28.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9908 — Bonduelle/Unibel/Sparkling Partners/Végéhub/Yumi)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 284/06)

1.   

Fl-20 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Bonduelle SA (“Bonduelle”, Franza),

—

Unibel SA (“Unibel”, Franza),

—

Sparkling Partners (Franza),

—

Végéhub (Franza), bħalissa hija kkontrollata minn Sparkling Partners,

—

Yumi (Franza).

Bonduelle, Unibel u Sparkling Partners jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Végéhub u Yumi kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Bonduelle: il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ħxejjex ipproċessati (ħaxix fil-bott, frisk u ffriżat),

—

Unibel: il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ġobon industrijali u ta’ frott ipproċessat (compotes u ġamm),

—

Sparkling Partners: investiment f’negozji ġodda attivi, pereżempju, fis-setturi tal-agroalimentari u tas-saħħa,

—

Végéhub: il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ meraq tal-frott u tal-ħxejjex,

—

Yumi: il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ meraq tal-frott u tal-ħxejjex.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9908 — Bonduelle/Unibel/Sparkling Partners/Végéhub/Yumi

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.