|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3107 |
10.12.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/3107
tad-9 ta’ Diċembru 2024
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Lulju 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005. |
|
(2) |
Wara rieżami tal-miżuri restrittivi awtonomi stabbiliti fl-Artikolu 2b tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005, jenħtieġ li jiġu emendati l-entrati għal ċerti persuni elenkati fl-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
NAGY I.
ANNESS
Fit-Taqsima A (“Persuni”) tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005, l-entrati 13, 17, 29 u 30 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ Identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“13. |
Joseph Nganzo Olikwa TIPI |
magħruf ukoll bħala: Colonel Tipi Ziro Ziro, Joseph Ngadjole, Joseph Nganzole Olikwa Data tat-twelid: 10.11.1977 Post tat-twelid: Bunia Fataki, DRC Nazzjonalità: RDK Sess: raġel Grad: Kurunell tal-FARDC Pożizzjoni: Viċi Kmandant tat-12-il Rapid Reaction Brigade f’Minembwe, eks Kmandant tat-312-il battaljun tal-31 Main Defence Brigade Numru tal-karta tal-identità militari: 1-77-96-32692-76 |
Joseph Nganzo Olikwa Tipi kien il-Kmandant tat-312-il battaljun tal-31 Brigata tad-Difiża Ewlenija tal-Forzi Armati tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (FARDC) sa Jannar 2022. Il-forzi tat-312-il battaljun taħt il-kmand u r-responsabbiltà tiegħu wettqu attakki fuq persuni ċivili u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari stupri ta’ nisa bejn Ġunju u Diċembru 2021. Joseph Nganzo Olikwa Tipi għadu uffiċjal għoli fl-FARDC, bħala Kurunell u Viċi Kmandant tat-12-il Brigata ta’ Reazzjoni Rapida f’Minembwe (Kivu t’Isfel), inkarigat mill-amministrazzjoni u l-loġistika. Minħabba l-funzjonijiet tiegħu, huwa responsabbli għall-ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-FARDC. Joseph Nganzo Olikwa Tipi huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serja tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. |
8.12.2022 |
|
17. |
Alain François Viviane GOETZ |
Data tat-twelid: 24.4.1965 Post tat-twelid: Deurne, Antwerp, Belgium Nazzjonalità: Belġjana Sess: raġel |
Alain Goetz huwa negozjant, li huwa l-eks sid benefiċjarju u l-eks direttur ta’ African Gold Refinery Ltd., reġistrata fl-Uganda. Kien marbut mal-African Gold Refinery Ltd bħala konsulent u promotur. Sa mill-2016, African Gold Refinery Limited irċeviet, xtrat, irfinat u kkummerċjalizzat deheb illeċitu li joriġina minn minjieri fir-RDK li huma kkontrollati minn gruppi armati mhux governattivi, inkluż Mai-Mai Yakutumba u Raia Mutomboki, li huma involuti f’attivitajiet destabbilizzanti fil-provinċja ta’ Kivu t’Isfel. Alain Goetz għad għandu wkoll interessi relatati mad-deheb fir-reġjun, b’mod partikolari permezz ta’ Aldabra, kumpanija li qabel kien jikkontrolla hu u li, flimkien mal-kumpanija tal-istat Rwandiża Ngali Mining, investiet fir-raffinerija tad-deheb ta’ Aldango. Alain Goetz għad għandu interess finanzjarju f’Aldabra sakemm it-talba għad-danni li ppreżenta liċ-Ċentru Internazzjonali għas-Soluzzjoni tat-Tilwim Kummerċjali għadha pendenti. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, Alain Goetz qed jisfrutta l-konflitt armat, l-instabbiltà u l-insigurtà fir-RDK permezz tal-isfruttament u l-kummerċ illeċiti tar-riżorsi naturali. |
8.12.2022 |
|
29. |
Pierre Celestin RURAKABIJE |
magħruf ukoll bħala Guillaume NGABO, Bagdad, Simba Guillaume, Samba Guillaume, Ngabo Simba, Funzjoni/grad: Kmandant tal-‘Commando de recherche et d’action en profondeur’ (CRAP) tal-Forces Démocratiques pour la Libération du Rwanda / Forces Combattantes Abacunguzi (FDLR/FOCA), Logotenent-Kurunell Nazzjonalità: Rwandiża Sess: raġel |
Pierre Celestin Rurakabije għandu pożizzjoni ewlenija bħala mexxej Viċi Kmandant fil-Forzi Demokratiċi għal-Liberazzjoni tar-Rwanda - Forces Combattantes Abacunguzi (FDLR-FOCA), grupp armat mhux governattiv li jopera fil-Lvant tar-RDK. B’mod partikolari, huwa l-Viċi Kmandant tal-‘Commando de recherche et d’action en profondeur’ (CRAP) tal-FDLR-FOCA – meqjus bħala l-unità commando u tal-intelligence tal-grupp armat. L-FDLR-FOCA huma grupp armat fil-biċċa l-kbira Hutu, li wħud mill-mexxejja tiegħu ħadu sehem fil-ġenoċidju tal-1994 fir-Rwanda. L-FDLR-FOCA, inkluż l-unità CRAP, jikkontribwixxu għall-konflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK, b’mod partikolari permezz ta’ vjolenza u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż attakki fuq persuni ċivili, qtil, vjolenza kontra t-tfal, stupri u atti oħra ta’ vjolenza sesswali. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fl-FDLR, Pierre Celestin Rurakabijeis huwa għalhekk involut fl-ippjanar, id-direzzjoni, jew it-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-konflitt armat, l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fir-RDK. |
26.7.2024 |
|
30. |
Gustave KUBWAYO |
magħruf ukoll bħala Sirkoof, Surkoof, Sirkoff, Surcouf, Surcoff, Surcof, Surkouf, Syrkoff, Modeste, Slycove Funzjoni/grad: Kmandant tal-‘Commando de recherche et d’action en profondeur’ (CRAP) tal-Forces Démocratiques pour la Libération du Rwanda / Forces Combattantes Abacunguzi (FDLR/FOCA), Kurunell Post tat-twelid: Karago municipality, Gisenyi prefecture, Rwanda; jew Nyabihu District, Western province, Rwanda Nazzjonalità: Rwandiża Sess: raġel |
Gustave Kuwayo għandu pożizzjoni ewlenija bħala Kmandant fil-Forzi Demokratiċi għal-Liberazzjoni tar-Rwanda – Forces Combattantes Abacunguzi (FDLR-FOCA), grupp armat mhux governattiv li jopera fil-Lvant tar-RDK. Huwa jmexxi l-unità speċjali ‘Commando de recherche et d’action en profondeur’ (CRAP) tal-FDLR-FOCA – meqjusa bħala l-unità commando u tal-intelligence tal-grupp armat. L-FDLR-FOCA huma grupp armat fil-biċċa l-kbira Hutu, li wħud mill-mexxejja tiegħu ħadu sehem fil-ġenoċidju tal-1994 fir-Rwanda. Il-ġellieda tal-FDLR-FOCA, inkluż l-unità CRAP, wettqu stupri u atti oħra ta’ vjolenza sesswali u qatlu persuni ċivili. L-FDLR-FOCA huma sistematikament involuti f’sekwestri għal riskatti, detenzjonijiet u eżekuzzjonijiet arbitrarji ta’ persuni ċivili u r-reklutaġġ ta’ ġellieda tfal. Il-grupp armat huwa involut ukoll fil-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam, l-isfruttament ta’ riżorsi naturali bħall-faħam u t-taxxi miġbura illegalment fil-punti ta’ kontroll. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kmandant tal-unità CRAP, Gustave Kubwayo huwa involut fit-twettiq ta’ atti li jikkostitwixxu ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDK. Huwa responsabbli wkoll għas-sostenn tal-konflitt armat fir-RDK. |
26.7.2024”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3107/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)