European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2536

17.12.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2536

tas-16 ta’ Diċembru 2025

dwar il-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Coteaux de Narbonne” (IĠP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143 flimkien mal-Artikolu 25(4) tal-istess Regolament, l-applikazzjoni mibgħuta minn Franza mat-talba biex tiġi kkanċellata r-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) “Coteaux de Narbonne”, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) .

(2)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2024/1143.

(3)

Għaldaqstant, l-isem “Coteaux de Narbonne” jenħtieġ li jiġi kkanċellat mir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Politika dwar il-Kwalità għall-prodotti agrikoli, l-inbid u x-xorb spirituż,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-reġistrazzjoni tal-isem “Coteaux de Narbonne” (IĠP) hija b’dan ikkanċellata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj.

(2)   ĠU C, C/2025/4228, 30.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4228/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2536/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)