|
26.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 326/1 |
TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)
IT-TIELET PARTI
POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU VI
IT-TRASPORT
Artikolu 91
(ex Artikolu 71 TKE)
1. Għall-finijiet ta' l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 90, u filwaqt li jitqiesu l-fatturi partikolari tat-trasport, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u mal-Kumitat tar-Reġjuni, għandhom jistabbilixxu:
|
a) |
regoli komuni li japplikaw għat-trasport internazzjonali lejn jew mit-territorju ta’ Stat Membru jew li jaqsam it-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew aktar; |
|
b) |
il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-mod li bih trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi ta’ trasport f’xi Stat Membru; |
|
c) |
miżuri li jtejbu s-sigurtà fit-trasport; |
|
d) |
provvedimenti oħra xierqa. |
2. Fl-adozzjoni tal-miżuri previsti fil-paragrafu 1, għandu jittieħed kont tal-każijiet fejn l-applikazzjoni tagħhom taf tolqot b'mod gravi l-livell ta' l-għajxien u l-impjieg f'ċerti reġjuni, kif ukoll it-tħaddim tat-tagħmir tat-trasport.