|
27.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 91/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 309/2014
tal-20 ta’ Marzu 2014
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Aceite de la Comunitat Valenciana (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, it-talba mressqa minn Spanja biex id-denominazzjoni “Aceite de la Comunitat Valenciana” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Ladarba ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Aceite de la Comunitat Valenciana” għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Aceite de la Comunitat Valenciana” (DPO) hija b'dan irreġistrata.
Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.5. Żejt u kontenut ta' xaħam (butir, marġarin, żejt, etċ.) tal-Anness II għar-regolament (KE) Nru 1898/2006 tal-Kummissjoni (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 276, 25.9.2013, p. 9.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 tal-14 ta’ Diċembru 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-ikel (ĠU L 369, 23.12.2006, p. 1).