2012R1156 — MT — 01.01.2015 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1156/2012

tas-6 ta’ Diċembru 2012

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni

(ĠU L 335, 7.12.2012, p.42)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1353/2014 tal-15 ta' Diċembru 2014

  L 365

70

19.12.2014




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1156/2012

tas-6 ta’ Diċembru 2012

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni



Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tirrevoka d-Direttiva 77/799/KEE ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikoli 20(1), 20(3) u 21(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/16/UE ssostitwixxiet id-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1977 dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta ( 2 ). Saru numru ta’ adattamenti importanti tar-regoli dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni, b’mod partikolari fejn jidħol l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri bil-għan li titjieb l-effiċjenza u l-effikaċja ta’ skambju ta’ informazzjoni transkonfinali.

(2)

Sabiex l-iskambju ta’ informazzjoni jiġi ffaċilitat, id-Direttiva 2011/16/UE titlob li tali skambju jseħħ fuq il-bażi ta’ formoli standard. Għaldaqstant u bil-ħsieb li tkun żgurata l-adegwatezza tad-data skambjata u l-effiċjenza tal-iskambju innifsu, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati f’dan ir-rigward, għall-finijiet tal-iskambju ta’ informazzjoni fuq talba, tal-iskambju spontanju ta’ informazzjoni, tan-notifiki u ta’ informazzjoni ta’ rispons. Il-formola li għandha tintuża għandha jkollha numru ta’ taqsimiet li huma diversifikati biżżejjed, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu faċilment jittrattaw il-każijiet rilevanti kollha, bl-użu tal-oqsma xierqa għal kull każ.

(3)

Skont id-Direttiva 2011/16/UE, l-informazzjoni għandha tkun ikkomunikata permezz tan-Network tal-Komunikazzjoni Komuni (CCN) safejn hu possibbli. Għall-każijiet l-oħra, l-arranġamenti prattiċi għall-komunikazzjoni għandhom ikunu speċifikati.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva għat-Tassazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

1.  Fir-rigward tal-formoli li għandhom jintużaw, “qasam” tfisser post f’forma fejn l-informazzjoni li trid tiġi skambjata skont id-Direttiva tal-Kunsill tista’ tiġi rreġistrata.

2.  Il-formola li għandha tintuża għal talbiet għal informazzjoni u għal indaġnijiet amministrattivi skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2011/16/UE u t-tweġibiet tagħhom, rikonoxximenti, talbiet għall-informazzjoni addizzjonali tal-isfond, l-inabbiltà jew ir-rifjut skont l-Artikolu 7 ta’ dik id-Direttiva għandhom jikkonformaw mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

3.  Il-formola li għandha tintuża għal informazzjoni spontanja u r-rikonoxximent tagħha skont l-Artikoli 9 u 10 rispettivament tad-Direttiva 2011/16/UE għandha tkun konformi mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

4.  Il-formola li għandha tintuża għal talbiet għal notifika amministrattiva skont l-Artikolu 13(1) u 13(2) tad-Direttiva 2011/16/UE u t-tweġibiet tagħhom skont l-Artikolu 13(3) ta’ dik id-Direttiva għandhom ikunu konformi mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

5.  Il-formola li għandha tintuża għal informazzjoni ta’ rispons skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2011/16/UE għandha tkun konformi mal-Anness IV għal dan ir-Regolament.

▼M1

Artikolu 1a

Il-format kompjuterizzat li jrid jintuża għall-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2011/16/UE għandu jikkonforma mal-Anness V ta' dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 2

1.  Ir-rapporti, dikjarazzjonijiet u dokumenti oħra msemmija fl-informazzjoni kkomunikata skont id-Direttiva 2011/16/UE, jistgħu jintbagħtu bl-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni għajr in-netwerk CCN

2.  Fejn l-informazzjoni msemmija fid-Direttiva 2011/16/UE ma ġietx skambjata b’mezzi elettroniċi permezz tan-netwerk CCN, u sakemm mhux miftiehem mod ieħor bilateralment, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta permezz ta’ ittra li tiddeskrivi l-informazzjoni kkomunikata u debitament iffirmat mill-awtorità kompetenti li tikkomunika l-informazzjoni.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Formola msemmija fl-Artikolu 1(2)

Il-formola għal talbiet għal informazzjoni u għal indaġnijiet amministrattivi skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2011/16/UE u t-tweġibiet tagħhom, rikonoxximenti, talbiet għall-informazzjoni addizzjonali tal-isfond, l-inabbiltà jew ir-rifjut skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/16/UE fiha l-oqsma li ġejjin ( 3 );

— Bażi legali

— Numru ta’ referenza

— Data

— L-identità tal-awtoritajiet rikjedenti u rikjesti

— L-identità tal-persuna taħt eżami jew investigazzjoni

— Deskrizzjoni ġenerali tal-każ u, jekk xieraq, informazzjoni speċifika tal-isfond li x’aktarx tippermetti l-valutazzjoni tar-rilevanza prevedibbli tal-informazzjoni mitluba għall-amministrazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet domestiċi tal-Istati Membri dwar taxxi msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/16/UE

— L-għan tat-taxxa li għalih tintalab l-informazzjoni

— Il-perjodu taħt investigazzjoni

— L-isem u l-indirizz ta’ kwalunkwe persuna maħsuba li tkun fil-pussess tal-informazzjoni mitluba

— It-twettiq tar-rekwiżit legali impost bl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2011/16/UE

— It-twettiq tar-rekwiżit legali impost bl-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2011/16/UE

— Talba raġunata għal indaġni amministrattiva speċifika u r-raġunijiet għar-rifjut li twettaq l-indaġni amministrattiva speċifika mitluba

— Rikonoxximent tat-talba għal informazzjoni

— Talba għall-informazzjoni addizzjonali tal-isfond

— Raġunijiet għall-inabbiltà jew ir-rifjut biex tiġi pprovduta l-informazzjoni

— Raġunijiet għal nuqqas ta’ tweġiba fil-limitu ta’ żmien rilevanti u d-data sa meta l-awtorità rikjesta tqis li tkun tista’ twieġeb.




ANNESS II

Formola msemmija fl-Artikolu 1(3)

Il-formola biex informazzjoni spontanja u r-rikonoxximent tagħha skont l-Artikoli 9 u 10 rispettivament tad-Direttiva 2011/16/UE fiha l-oqsma li ġejjin ( 4 );

— Bażi legali

— Numru ta’ referenza

— Data

— L-identità tal-awtoritajiet li jibagħtu u li jirċievu

— L-identità tal-persuna suġġetta għall-iskambju spontanju ta’ informazzjoni

— Perjodu kopert mill-iskambju spontanju ta’ informazzjoni

— It-twettiq tar-rekwiżit legali impost bl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2011/16/UE

— Rikonoxximent tal-informazzjoni spontanja




ANNESS III

Formola msemmija fl-Artikolu 1(4)

Il-formola għal talba għal notifika skont l-Artikolu 13(1) u 13(2) tad-Direttiva 2011/16/UE u tat-tweġibiet tagħhom skont l-Artikolu 13(3) ta’ dik id-Direttiva fiha l-oqsma li ġejjin ( 5 );

— Bażi legali

— Numru ta’ referenza

— Data

— L-identità tal-awtoritajiet rikjedenti u rikjesti

— Isem u indirizz tad-destinatarju tal-istrument jew deċiżjoni

— Informazzjoni oħra li tista’ tiffaċilita l-identifikazzjoni tad-destinatarju

— Is-suġġett tal-istrument jew deċiżjoni

— Rispons tal-awtorità rikjesta, skont l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 2011/16/UE, inkluż id-data tan-notifika tal-istrument jew id-deċiżjoni lid-destinatarju




ANNESS IV

Formola msemmija fl-Artikolu 1(5)

Il-formola għal rispons skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2011/16/UE fiha l-oqsma li ġejjin ( 6 ):

— Numru ta’ referenza

— Data

— L-identità tal-awtorità kompetenti li toħroġ ir-rispons

— Rispons ġenerali fuq l-informazzjoni pprovduta

— Riżultati direttament relatati mal-informazzjoni pprovduta

▼M1




ANNESS V

Format kompjuterizzat imsemmi fl-Artikolu 1a

Il-format kompjuterizzat għall-iskambju awtomatiku obbligatorju tal-informazzjoni skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2011/16/UE jikkonforma mal-istruttura ġerarkika li ġejja u jinkludi l-klassijiet ta' elementi li ġejjin ( 7 ):

(a) Fir-rigward tal-messaġġ ġenerali:

image

(b) Fir-rigward tal-korp għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni dwar id-dħul mill-impjieg jew il-miżati tad-direttur:

image

(c) Fir-rigward tal-korp għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni dwar il-pensjonijiet:

image

(d) Fir-rigward tal-korp għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni dwar il-prodotti ta' assigurazzjoni tal-ħajja:

image

(e) Fir-rigward tal-korp għall-komunikazzjoni ta' informazzjoni dwar is-sjieda ta' proprjetà immobbli u d-dħul minnha:

image

(f) Fir-rigward tal-korp f'każ li ma tiġi kkomunikata l-ebda informazzjoni b'rabta ma' kategorija speċifika:

image

(g) Fir-rigward tal-korp għal konferma tal-wasla tal-informazzjoni għal kategorija speċifika:

image



( 1 ) ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1.

( 2 ) ĠU L 336, 27.12.1977, p. 15 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 09 Volum 01 p. 63).

( 3 ) Madankollu, l-oqsma biss li attwalment huma mimlija f’każ partikolari jeħtieġu li jidhru fil-formola użata f’dak il-każ.

( 4 ) Madankollu, l-oqsma biss li attwalment huma mimlija f’każ partikolari jeħtieġu li jidhru fil-formola użata f’dak il-każ.

( 5 ) Madankollu, l-oqsma biss li attwalment huma mimlija f’każ partikolari jeħtieġu li jidhru fil-formola użata f’dak il-każ.

( 6 ) Madankollu, l-oqsma biss li attwalment huma mimlija f’każ partikolari jeħtieġu li jidhru fil-formola użata f’dak il-każ.

( 7 ) Madankollu, huma biss l-attributi attwalment disponibbli u applikabbli f'każ partikolari, li jridu jidhru fil-format kompjuterizzat użat f'dak il-każ.