(201) Ara r-Rapport annwali tal-Kummissjoni Bulgara għar-Regolamentazzjoni tal-Komunikazzjoni 2023 (https://crc.bg/files/Annual_Report_CRC_2023_EN.pdf), l-Illustrazzjonijiet 11 u 12; it-Tweġiba tal-24 ta’ Ġunju 2024 mir-regolatur Ungeriż tat-telekomunikazzjoni Nemzeti Média- és Hírközlési Hatóság (“NMHH”) għall-RFI tal-Kummissjoni (ID443-1); ir-rapport annwali tal-2023 tar-Regolatur Slovakk (https://www.teleoff.gov.sk/files/en/authority/annual-report/2023_eng.pdf), iċ-Ċart 2.
(202) Pereżempju: “Yettel Bulgaria hija attiva primarjament fis-suq tal-komunikazzjoni mobbli, filwaqt li l-kompetituri ewlenin tagħha Vivacom u A1 huma attivi kemm fis-swieq fissi kif ukoll f’dawk mobbli. Dan għen lil Yettel tkun aktar iffukata biex ikollha dħul mobbli u ARPUs ogħla meta mqabbla mal-kompetituri tagħha” (Tweġiba minn kompetitur għall-RFI tal-Kummissjoni datata s-17 ta’ Ġunju 2024 – ID428-2).
(203) It-tweġiba għall-RFI 10 datata t-3 ta’ Lulju 2024, il-mistoqsija 18.
(204) It-tweġiba għall-RFI 10 datata t-3 ta’ Lulju 2024, il-mistoqsija 18.
(205) L-Anness FS-CO.92 u l-Anness FS-CO.93, is-slajds 8 u 16, aġġornati parzjalment fl-Anness FS-CO.99.
(206) Ir-rata tal-kambju tal-BĊE tad-29 ta’ Awwissu 2024 (HUF 1 = EUR 0,002546).
(207) It-tweġiba ta’ NMHH għall-RFI tal-Kummissjoni datata t-18 ta’ Ġunju 2024 (ID443-1).
(208) L-Anness FS-CO.7, il-paġni 155, 166 u 188.
(209) Id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-paragrafu 147.
(210) Fil-prattika, dawn il-kredituri jistgħu jitolbu lil e& tkun responsabbli b’mod konġunt għal kwalunkwe finanzjament miġbur, sabiex tkun tista’ tirrifletti l-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-grupp.
(211) Ara, pereżempju, l-Anness FS-CO.7, p. 5, li jsemmi bħala “Raġuni Strateġika” li […].
(212) Il-Formola FS-CO, il-paragrafi 385 sa 389, li jirreferu għat-taqsimiet 17 (“Kwistjonijiet finanzjarji”), 18 (“Politiki finanzjarji”) u 22 (“Ħruġ ta’ titoli ta’ ekwità”) tal-Ftehim tal-Azzjonisti.
(213) B’referenza għall-klawżola 18.2 tal-Ftehim tal-Azzjonisti.
(214) Il-Formola FS-CO, il-paragrafi 390 sa 399.
(215) L-Osservazzjonijiet dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-paġni 3-5.
(216) F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-EIA ma għandhiex klassifikazzjoni tal-kreditu indipendenti, iżda x’aktarx li tiġi kklassifikata bil-klassifikazzjoni sovrana tal-EGħM ta’ AA- (Klassifikazzjonijiet ta’ Fitch). https://www.fitchratings.com/research/international-public-finance/sovereign-wealth-funds-ratings-are-driven-by-state-support-01-12-2020.
(217) Is-Sottomissjoni Supplimentari Nru 5 tat-12 ta’ Awwissu 2024, il-mistoqsija 4.
(218) Ara wkoll in-nota 69 f’qiegħ il-paġna.
(219) Fil-prattika, dawn il-kredituri jistgħu jitolbu lill-EIA tkun responsabbli b’mod konġunt għal kwalunkwe finanzjament miġbur, sabiex tkun tista’ tirrifletti l-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-grupp.
(220) Ara r-Rapport Inawgurali tal-2021 tal-EIA.
(221) Il-Kummissjoni tfakkar li l-Parti Notifikanti pprovdiet informazzjoni mhux kompluta skont it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tal-FSR, minkejja diversi RFIs skont l-Artikolu 13(2) fir-rigward tal-karatteristiċi speċifiċi (inklużi l-ammonti u l-kundizzjonijiet) tas-sussidji barranin riċevuti mill-EIA (ara l-premessi (187) sa (192)). F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni tista’ tibbaża ruħha fuq il-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 16(1) tal-FSR.
(222) Il-Formola FS-CO, it-Tabella 10.
(223) L-FSR, l-Artikolu 4(1)(b).
(224) L-FSR, l-Artikolu 4(1)(e).
(225) It-tweġibiet għall-RFI tal-Kummissjoni datata s-17 ta’ Ġunju 2024 (ara n-nota 10 f’qiegħ il-paġna).
(226) Il-White Paper tal-Kummissjoni dwar “Kif nistgħu nikkontrollaw il-ħtiġijiet tal-infrastruttura diġitali tal-Ewropa?”, 12 ta’ Frar 2024, COM(2024) 81 final (https://digital-strategy.ec.europa.eu/en/library/white-paper-how-master-europes-digital-infrastructure-needs), it-Taqsima 2.3.1.
(227) Id-Deċennju Diġitali huwa programm ta’ politika tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, b’miri u objettivi konkreti għall-2030, li jiggwida t-trasformazzjoni diġitali tal-Ewropa. Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq: https://commission.europa.eu/strategy-and-policy/priorities-2019-2024/europe-fit-digital-age/europes-digital-decade-digital-targets-2030_mt.
(228) Ir-rapport tal-ETNO (Assoċjazzjoni Ewropea tal-Operaturi tan-Networks tat-Telekomunikazzjoni) dwar il-“Futur tan-Networks tal-Komunikazzjoni Elettronika fl-Ewropa”, 9 ta’ Ottubru 2023, disponibbli minn: https://etno.eu/library/reports/116-future-of-electronic-communications-networks-in-europe.html.
(229) Il-White Paper, it-Taqsima 2.3.2.
(230) It-tweġibiet għall-RFI tal-Kummissjoni datata s-17 ta’ Ġunju 2024 (ara n-nota 10 f’qiegħ il-paġna). Dan ġie enfasizzat mill-operaturi l-kbar tat-telekomunikazzjoni, li nnotaw, pereżempju, li “l-partijiet ikkonċernati ewlenin tal-industrija jiffukaw fuq l-iżvilupp ta’ networks ta’ kapaċità għolja ħafna meħtieġa għal żieda fil-konnettività 5G u lil hinn, li għandu jinvolvi kostijiet ta’ investiment għall-aġġornament tan-networks eżistenti kif ukoll għall-varar ta’ infrastruttura ġdida” (ID428-2). L-operaturi iżgħar kellhom tħassib simili li jirriżulta mis-saħħa finanzjarja ta’ e&, fejn esprimew il-biża’ li “[o]peraturi iżgħar ma jirnexxilhomx jegħlbu l-kompetizzjoni tal-atturi l-kbar tat-telekomunikazzjoni, u dan min-naħa tieħu jkollu impatt negattiv fuq is-suq, flimkien mal-investimenti f’infrastruttura u servizzi ġodda” (ID840).
(231) Bħala eżempju tal-impatt negattiv possibbli fuq il-kompetizzjoni tal-fatt li ditta jkollha riżorsi finanzjarji relattivament sostanzjali, ara T. Sire, “The unequal playing field: How to deal with foreign subsidies when assessing mergers?”, Frar 2022, Concurrences Nru 1-2022, l-Artikolu Nru 105256, pp. 54-62 (disponibbli minn: https://awards.concurrences.com/IMG/pdf/06.concurrences_1-2022_article-sire-3_2__published_.pdf?101461/c0ae7982a317075c1bcc639edf57d0c2face98d0f2d7b416b8151b74fa68a790), b’mod partikolari l-paragrafu 15 u l-letteratura ċċitata fih (pereżempju: M. Motta, “Competition Policy: Theory and Practice”: “Il-ħruġ, b’falliment jew mingħajru, ma huwiex neċessarjament l-aktar eżitu komuni ta’ tali predazzjoni […] il-priża tista’ tieqaf tespandi jew timmodernizza pjuttost milli tirriskja li tfalli”).
Ara wkoll, pereżempju: Xavier Boutin, Giacinta Cestone, Chiara Fumagalli, Giovanni Pica, Nicolas Serrano-Velarde, “The deep-pocket effect of internal capital markets”, Journal of Financial Economics, 2013 (https://doi.org/10.1016/j.jfineco.2013.02.003); Calvino, F., C. Criscuolo and R. Verlhac, “Declining business dynamism: Structural and policy determinants”, OECD Science, Technology and Industry Policy Papers, No. 94, 2020, OECD Publishing, Pariġi https://doi.org/10.1787/77b92072-en; Bravo-Biosca, A., C. Criscuolo and C. Menon, “What Drives the Dynamics of Business Growth?”, OECD Science, Technology and Industry Policy Papers, No. 1, 2013, OECD Publishing, Pariġi, https://doi.org/10.1787/5k486qtttq46-en.
(232) Il-Kummissjoni tinnota għall-kompletezza li l-evidenza disponibbli għaliha f’dan il-każ ma tipprovdi l-ebda indikazzjoni li, mingħajr it-Tranżazzjoni, il-Mira ma kinitx tkun tista’ tagħmel l-investimenti meħtieġa għall-attivitajiet tagħha fis-suq intern fis-snin li ġejjin. Għall-kuntrarju, il-Mira kellha, qabel it-Tranżazzjoni, pjanijiet ta’ investiment sinifikanti (ara l-premessi (301) sa (303)). Ara, pereżempju, l-Anness FS-CO.7, il-paġni 27-28, it-Tweġiba għall-RFI 10 datata t-3 ta’ Lulju 2024, il-mistoqsija 17 (inklużi l-Anness FS-CO.92 u l-Anness FS-CO.93), u t-Tweġiba għall-RFI 11 datata s-26 ta’ Lulju 2024, il-mistoqsija 5.
(233) It-tweġiba għall-RFI tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2024 (ID425-1).
(234) It-tweġiba għall-RFI tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2024 (ID840). Ara wkoll is-sottomissjoni tat-30 ta’ Awwissu 2024 minn operatur tat-telekomunikazzjoni fis-suq intern (ID823-1).
(235) Ara l-premessa (349) u l-klassifikazzjoni tal-kreditu rispettiva tal-kompetituri fit-Table 1.
(236) It-tweġiba għall-RFI 11 tal-Kummissjoni datata s-26 ta’ Lulju 2024, il-mistoqsija 18.
(237) It-tweġiba għall-RFI 13 datata l-5 ta’ Awwissu 2024, il-mistoqsija 16.
(238) Ara, pereżempju, l-Anness FS-CO.7, il-paġna 5: “Il-potenzjal li jinkiseb sehem kontrollanti fin-negozji (media) CME tal-PPF bħala pass sussegwenti wara din it-tranżazzjoni”.
(239) Ara b’mod partikolari l-Anness FS-CO.93, l-islajds 7 u 8. Ara wkoll il-premessa (303).
(240) L-Anness FS-CO.93, il-paġna 12.
(241) It-tweġiba għall-RFI tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2024 (ID425-1).
(242) Sitwazzjonijiet simili jistgħu jinħolqu wkoll fir-rigward ta’ nefqiet kapitali kbar oħra bħal dawk imsemmija fil-premessa (301).
(243) It-tweġibiet tal-operaturi tat-telekomunikazzjoni u tar-regolaturi nazzjonali tat-telekomunikazzjoni fil-Bulgarija, fl-Ungerija u fis-Slovakkja għall-RFIs tal-Kummissjoni tas-17 u t-18 ta’ Ġunju 2024 (ara n-noti 10 u 11 f’qiegħ il-paġna).
(244) It-tweġiba għall-RFI tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2024 (ID433-3).
(245) Ara l-premessa (301).
(246) Ara l-premessi (356) sa (359).
(247) L-Anness FS-CO.7, l-islajd 257.
(248) Il-Formola FS-CO, it-Taqsima 7.
(249) L-FSR, l-Artikolu 7.
(250) L-FSR, l-Artikolu 7(4)-7(6).
(251) Mill-1 ta’ Mejju 2024, il-Liġi tal-2016 dwar il-Falliment tħassret u ġiet sostitwita mil-Liġi dwar ir-Riorganizzazzjoni Finanzjarja u l-Falliment promulgata bid-Digriet-Liġi Federali Nru 51 tal-2023 (il-“Liġi tal-2023 dwar il-Falliment”). L-Artikolu 3 tal-Liġi tal-2023 dwar il-Falliment jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha “[k]umpaniji li jkunu proprjetà sħiħa jew parzjali tal-gvern federali jew lokali, li l-leġiżlazzjoni dwar l-istabbiliment, il-memorandum ta’ assoċjazzjoni, jew l-istatuti tagħhom jistipulaw li huma soġġetti għal dispożizzjonijiet speċjali li jirregolaw il-proċedimenti ta’ saldu preventiv, ristrutturar jew falliment tagħhom għall-kuntrarju ta’ din il-liġi”. Ir-reġim emendat, għalhekk, xorta jippermetti lill-entitajiet li huma proprjetà tal-gvern jiddeterminaw b’mod unilaterali, permezz tad-dokumenti kostituttivi tagħhom, sa liema punt huma soġġetti għal-Liġi dwar il-Falliment. Il-proċeduri tal-Liġi tal-2023 dwar il-Falliment huma simili għal dawk tal-Liġi tal-2016 tal-Falliment. L-impenji, għalhekk, japplikaw b’kont meħud tal-liġi dwar il-falliment fis-seħħ fl-EGħM fiż-żmien rilevanti.
(252) Ara t-Tweġibiet għall-Eżami tas-Suq (ara n-nota 12 f’qiegħ il-paġna).
(253) Ara t-Tweġibiet għall-Eżami tas-Suq (ID646-1).
(254) Ara t-Tweġibiet għall-Eżami tas-Suq (ID645-1).
(255) Ara t-Tweġibiet għall-Eżami tas-Suq (ID646-1).
(256) Ara t-Tweġibiet għall-Eżami tas-Suq (ID645-1).
(257) Ara Table 2.
(258) Ara t-Tweġibiet għall-RFIs 11 u 13, u s-sottomissjoni Supplimentari tal-Parti Notifikanti Nru 5 tat-12 ta’ Awwissu 2024.
(259) Ara t-Tweġibiet għall-Eżami tas-Suq (ara n-nota 12 f’qiegħ il-paġna). Rispondent wieħed, minn fost dawk li esprimew tħassib dwar it-Tranżazzjoni, innota li “[a]ħna nifhmu li skont l-Impenji, fi kwalunkwe każ ta’ tali finanzjament, il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata b’mod jew ieħor kemm għall-finanzjament innifsu kif ukoll għal akkwiżizzjoni li tirrikjedi dawn il-fondi. Dan fl-opinjoni tagħna jagħti lil din tal-aħħar il-kapaċità ta’ interferenza u jew tapprova jew ma taqbilx ma’ kwalunkwe finanzjament bħal dan jew akkwiżizzjoni relatata. Fil-fehma tagħna, dan għandu jkun suffiċjenti biex tiġi żgurata bażi ġusta għall-kompetizzjoni u kontroll tal-finanzjament barrani” (ID646-1).
(260) Il-Linji Gwida tal-OECD dwar il-Prezzijiet tat-Trasferiment għall-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Amministrazzjonijiet tat-Taxxa (Jannar 2022), disponibbli minn: https://www.oecd-ilibrary.org/docserver/0e655865-en.pdf?expires=1724062419&id=id&accname=oid031827&checksum=F26E024D0C031B6E991CB8B020E18911.
(261) Ara l-ispjegazzjonijiet inklużi fl-abbozz tal-impenji pprovduti fid-19 ta’ Ġunju 2024.
(262) Ara t-Tweġibiet għall-Eżami tas-Suq (ara n-nota 12 f’qiegħ il-paġna).
(263) Ara t-Tweġibiet għall-Eżami tas-Suq (ara n-nota 12 f’qiegħ il-paġna).
(264) Ara t-Tweġibiet għall-Eżami tas-Suq (ara n-nota 12 f’qiegħ il-paġna). Kif ġie osservat, “id-durata ssuġġerita tal-perjodu ta’ Impenn ta’ 10 snin b’għażla li tiġi estiża b’5 snin oħra hija suffiċjenti u ma għandha tkun soġġetta għall-ebda aġġustament. Abbażi ta’ ħarsa ġenerali lejn is-suq, il-“ħajja” ta’ tali akkwiżizzjonijiet normalment iddum inqas minn 15-il sena qabel bidla oħra fis-sjieda u għalhekk il-perjodu diġà propost jidher raġonevoli u ma jeħtieġx aġġustament” (ID646-1). Rispondent ieħor osserva b’mod simili li “[l]-impenji għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm ikun meħtieġ biex jintlaħaq l-għan maħsub. Għalissa, aħna nqisu li l-perjodi ta’ żmien proposti huma suffiċjenti” (ID644-1).
(265) Ara t-Tweġibiet għall-Eżami tas-Suq (ID645-1).
(266) It-tweġiba għall-RFI 13 datata l-5 ta’ Awwissu 2024, il-mistoqsija 16.
Każ FS.100011 – Emirates Telecommunications Group / PPF Telecom Group
IMPENJI LEJN IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2022/2560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern (l-“ FSR ”), Emirates Telecommunications Group Company P.J.S.C. (il-“ Parti Notifikanti ”) u l-Mira b’dan jidħlu fl-Impenji li ġejjin (l-“ Impenji ”) vis-à-vis il-Kummissjoni Ewropea (il-“ Kummissjoni ”) bil-għan li l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni skont l-Artikoli 11(3) u 25(3)(a) tal-FSR fir-rigward tal-akkwiżizzjoni ta’ 50 % u sehem wieħed fi, u l-kontroll esklużiv ta’, PPF Telecom Group B.V. (il-“ Mira ”) mill-Parti Notifikanti (il-“ Konċentrazzjoni ”).
Dan it-test għandu jiġi interpretat fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(3) tal-FSR fir-rigward tal-Konċentrazzjoni (id-“ Deċiżjoni ”), fil-qafas ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari fid-dawl tal-FSR u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1441 tal-10 ta’ Lulju 2023 dwar arranġamenti dettaljati għat-twettiq ta’ proċedimenti mill-Kummissjoni skont l-FSR.
Taqsima A. Definizzjonijiet
|
1. |
Għall-finijiet tal-Impenji, “kontroll” u “ikkontrollata” għandhom jiġu interpretati skont l-Artikoli 20(5) u 20(6) tal-FSR, u t-termini li ġejjin għandu jkollhom it-tifsira li ġejja:
Ditta Kontabilistika: kumpanija kontabilistika ta’ reputazzjoni għolja, bħal (imma mhux limitata għal) Deloitte, EY, PwC u KPMG. Impriżi Affiljati: impriżi kkontrollati mill-Parti Notifikanti li huma stabbiliti barra l-UE,
Termini ta’ Distakkament: termini ta’ distakkament skont it-tifsira tal-Linji Gwida tal-OECD dwar l-Ipprezzar tat-Trasferimenti. CEO: l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Mira. Għeluq: it-trasferiment ta’ 50 % u sehem wieħed fil-Mira mill-Bejjiegħ lill-Parti Notifikanti. Perjodu ta’ Impenn: il-perjodu li jibda fid-Data Effettiva u li jispiċċa fl-10 anniversarju tad-Data Effettiva, jew kif estiż mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 60. Informazzjoni Kunfidenzjali: kwalunkwe sigriet kummerċjali, għarfien prattiku, informazzjoni kummerċjali, jew kwalunkwe informazzjoni oħra ta’ natura proprjetarja li ma tkunx fid-dominju pubbliku. Kunflitt ta’ Interess: kwalunkwe kunflitt ta’ interess li jfixkel l-oġġettività u l-indipendenza tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu skont l-Impenji. Delega tal-Awtorità: il-firxa ta’ awtorità biex jittieħdu ċerti azzjonijiet korporattivi vestiti fil-maniġment superjuri tal-Mira kif determinata mill-bord tad-diretturi tal-Mira minn żmien għal żmien f’konformità mal-istatut ta’ assoċjazzjoni tal-Mira u kif miftiehem bejn il-Parti Notifikanti u l-Bejjiegħ. AoA ta’ e&: l-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tal-Parti Notifikanti adottat fis-17 ta’ Marzu 2021, kif jista’ jiġi emendat minn żmien għal żmien. Opzjoni Call ta’ e&: l-opzjoni call li se tingħata mill-Bejjiegħ lill-Parti Notifikanti, effettiva mill-Għeluq, fuq l-ishma kollha li jkollhom il-Bejjiegħ u ċ-ċessjonarji permessi tiegħu fil-Mira. EBITDA: il-qligħ qabel l-imgħax, it-taxxa, id-deprezzament u l-ammortizzament. EBITDAaL: L-EBITDA konsolidat tal-Mira għall-perjodu rilevanti derivat bħala profitt nett flimkien mal-ispiża tat-taxxa fuq l-introjtu flimkien ma’ (jekk negattiv) jew imnaqqas (jekk pożittiv) ir-Riżultat Finanzjarju Nett flimkien mad-deprezzament (li jinkludi d-deprezzament, l-amortizzament u l-indeboliment ta’ assi tanġibbli, assi intanġibbli u l-kostijiet biex jinkiseb jew biex jitwettaq il-kuntratt). L-EBITDAaL jeskludi l-effett tal-istandard kontabilistiku IFRS 16 (lokazzjonijiet). Sottomissjoni tal-EF: sottomissjoni skont il-paragrafu 14. Data Effettiva: id-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni. EIA: l-Awtorità tal-Investiment tal-Emirati. Affiljata tal-EIA: impriża kkontrollata mill-EIA, għajr il-Parti Notifikanti, l-Impriżi Affiljati tagħha u l-Grupp fil-Mira. Impenji tal-EIA: impenji fil-forma stabbilita fl-Iskeda 1 għal dawn l-Impenji. Finanzjament ta’ Emerġenza: Il-finanzjament ipprovdut mill-Parti Notifikanti lill-Mira f’każ ta’ kriżi akuta ta’ likwidità, dment li (i) il-proporzjon tad-dejn nett għall-EBITDAaL tal-Mira fiż-żmien tal-għoti ta’ tali Finanzjament (ikkalkulat abbażi tal-EBITDAaL għall-perjodu ta’ 12-il xahar li jispiċċa fl-aħħar tax-xahar tal-aħħar kontijiet ta’ ġestjoni ta’ kull xahar disponibbli tal-Mira qabel l-għoti ta’ tali Finanzjament) ikun 4x jew aktar, u (ii) fl-opinjoni raġonevoli tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, il-finanzjament tad-dejn minn partijiet terzi ma jkunx jew ma jkunx mistenni li jkun disponibbli fuq termini kummerċjalment raġonevoli, jew li jinkiseb fil-ħin. Analiżi tal-FAR: analiżi tal-funzjonijiet, tal-assi u tar-riskji. Finanzjament: l-għoti ta’ kwalunkwe finanzjament (kemm jekk dejn kif ukoll jekk ekwità) permezz ta’ kwalunkwe strument finanzjarju (inklużi strumenti derivattivi) lil kwalunkwe membru tal-Grupp fil-Mira, direttament jew indirettament, mill-Parti Notifikanti, l-Intrapriżi Affiljati tagħha, l-EIA jew kwalunkwe Affiljat tal-EIA, iżda li ma jinkludi l-ebda Tranżazzjoni Rilevanti. Sussidji Barranin: sussidji barranin skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) tal-FSR riċevuti mill-Parti Notifikanti jew kwalunkwe waħda mill-Impriżi Affiljati tagħha, l-EIA jew kwalunkwe Affiljat tal-EIA. IFRS: l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju maħruġa mill-Fondazzjoni tal-IFRS u l-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà. Fiduċjarju tal-Monitoraġġ: persuna fiżika jew ġuridika waħda jew aktar li tkun approvata mill-Kummissjoni u maħtura mill-Parti Notifikanti, u li jkollha d-dmir li twettaq il-funzjonijiet speċifikati f’dawn l-Impenji. Riżultat Finanzjarju Nett: introjtu mill-imgħax, spiża tal-imgħax, qligħ/telf fuq derivattivi finanzjarji, qligħ/telf realizzat u mhux realizzat mill-kambju u dħul jew spiża finanzjarja oħra (konsistenti mar-rapportar konsolidat storiku tal-Mira). Finanzjament mhux tal-UE: l-għoti ta’ Finanzjament biss biex jippermetti lill-Grupp fil-Mira jakkwista ishma f’impriża, jew assi li, f’kull każ, ma jbigħux oġġetti jew ma jipprovdux servizzi lil xi klijent fl-UE ħlief (jekk applikabbli) il-forniment barra mill-UE ta’ servizzi ta’ terminazzjoni tat-telefonati bl-ingrossa jew servizzi ta’ roaming internazzjonali bl-ingrossa lil fornitur wieħed jew aktar ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni li jinsabu fl-UE. Linji Gwida tal-OECD dwar l-Ipprezzar tat-Trasferimenti: il-Linji Gwida tal-OECD dwar l-Ipprezzar tat-Trasferimenti għall-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Amministrazzjonijiet tat-Taxxa tal-2022, kif jistgħu jiġu emendati minn żmien għal żmien. Opzjoni Put tal-PPF: l-opzjoni li se tingħata mill-Parti Notifikanti lill-Bejjiegħ, effettiva mill-Għeluq, biex titlob lill-Parti Notifikanti tixtri l-ishma kollha li jkollhom il-Bejjiegħ u ċ-ċessjonarji permessi tiegħu fil-Mira. Proposta: il-proposta tal-Parti Notifikanti ta’ kandidati biex jaġixxu bħala Fiduċjarju tal-Monitoraġġ. Tranżazzjonijiet Rilevanti Relatati: żewġ Tranżazzjonijiet Rilevanti jew aktar li jirrigwardaw il-provvista, l-akkwist, il-bejgħ, l-akkwiżizzjoni, it-trasferiment, il-liċenzjar jew il-lokazzjoni (skont il-każ) tal-istess oġġetti, servizzi, assi, drittijiet jew suġġett ieħor ta’ kuntratt jew simili b’valur aggregat li jaqbeż is-Soll ta’ Rapportar matul kull Sena ta’ Rapportar. Tranżazzjoni Rilevanti: tranżazzjoni (għajr kwalunkwe Finanzjament ta’ Emerġenza, Finanzjament Mhux tal-UE, Finanzjament ikkontemplat taħt il-paragrafi 7 u 8 jew riorganizzazzjonijiet intragrupp li ma jkun fihom l-ebda element ta’ Finanzjament u ma jittrasferixxu, direttament jew indirettament, l-ebda obbligu tal-Grupp fil-Mira lill-Parti Notifikanti, xi waħda mill-Impriżi Affiljati tagħha, l-EIA jew kwalunkwe Affiljat tal-EIA) li biha l-EIA jew kwalunkwe Affiljat tal-EIA, il-Parti Notifikanti jew xi waħda mill-Impriżi Affiljati tagħha jkunu daħlu fi ftehim legalment vinkolanti biex:
Impriża Rilevanti: impriża li, fl-aktar sena kontabilistika sħiħa reċenti tagħha, tkun iġġenerat fatturat ta’ EUR [100-200] miljun jew aktar mill-bejgħ ta’ oġġetti jew mill-provvista ta’ servizzi lil klijenti li jinsabu fl-UE, iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 22 tal-FSR jew, f’każ li l-Parti Notifikanti, l-Impriżi Affiljati tagħha jew il-Grupp fil-Mira (skont il-każ) ma jkollhomx, u ma jkunux jistgħu jiksbu b’mod raġonevoli, aċċess għall-informazzjoni finanzjarja tal-Impriża Rilevanti, stmat abbażi ta’ informazzjoni pubblikament disponibbli. Akkwiżizzjoni Rapportabbli: akkwiżizzjoni mill-Parti Notifikanti, kwalunkwe waħda mill-Impriżi Affiljati tagħha jew il-Grupp fil-Mira, li ma tkunx konċentrazzjoni notifikabbli skont l-Artikolu 20(3) tal-FSR, ta’:
L-akkwiżizzjoni ta’ ishma u ta’ drittijiet tal-vot fil-Mira bħala riżultat tal-eżerċizzju tal-Opzjoni Put tal-PPF jew tal-Opzjoni Call ta’ e& ma tikkostitwix Akkwiżizzjoni Rapportabbli. Tranżazzjoni Rilevanti Rapportabbli: Tranżazzjoni Rilevanti b’valur fil-Limitu ta’ Rapportar jew ogħla, jew serje ta’ Tranżazzjonijiet Rilevanti Relatati b’valur aggregat li jkun fil-Limitu ta’ Rapportar jew ogħla. Limiti ta’ Rapportar: valur tal-kuntratt ta’ EUR 4 miljun (jew ekwivalenti) jew aktar. Sena ta’ Rapportar: il-perjodu bejn id-Data Effettiva u l-31 ta’ Diċembru 2024 u kull sena finanzjarja sussegwenti li tispiċċa fit-31 ta’ Diċembru. Bejjiegħ: PPF Group N.V. Grupp fil-Mira: kif definit fl-Iskeda 2 għal dawn l-Impenji. EGħM: l-Emirati Għarab Magħquda. Il-Liġi tal-EGħM dwar il-Falliment: id-Digriet-Liġi Federali Nru 51 tal-2023 tal-EGħM li jippromulga l-Liġi dwar ir-Riorganizzazzjoni Finanzjarja u l-Falliment, kif jista’ jiġi emendat minn żmien għal żmien. Jum tax-Xogħol tal-EGħM: tfisser kwalunkwe jum, minbarra Sibt jew Ħadd jew btala pubblika fl-Emirati Għarab Magħquda, li fih il-banek ikunu miftuħa għal negozju kummerċjali ġenerali f’Abu Dhabi. Jum tax-Xogħol: tfisser jum tax-xogħol skont it-tifsira tal-FSR. |
|
2. |
Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, ir-referenzi f’dawn l-Impenji għal paragrafi huma referenzi għal paragrafi f’dawn l-Impenji. |
Taqsima B. L-Impenji
I. Għan
|
3. |
L-għan ġenerali tal-Impenji u tal-Impenn tal-EIA huwa li jiġi żgurat li l-Konċentrazzjoni ma toħloqx mezz li jippermetti li Sussidji Barranin (jekk ikun hemm) jiġu direzzjonati fis-suq intern b’mod li jfixkel il-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4 u (jekk applikabbli) tal-Artikolu 5 tal-FSR, fejn tali distorsjoni ma tkunx megħluba minn effetti pożittivi skont it-tifsira tal-Artikolu 6 tal-FSR. Tali direzzjonar jista’ jseħħ permezz tal-għoti ta’ Finanzjament, għajr kif permess mill-paragrafu 8, mill-Parti Notifikanti, l-Intrapriżi Affiljati tagħha, l-EIA jew Affiljat tal-EIA lill-Mira jew lil kwalunkwe membru tal-Grupp fil-Mira, jew permezz ta’ tranżazzjonijiet li jsiru bejn (i) il-Parti Notifikanti, l-Impriża Affiljata tagħha u/jew l-EIA jew Affiljat tal-EIA minn naħa, u (ii) kwalunkwe membru tal-Grupp fil-Mira min-naħa l-oħra, li ma jkunux skont it-termini tas-suq u għalhekk jagħtu benefiċċju lill-Grupp fil-Mira li realment jew potenzjalment jaffettwa b’mod negattiv il-kompetizzjoni fis-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 4 tal-FSR u (jekk applikabbli) l-Artikolu 5 tal-FSR, b’dawn l-effetti negattivi ma jkunux megħluba mill-effetti pożittivi skont it-tifsira tal-Artikolu 6 tal-FSR. Id-direzzjonar tas-Sussidji Barranin b’dan il-mod jikkostitwixxi ksur ta’ dawn l-Impenji u tal-Impenn tal-EIA skont it-tifsira tal-FSR. |
II. Impenn dwar l-applikazzjoni tal-Liġi tal-EGħM dwar il-Falliment għall-Parti Notifikanti
|
4. |
Il-Parti Notifikanti timpenja ruħha li, mid-Data Effettiva u matul il-Perjodu ta’ Impenn, l-AoA ta’ e& ma jkun fih l-ebda dispożizzjoni li tmur kontra, ma tapplikax jew taqbeż kwalunkwe dispożizzjoni tal-Liġi tal-EGħM dwar il-Falliment. |
|
5. |
Il-Parti Notifikanti għandha tiżgura li l-EIA tissottometti l-Impenji tal-EIA, debitament eżegwiti f’isem l-EIA, lit-tim tal-każ tal-Kummissjoni fid-Data Effettiva jew qabel. |
|
6. |
Il-Parti Notifikanti għandha (i) fi żmien 10 ijiem tax-xogħol tal-EGħM mid-data li fiha tkun intbagħtet proposta lill-azzjonisti tal-Parti Notifikanti biex jiġi emendat l-AoA ta’ e& b’mod li jista’ jaffettwa l-applikazzjoni tal-Liġi tal-EGħM dwar il-Falliment għall-Parti Notifikanti, tibgħat kopja ta’ din il-proposta lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ (b’kopja lit-tim tal-każ tal-Kummissjoni); u (ii) fi żmien 10 ijiem tax-xogħol tal-EGħM minn meta tittieħed deċiżjoni mill-bord tad-diretturi tal-Parti Notifikanti biex l-AoA ta’ e& jiġi emendat bi kwalunkwe mod, tibgħat kopja tal-AoA ta’ e& emendat lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ (b’kopja lit-tim tal-każ tal-Kummissjoni). |
III. Impenn dwar tranżazzjonijiet bejn il-Parti Notifikanti u l-Grupp fil-Mira
1. Il-Finanzjament
|
7. |
Ħlief kif permess mill-paragrafu 8, il-Parti Notifikanti ma għandhiex, u għandha tiżgura li l-Impriżi Affiljati tagħha ma jipprovdu l-ebda Finanzjament lil xi membru tal-Grupp fil-Mira. |
|
8. |
L-impenn fil-paragrafu 7 ma għandux jipprevjeni lill-Parti Notifikanti u lill-Impriżi Affiljati tagħha milli jipprovdu lill-Grupp fil-Mira:
|
|
9. |
Il-Parti Notifikanti u l-Mira jimpenjaw ruħhom li l-ebda membru tal-Grupp fil-Mira ma jaċċetta xi Finanzjament mill-EIA jew minn kwalunkwe Affiljat tal-EIA. |
2. Tranżazzjonijiet Rilevanti
|
10. |
Il-Parti Notifikanti u l-Impriżi Affiljati tagħha ma għandhom jidħlu fl-ebda Tranżazzjoni Rilevanti li ma tkunx skont it-termini tas-suq ma’ xi membru tal-Grupp fil-Mira. Il-Parti Notifikanti u l-Mira jimpenjaw ruħhom ukoll li l-ebda membru tal-Grupp fil-Mira ma jidħol f’xi Tranżazzjoni Rilevanti li ma tkunx skont it-termini tas-suq mal-EIA jew ma’ xi Affiljat tal-EIA. |
|
11. |
Tranżazzjoni Rilevanti li tkun saret skont Termini ta’ Distakkament għandha titqies li hija skont it-termini tas-suq skont it-tifsira tal-paragrafu 10 sakemm, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha rilevanti, it-Tranżazzjoni Rilevanti ma tippermettix lill-Parti Notifikanti, xi waħda mill-Impriżi Affiljati tagħha, l-EIA jew xi Affiljat tal-EIA li, direttament jew indirettament, jiddirezzjona kwalunkwe Sussidju Barrani lill-Grupp fil-Mira li realment jew potenzjalment jaffettwa b’mod negattiv il-kompetizzjoni fis-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 4 u (jekk applikabbli) tal-Artikolu 5 tal-FSR, dment li dawn l-effetti negattivi ma jkunux megħluba mill-effetti pożittivi skont it-tifsira tal-Artikolu 6 tal-FSR. |
|
12. |
Sabiex jiġi ssostanzjat li Tranżazzjoni Rilevanti hija skont Termini ta’ Distakkament, il-Parti Notifikanti tista’, b’għażla tagħha, tikseb opinjoni minn Ditta Kontabilistika li turi li t-Tranżazzjoni Rilevanti hija skont Termini ta’ Distakkament. Din l-opinjoni għandha tinkludi, fost affarijiet oħra, f’kull każ sa fejn ikun xieraq fid-dawl tan-natura tat-Tranżazzjoni Rilevanti:
|
|
13. |
Sakemm il-Bejjiegħ ikollu xi ishma fil-Mira:
|
Taqsima C. Proċedura ta’ rapportar relatata mal-Impenji
I. Proċedura ta’ rapportar għall-Finanzjament ta’ Emerġenza
|
14. |
Il-Parti Notifikanti għandha tipprovdi lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ (b’kopja lit-tim tal-każ tal-Kummissjoni) l-informazzjoni kollha rilevanti relatata ma’ kwalunkwe Finanzjament ta’ Emerġenza malli (i) issir taf li x’aktarx jista’ jkun meħtieġ Finanzjament ta’ Emerġenza, u/jew (ii) tagħmel kwalunkwe pjan konkret biex tagħmel disponibbli Finanzjament ta’ Emerġenza għall-Mira, skont liema jiġi l-ewwel, inkluż, sa fejn kien disponibbli fil-ħin tas-sottomissjoni tal-EF:
|
|
15. |
Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ għandu jinforma lill-Parti Notifikanti fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta jirċievi s-sottomissjoni tal-EF jekk iqishiex kompluta. Jekk il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ iqis li s-Sottomissjoni tal-EF ma tkunx kompluta, il-Parti Notifikanti għandha terġa’ tissottometti s-Sottomissjoni tal-EF b’dik l-informazzjoni jew dokumenti addizzjonali li jistgħu raġonevolment jiġu mitluba mill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, malli jkun raġonevolment prattikabbli. |
|
16. |
Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ għandu jinforma lit-tim tal-każ tal-Kummissjoni, lill-Parti Notifikanti u lill-Mira fi żmien 5 ijiem tax-xogħol minn meta jirċievi s-Sottomissjoni kompluta tal-EF jekk:
Sussidju Barrani fis-suq intern b’mod li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4 u (jekk applikabbli) tal-Artikolu 5 tal-FSR. Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ għandu jipprovdi r-raġunijiet. |
|
17. |
It-tim tal-każ tal-Kummissjoni jista’, fi żmien 5 Ijiem tax-Xogħol minn meta jirċievi r-rapport tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ skont il-paragrafu 16(a) u fi żmien 15-il Jum tax-Xogħol minn meta jirċievi r-rapport tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ skont il-paragrafu 16(b), joħroġ opinjoni indirizzata lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, lill-Parti Notifikanti u lill-Mira, fejn jispjega jekk, fil-fehma tat-tim tal-każ tal-Kummissjoni:
|
|
18. |
Il-Parti Notifikanti tista’ tipproponi emendi għall-Finanzjament ta’ Emerġenza biex telimina kwalunkwe tħassib li t-tim tal-każ tal-Kummissjoni jista’ jkollu skont it-tifsira tal-paragrafu 17. |
|
19. |
Il-Parti Notifikanti ma għandhiex tagħmel Finanzjament ta’ Emerġenza disponibbli għall-Mira sakemm:
|
|
20. |
Bħala korrispettiv għall-Finanzjament ta’ Emerġenza, il-Mira għandha tħallas lill-Parti Notifikanti ammont li jirrifletti l-affidabbiltà kreditizja sottostanti tal-Mira fiż-żmien li fih għandu jingħata l-Finanzjament ta’ Emerġenza, filwaqt li jiġu skontati l-effetti temporanji tad-diffikultajiet ta’ likwidità tagħha u l-Finanzjament ta’ Emerġenza. |
|
21. |
Il-Mira għandha tħallas lura, u l-Parti Notifikanti għandha tiżgura li l-Mira tħallas lura, f’kull każ sa fejn ikun permissibbli skont il-liġi applikabbli, kwalunkwe Finanzjament ta’ Emerġenza rrapportat lit-tim tal-każ tal-Kummissjoni skont il-paragrafu 14 fi żmien 6 xhur wara l-iżborż tal-ewwel pagament parzjali tal-Finanzjament ta’ Emerġenza. |
|
22. |
B’deroga mill-paragrafu 21, il-Mira ma għandhiex tkun obbligata tħallas lura l-Finanzjament ta’ Emerġenza jekk, qabel tmiem il-perjodu ta’ 6 xhur fil-paragrafu 21, fuq talba tal-Parti Notifikanti, it-tim tal-każ tal-Kummissjoni jkun irrinunzja, jew ikun ta deroga mill-obbligu tal-Parti Notifikanti u tal-Mira skont il-paragrafu 21. |
II. Proċedura ta’ rapportar għal Tranżazzjonijiet Rilevanti Rapportabbli
|
23. |
Il-Parti Notifikanti għandha tinforma lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ (b’kopja lit-tim tal-każ tal-Kummissjoni) bi kwalunkwe Tranżazzjoni Rilevanti Rapportabbli proposta qabel l-implimentazzjoni tagħha, u tipprovdi l-informazzjoni kollha rilevanti fir-rigward tat-Tranżazzjoni Rilevanti Rapportabbli. Dan l-obbligu ta’ rapportar għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24(3) tal-FSR (talba għal deroga), li għandu japplika mutatis mutandis. |
|
24. |
Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ għandu jinforma lill-Parti Notifikanti fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta jirċievi s-sottomissjoni skont il-paragrafu 23 jekk huwa jqisx is-sottomissjoni bħala kompluta. Jekk il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ iqis li s-sottomissjoni ma tkunx kompluta, il-Parti Notifikanti għandha terġa’ tissottometti s-sottomissjoni skont il-paragrafu 23 b’dik l-informazzjoni jew dokumenti addizzjonali li jistgħu raġonevolment jiġu mitluba mill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, malli jkun raġonevolment prattikabbli. |
|
25. |
Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ għandu jinforma lit-tim tal-każ tal-Kummissjoni, lill-Parti Notifikanti u lill-Mira fi żmien 10 Ijiem tax-Xogħol minn meta jirċievi s-sottomissjoni kompluta skont il-paragrafu 23 jekk:
Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ għandu jipprovdi r-raġunijiet. |
|
26. |
It-tim tal-każ tal-Kummissjoni jista’, fi żmien 5 Ijiem tax-Xogħol minn meta jirċievi r-rapport tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ skont il-paragrafu 25(a) u fi żmien 20 Jum tax-Xogħol minn meta jirċievi r-rapport tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ skont il-paragrafu 25(b), joħroġ opinjoni indirizzata lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, lill-Parti Notifikanti u lill-Mira, fejn jispjega jekk, fil-fehma tat-tim tal-każ tal-Kummissjoni:
|
|
27. |
Il-Parti Notifikanti tista’ tipproponi miżuri biex jiġi eliminat kwalunkwe tħassib tat-tim tal-każ tal-Kummissjoni skont il-paragrafu 26. |
|
28. |
Il-Parti Notifikanti, l-Impriżi Affiljati tagħha u l-Grupp fil-Mira ma għandhomx jimplimentaw Tranżazzjoni Rilevanti Rapportabbli sakemm:
|
III. Notifika annwali ta’ Tranżazzjonijiet Rilevanti Oħra
|
29. |
Il-Parti Notifikanti għandha, fi żmien 30 Jum tax-Xogħol tal-EGħM mit-tmiem ta’ kull Sena ta’ Rapportar, tibgħat lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ (b’kopja lit-tim tal-każ tal-Kummissjoni) (i) kopja tal-ftehimiet legalment vinkolanti kollha li saru matul is-Sena ta’ Rapportar preċedenti li jirrikjedu li l-Parti Notifikanti jew xi waħda mill-Impriżi Affiljati tagħha, l-EIA jew kwalunkwe Affiljat tal-EIA jipproċedu bi Tranżazzjoni Rilevanti taħt il-Limitu ta’ Rapportar, (ii) sommarju tat-termini ewlenin ta’ kwalunkwe Tranżazzjoni Rilevanti bħal din, u, jekk applikabbli, (iii) kopja ta’ kwalunkwe opinjoni miksuba skont il-paragrafu 12 fir-rigward dik it-Tranżazzjoni Rilevanti. |
|
30. |
Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ għandu jinforma lill-Parti Notifikanti fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta jirċievi s-sottomissjoni skont il-paragrafu 29 jekk huwa jqisx is-sottomissjoni bħala kompluta. Jekk il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ iqis li s-sottomissjoni ma tkunx kompluta, il-Parti Notifikanti għandha terġa’ tissottometti s-sottomissjoni skont il-paragrafu 29 b’dik l-informazzjoni jew dokumenti addizzjonali li jistgħu raġonevolment jiġu mitluba mill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ malli jkun raġonevolment prattikabbli. |
|
31. |
Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ għandu jinforma lit-tim tal-każ tal-Kummissjoni, lill-Parti Notifikanti u lill-Mira fi żmien 20 Jum tax-Xogħol minn meta jirċievi sottomissjoni kompluta skont il-paragrafu 29 jekk huwa jqisx b’mod raġonevoli li xi Tranżazzjoni Rilevanti setgħet ma saritx skont it-termini tas-suq skont it-tifsira tal-paragrafu 10 u b’hekk toħloq riskju ta’ direzzjonar ta’ kwalunkwe Sussidju Barrani fis-suq intern b’mod li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4 u (jekk applikabbli) tal-Artikolu 5 tal-FSR. Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ għandu jipprovdi r-raġunijiet. |
|
32. |
It-tim tal-każ tal-Kummissjoni jista’, fi żmien 20 Jum tax-Xogħol minn meta jirċievi r-rapport tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ skont il-paragrafu 31, joħroġ opinjoni indirizzata lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, lill-Parti Notifikanti u lill-Mira, fejn jispjega jekk, fil-fehma tat-tim tal-każ tal-Kummissjoni:
|
|
33. |
Il-Parti Notifikanti tista’ tipproponi miżuri biex jiġi eliminat kwalunkwe tħassib tat-tim tal-każ tal-Kummissjoni skont il-paragrafu 32. |
|
34. |
Fuq direzzjoni tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, il-Parti Notifikanti, l-Impriżi Affiljati tagħha u/jew il-Mira (skont il-każ) għandhom jimplimentaw kwalunkwe miżura proposta skont il-paragrafu 33, dment li t-tim tal-każ tal-Kummissjoni jqis li tali miżuri jeliminaw it-tħassib tiegħu skont it-tifsira tal-paragrafu 32 (b’kunsiderazzjoni xierqa tal-fehmiet tal-Parti Notifikanti), jew inkella jħassar it-Tranżazzjoni Rilevanti, mingħajr dewmien. |
IV. Proċedura ta’ rapportar għal Akkwiżizzjonijiet Rapportabbli
|
35. |
Matul il-Perjodu ta’ Impenn, il-Parti Notifikanti għandha, fi żmien 15-il Jum tax-Xogħol tal-EGħM mid-data li fiha hija jew xi waħda mill-Impriżi Affiljati tagħha tidħol fi ftehim legalment vinkolanti li bih il-Parti Notifikanti jew xi waħda mill-Impriżi Affiljati tagħha taqbel li tipproċedi b’Akkwiżizzjoni Rapportabbli, u fi kwalunkwe każ qabel l-implimentazzjoni tal-Akkwiżizzjoni Rapportabbli, tibgħat lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ (b’kopja lit-tim tal-każ tal-Kummissjoni) kopja ta’ kwalunkwe ftehim bħal dan u deskrizzjoni fil-qosor ta’ (i) it-tranżazzjoni li tkun is-suġġett ta’ dak il-ftehim; u (ii) in-negozju tal-Impriża Rilevanti li jkun is-suġġett tal-Akkwiżizzjoni Rapportabbli. |
|
36. |
L-impenn fil-paragrafu 35 ma għandux jipprevjeni l-implimentazzjoni ta’ offerta pubblika jew serje ta’ tranżazzjonijiet f’titoli (inklużi dawk konvertibbli f’titoli oħra) ammessi għan-negozjar f’suq (bħal Borża), li permezz tagħhom il-Parti Notifikanti jew xi waħda mill-Impriżi Affiljati tagħha takkwista ishma jew drittijiet tal-vot jew kontroll ta’ Impriża Rilevanti minn bejjiegħ wieħed jew aktar, u li tikkostitwixxi Akkwiżizzjoni Rapportabbli, dment li:
|
Taqsima D. Fiduċjarju tal-Monitoraġġ
I. Proċedura tal-ħatra
|
37. |
Il-Parti Notifikanti għandha taħtar Fiduċjarju tal-Monitoraġġ biex iwettaq il-funzjonijiet f’dawn l-Impenji għal Fiduċjarju tal-Monitoraġġ mhux aktar tard mid-data tal-Għeluq. |
|
38. |
Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ għandu:
|
|
39. |
Il-Fiduċjarju għandu jiġi remunerat mill-Parti Notifikanti b’mod li ma jxekkilx it-twettiq indipendenti u effettiv tal-mandat tiegħu. |
1. Proposta mill-Parti Notifikanti
|
40. |
Mhux aktar tard minn ġimagħtejn wara d-Data Effettiva, il-Parti Notifikanti għandha tissottometti l-isem jew l-ismijiet ta’ persuna fiżika jew ġuridika waħda jew aktar li l-Parti Notifikanti tipproponi li tinħatar bħala l-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. |
|
41. |
Il-Proposta għandha tinkludi biżżejjed informazzjoni biex il-Kummissjoni tkun tista’ tivverifika li l-persuna jew il-persuni proposti bħala Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 38 u għandha tinkludi:
|
2. Approvazzjoni jew ċaħda mill-Kummissjoni
|
42. |
Il-Kummissjoni għandu jkollha d-diskrezzjoni li tapprova jew tiċħad il-Fiduċjarju/i tal-Monitoraġġ propost(i) u li tapprova l-mandat propost soġġett għal kwalunkwe modifika li hija tqis meħtieġa biex il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ ikun jista’ jissodisfa l-obbligi tiegħu. Jekk jiġi approvat isem wieħed biss, il-Parti Notifikanti għandha taħtar jew tikkawża li tinħatar il-persuna jew il-persuni kkonċernati bħala l-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, f’konformità mal-mandat approvat mill-Kummissjoni. Jekk jiġi approvat aktar minn isem wieħed, il-Parti Notifikanti għandha tkun libera li tagħżel il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ li għandu jinħatar minn fost l-ismijiet approvati. Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ għandu jinħatar fi żmien ġimgħa mill-approvazzjoni tal-Kummissjoni, f’konformità mal-mandat approvat mill-Kummissjoni. |
3. Proposta ġdida mill-Parti Notifikanti
|
43. |
Jekk il-Fiduċjarji proposti kollha jiġu miċħuda, il-Parti Notifikanti għandha tissottometti l-ismijiet ta’ mill-inqas żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra fi żmien ġimgħa minn meta tiġi infurmata biċ-ċaħda, f’konformità mal-paragrafi 41 u 42. |
4. Fiduċjarju tal-Monitoraġġ nominat mill-Kummissjoni
|
44. |
Jekk il-Fiduċjarji tal-Monitoraġġ proposti kollha jiġu miċħuda mill-Kummissjoni, din tal-aħħar għandha tinnomina Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, li l-Parti Notifikanti għandha taħtar, jew twassal biex jinħatar, f’konformità ma’ mandat ta’ fiduċjarju approvat mill-Kummissjoni. |
II. Dmirijiet u obbligi tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ
|
45. |
Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ għandu jassumi d-dmirijiet u l-obbligi speċifikati tiegħu skont il-paragrafu 46 sabiex jiżgura l-konformità mal-Impenji. Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jew tal-Parti Notifikanti, tagħti kwalunkwe ordni jew istruzzjoni lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Impenji. |
|
46. |
Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ għandu:
|
|
47. |
Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ għandu jwieġeb fil-pront kwalunkwe talba mill-Parti Notifikanti, l-Impriżi Affiljati tagħha u l-Kummissjoni, u fi kwalunkwe każ fi żmien 5 Ijiem tax-Xogħol mid-data li fiha tkun intbagħtet it-talba rilevanti lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ. |
III. Dmirijiet u obbligi tal-Parti Notifikanti u tal-Impriżi Affiljati tagħha
|
48. |
Il-Parti Notifikanti għandha tipprovdi, u għandha ġġiegħel lill-Impriżi Affiljati u l-konsulenti esterni tagħha jipprovdu, lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ kull kooperazzjoni, assistenza u informazzjoni li l-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jista’ b’mod raġonevoli jkun jeħtieġ biex iwettaq il-kompiti tiegħu. Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ għandu jkollu aċċess sħiħ u komplut għal kwalunkwe ktieb, rekord, dokument, maniġment jew persunal ieħor, faċilità, sit u informazzjoni teknika tal-Parti Notifikanti jew tal-Mira li jistgħu b’mod raġonevoli jkunu meħtieġa biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu skont l-Impenji. Il-Parti Notifikanti u l-Impriżi Affiljati tagħha għandhom jipprovdu lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ fuq talba kopji ta’ kwalunkwe dokument li l-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jista’ b’mod raġonevoli jkun jeħtieġ biex iwettaq il-kompiti tiegħu. |
|
49. |
Il-Parti Notifikanti għandha tindennizza lill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ u lill-impjegati u l-aġenti tiegħu (kull wieħed “ Parti Indennizzata ”) u żżomm lil kull Parti Indennizzata bla ħsara kontriha, u b’dan taqbel li Parti Indennizzata ma għandu jkollha l-ebda obbligazzjoni lejn il-Parti Notifikanti għal kwalunkwe obbligazzjoni li tirriżulta mit-twettiq tad-dmirijiet tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ skont l-Impenji, ħlief sal-punt li |
tali obbligazzjonijiet jirriżultaw mill-inadempjenza volontarja, imprudenza, negliġenza serja jew mala fide tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, l-impjegati, l-aġenti jew il-konsulenti tiegħu.
|
50. |
F’każ li l-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ ikollu raġunijiet raġonevoli biex iqis li kwalunkwe Tranżazzjoni Rilevanti ma tikkonformax mal-paragrafu 10, bi spejjeż tal-Parti Notifikanti, il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jista’ jaħtar konsulent jew espert estern għal parir dwar il-Linji Gwida tal-OECD dwar l-Ipprezzar tat-Trasferimenti, l-FSR u/jew kwalunkwe kwistjoni oħra relatata, dment li kwalunkwe tariffa u spejjeż oħra mġarrba mill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ b’rabta ma’ dik il-ħatra jkunu raġonevoli. Il-ħatra ta’ kwalunkwe konsulent jew espert estern bħal dan għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni tal-Parti Notifikanti (din l-approvazzjoni ma għandhiex tiġi miżmuma jew ittardjata b’mod mhux raġonevoli). Jekk il-Parti Notifikanti tirrifjuta li tapprova l-konsulent jew l-espert estern propost mill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, il-Kummissjoni tista’ tapprova l-ħatra ta’ dan il-konsulent jew espert minflok, wara li tkun semgħet lill-Parti Notifikanti. Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ biss għandu jkun intitolat li joħroġ struzzjonijiet lill-konsulent jew lill-espert estern (skont il-każ). Il-paragrafu 49 għandu japplika mutatis mutandis. |
|
51. |
Il-Parti Notifikanti taqbel li l-Kummissjoni tista’ taqsam Informazzjoni Kunfidenzjali proprjetarja tal-Parti Notifikanti jew tal-Impriżi Affiljati tagħha mal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ. Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ ma għandux jiddivulga tali informazzjoni u l-prinċipji li jinsabu fl-Artikolu 43(1) u (2) tal-FSR japplikaw mutatis mutandis. |
|
52. |
Il-Parti Notifikanti taqbel li d-dettalji ta’ kuntatt tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni u għandhom jinformaw lill-partijiet terzi interessati dwar l-identità u l-kompiti tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ. |
|
53. |
Matul il-Perjodu ta’ Impenn, il-Kummissjoni tista’ titlob l-informazzjoni kollha mingħand il-Parti Notifikanti u l-Impriżi Affiljati tagħha li tkun raġonevolment meħtieġa biex timmonitorja l-implimentazzjoni effettiva ta’ dawn l-Impenji. |
IV. Sostituzzjoni, tneħħija u ħatra mill-ġdid tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ
|
54. |
Jekk il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jieqaf iwettaq il-funzjonijiet tiegħu skont l-Impenji jew għal xi kawża tajba oħra, inkluża l-espożizzjoni tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ għal Kunflitt ta’ Interess:
|
|
55. |
Jekk il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jitneħħa skont il-paragrafu 54, il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jista’ jintalab ikompli fil-funzjoni tiegħu sakemm ikun hemm Fiduċjarju tal-Monitoraġġ ġdid li lilu l-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ ikun għaddielu l-informazzjoni rilevanti kollha. Il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ il-ġdid għandu jinħatar f’konformità mal-proċedura msemmija fil-paragrafi 37 sa 44. |
|
56. |
Sakemm ma jitneħħiex skont il-paragrafu 54, il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ għandu jieqaf jaġixxi bħala Fiduċjarju tal-Monitoraġġ biss wara li l-Kummissjoni tkun waqqfitu mid-dmirijiet tiegħu wara li jkunu ġew implimentati l-Impenji kollha li jkun ġie fdat bihom il-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ. Madankollu, il-Kummissjoni tista’ fi kwalunkwe ħin titlob il-ħatra mill-ġdid tal-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ jekk sussegwentement ikun jidher li r-rimedji rilevanti setgħu ma ġewx implimentati b’mod sħiħ u kif suppost. |
Taqsima E. Il-klawżola ta’ rieżami
|
57. |
Il-Kummissjoni tista’ testendi l-perjodi ta’ żmien previsti fl-Impenji bi tweġiba għal talba mill-Parti Notifikanti, jew, f’każijiet xierqa, fuq inizjattiva tagħha stess. Jekk il-Parti Notifikanti titlob estensjoni ta’ perjodu ta’ żmien, hija għandha tissottometti talba motivata lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 5 Ijiem tax-Xogħol tal-EGħM qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, u turi raġuni tajba. |
|
58. |
Il-Kummissjoni tista’ wkoll, bi tweġiba għal talba motivata mill-Parti Notifikanti li turi raġuni tajba, tneħħi, timmodifika jew tissostitwixxi, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, waħda jew aktar mill-impriżi f’dawn l-Impenji. Din it-talba għandha tkun akkumpanjata minn rapport mill-Fiduċjarju tal-Monitoraġġ, li fl-istess ħin għandu jibgħat kopja mhux kunfidenzjali tar-rapport lill-Parti Notifikanti. Sakemm ma tiġix approvata, it-talba ma għandux ikollha l-effett li tissospendi l-applikazzjoni tal-impenn rilevanti u, b’mod partikolari, li tissospendi l-iskadenza ta’ kwalunkwe perjodu ta’ żmien li fih l-impenn rilevanti għandu jiġi rrispettat. |
Taqsima F. Dħul fis-seħħ u Perjodu ta’ Impenn
|
59. |
L-Impenji għandhom jidħlu fis-seħħ fid-Data Effettiva u jibqgħu fis-seħħ matul il-Perjodu ta’ Impenn. |
|
60. |
Jekk, wara opinjoni motivata, li kopja tagħha trid tintbagħat lill-Parti Notifikanti mhux aktar tard minn 6 xhur qabel l-iskadenza tal-Perjodu ta’ Impenn, il-Kummissjoni tqis li jkun meħtieġ u proporzjonat li testendi l-Perjodu ta’ Impenn sabiex tiġi evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern, hija tista’ testendi d-durata tal-Perjodu ta’ Impenn għal perjodu addizzjonali li ma jaqbiżx 3 snin (il-“ Perjodu Addizzjonali ”). Jekk, wara opinjoni motivata, li kopja tagħha trid tintbagħat lill-Parti Notifikanti mhux aktar tard minn 6 xhur qabel l-iskadenza tal-Perjodu Addizzjonali, il-Kummissjoni tqis li jkun meħtieġ u proporzjonat li testendi l-Perjodu Addizzjonali sabiex tiġi evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern, hija tista’ testendi d-durata tal-Perjodu Addizzjonali għal perjodu addizzjonali li ma jaqbiżx sentejn. |
|
61. |
Il-Perjodu ta’ Impenn jista’ jiġi estiż ulterjorment fi kwalunkwe ħin mill-Kummissjoni bil-qbil tal-Parti Notifikanti u tal-Mira. |
[Firma]
--------------------------------------------------------------------------------
Uffiċjal Kap Legali u tal-Konformità tal-Grupp e&
debitament awtorizzat għal u f’isem Emirates Telecommunications Group Company P.J.S.C.
[Firma]
--------------------------------------------------------------------------------
Direttur
debitament awtorizzat għal u f’isem PPF Telecom Group B.V.
Skeda 1: L-Impenji tal-EIA
Każ FS.100011 – IMPENN ta’ Emirates Telecommunications Group / PPF Telecom Group
MAL-KUMMISSJONI EWROPEA
Skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2022/2560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern (l-“ FSR ”), l-Awtorità tal-Investiment tal-Emirati (l-“EIA”) b’dan tidħol fl-Impenji li ġejjin (l-“ Impenji tal-EIA ”) vis-à-vis il-Kummissjoni Ewropea (il-“Kummissjoni”) bil-ħsieb li l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 11(3) u 25(3)(a) tal-FSR fir-rigward tal-akkwiżizzjoni ta’ 50 % u sehem wieħed u l-kontroll esklużiv ta’, PPF Telecom Group B.V. (il-“ Mira ”) mingħand Emirates Telecommunications Group Company P.J.S.C. (il-“ Parti Notifikanti ”) (il-“ Konċentrazzjoni ”).
Dan it-test għandu jiġi interpretat fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(3) tal-FSR fir-rigward tal-Konċentrazzjoni (id-“ Deċiżjoni ”), fil-qafas ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari fid-dawl tal-FSR u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1441 tal-10 ta’ Lulju 2023 dwar arranġamenti dettaljati għat-twettiq ta’ proċedimenti mill-Kummissjoni skont l-FSR.
Taqsima A. Definizzjonijiet
|
1. |
Għall-finijiet tal-Impenn tal-EIA, it-termini li ġejjin għandu jkollhom it-tifsira li ġejja:
Għeluq: it-trasferiment ta’ 50 % u sehem wieħed fil-Mira mill-Bejjiegħ lill-Parti Notifikanti Perjodu ta’ Impenn: il-perjodu li jibda fid-Data Effettiva u li jispiċċa fl-10 anniversarju tad-Data Effettiva, jew kif estiż mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 7 tal-Impenn tal-EIA. AoA ta’ e&: l-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tal-Parti Notifikanti adottat fis-17 ta’ Marzu 2021, kif jista’ jiġi emendat minn żmien għal żmien. Data Effettiva: id-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni. Interess rilevanti ta’ e&: (i) sehem speċjali wieħed fil-Parti Notifikanti li jammonta għal 60 % jew aktar tal-kapital azzjonarju maħruġ tal-Parti Notifikanti jew li jagħti 60 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot eżerċitabbli fil-laqgħat tal-azzjonisti tal-Parti Notifikanti; (ii) id-dritt li teżerċita 75 % jew aktar tal-voti eżerċitabbli fil-laqgħat tal-azzjonisti tal-Parti Notifikanti; jew (iii) kwalunkwe interess kontrollanti ieħor fil-Parti Notifikanti skont it-tifsira tal-Artikoli 20(5) u (6) tal-FSR. Ċessjonarju Rilevanti: persuna fiżika jew persuna ġuridika għajr l-EIA. Bejjiegħ: PPF Group N.V. Dispożizzjonijiet Speċjali: l-Artikolu 11 tal-Att Federali tal-EGħM Nru (1) tal-1991 dwar l-Emirates Communication Establishment (kif emendat), kif jista’ jiġi emendat minn żmien għal żmien. Il-Liġi tal-EGħM dwar il-Falliment: id-Digriet-Liġi Federali Nru 51 tal-2023 tal-EGħM li jippromulga l-Liġi dwar ir-Riorganizzazzjoni Finanzjarja u l-Falliment, kif jista’ jiġi emendat minn żmien għal żmien. Jum tax-Xogħol tal-EGħM: tfisser kwalunkwe jum (minbarra Sibt jew Ħadd jew btala pubblika fl-Emirati Għarab Magħquda) li fih il-banek ikunu miftuħa għal negozju kummerċjali ġenerali f’Abu Dhabi. |
Taqsima B. Impenji dwar l-applikazzjoni tal-Liġi tal-EGħM dwar il-Falliment għal e&
|
2. |
Soġġett għall-paragrafu 3 hawn taħt, l-EIA ma għandhiex, matul il-Perjodu ta’ Impenn, tipproponi jew tivvota favur kwalunkwe riżoluzzjoni mill-azzjonisti tal-Parti Notifikanti biex l-AoA ta’ e& jiġi emendat b’mod li jeżenta kompletament jew parzjalment lill-Parti Notifikata mil-Liġi tal-EGħM dwar il-Falliment. |
|
3. |
L-impenn fil-paragrafu 2 hawn fuq ma jaffettwax id-drittijiet tal-EIA skont id-Dispożizzjonijiet Speċjali. |
|
4. |
Matul il-Perjodu ta’ Impenn, qabel ma tbigħ jew inkella tittrasferixxi Interess Rilevanti ta’ e& lil Ċessjonarju Rilevanti, l-EIA għandha tiżgura li ċ-Ċessjonarju Rilevanti jiffirma jew jeżegwixxi u jibgħat lit-tim tal-każ tal-Kummissjoni, u jikkopja lill-EIA u lill-Parti Notifikanti, impenji vinkolanti fuq iċ-Ċessjonarju Rilevanti f’forma sostanzjalment l-istess bħall-impenji mogħtija mill-EIA hawnhekk, u ma għandhiex timplimenta l-bejgħ jew it-trasferiment tal-Interess Rilevanti ta’ e& sakemm iċ-Ċessjonarju Rilevanti ma jkunx iffirma dawn l-impenji. |
Taqsima C. Il-klawżola ta’ rieżami
|
5. |
Il-Kummissjoni tista’, bi tweġiba għal talba motivata mill-Parti Notifikanti jew mill-EIA li turi raġuni tajba, tneħħi, timmodifika jew tissostitwixxi, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, waħda jew aktar mill-impriżi fl-Impenji tal-EIA. Sakemm ma tiġix approvata, it-talba ma għandux ikollha l-effett li tissospendi l-applikazzjoni tal-impenn rilevanti u, b’mod partikolari, li tissospendi l-iskadenza ta’ kwalunkwe perjodu ta’ żmien li fih l-impenn rilevanti għandu jiġi rrispettat. |
Taqsima D. Dħul fis-seħħ u Perjodu ta’ Impenn
|
6. |
L-Impenji tal-EIA għandhom jidħlu fis-seħħ fid-Data Effettiva u jibqgħu fis-seħħ matul il-Perjodu ta’ Impenn. |
|
7. |
Jekk, wara opinjoni motivata, li kopja tagħha trid tintbagħat lill-Parti Notifikanti mhux aktar tard minn 6 xhur qabel l-iskadenza tal-Perjodu ta’ Impenn, il-Kummissjoni tqis li jkun meħtieġ u proporzjonat li testendi l-Perjodu ta’ Impenn sabiex tiġi evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern, hija tista’ testendi d-durata tal-Perjodu ta’ Impenn għal perjodu addizzjonali li ma jaqbiżx 3 snin (il-“Perjodu Addizzjonali”). Jekk, wara opinjoni motivata, li kopja tagħha trid tintbagħat lill-Parti Notifikanti mhux aktar tard minn 6 xhur qabel l-iskadenza tal-Perjodu Addizzjonali, il-Kummissjoni tqis li jkun meħtieġ u proporzjonat li testendi l-Perjodu Addizzjonali sabiex tiġi evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern, hija tista’ testendi d-durata tal-Perjodu Addizzjonali għal perjodu addizzjonali li ma jaqbiżx sentejn. |
|
8. |
Il-Perjodu ta’ Impenn jista’ jiġi estiż fi kwalunkwe ħin mill-Kummissjoni bil-qbil tal-EIA u tal-Parti Notifikanti.
------------------------------------------------------------------------------ [Isem, Kariga] debitament awtorizzat għal u f’isem l-Awtorità tal-Investiment tal-Emirati |
Skeda 2: Il-Grupp fil-Mira
Il-Grupp fil-Mira jinkludi l-persuni ġuridiċi li ġejjin, is-suċċessuri u l-assenjaturi rispettivi tagħhom, kif ukoll kwalunkwe impriża oħra stabbilita fl-UE li fuqha l-Mira tista’, direttament jew indirettament, tikseb kontroll minn żmien għal żmien.
|
L-Isem tal-Entità |
Pajjiż ta’ Inkorporazzjoni |
|
PPF Telecom Group B.V. |
In-Netherlands |
|
TMT Hungary Infra B.V. |
In-Netherlands |
|
TMT Hungary B.V. |
In-Netherlands |
|
PPF TMT Bidco1 N.V. |
In-Netherlands |
|
[Il-kumpanija azzjonarja għan-negozju CETIN tal-Mira, imsejħa “ CETIN HoldCo ”, li bħalissa tinsab fil-proċess li tiġi inkorporata] |
[In-Netherlands] |
|
Yettel Bulgaria EAD |
Il-Bulgarija |
|
CETIN Bulgaria EAD |
Il-Bulgarija |
|
Yettel Magyarország Zrt. |
L-Ungerija |
|
Yettel Real Estate Hungary Zrt. |
L-Ungerija |
|
CETIN Hungary Zrt. |
L-Ungerija |
|
O2 Slovakia s.r.o. |
Is-Slovakkja |
|
O2 Business Services, a.s. |
Is-Slovakkja |
|
O2 Networks s.r.o. |
Is-Slovakkja |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2652/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)