23.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 87/15


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10603 – CARLYLE / ALTADIA)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 87/04)

1.   

Fl-14 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

The Carlyle Group Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerka) (minn hawn ’il quddiem, “Carlyle”),

—

LSFX Flavum Topco, S.L. (Spanja) (minn hawn ’il quddiem, “Altadia”), bħalissa kkontrollata minn Lone Star Funds (l-Istati Uniti tal-Amerka) permezz tal-kumpanija azzjonista tagħha LSF10 Flavum Holdings S.à.r.l (il-Lussemburgu).

Carlyle takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Altadia.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Carlyle hija maniġer globali ta’ assi alternattivi, li tiġġestixxi fondi li jinvestu globalment fi tliet dixxiplini ta’ investiment: (i) Ekwità Privata Globali; (ii) Kreditu Globali; u (iii) Soluzzjonijiet ta’ Investiment;

—

Altadia hija involuta fl-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ sustanzi intermedji tal-madum taċ-ċeramika għall-madum taċ-ċeramika użat fil-kummerċ tal-kostruzzjoni (jiġifieri, fl-art, fil-ħitan u fil-kontrouċuħ).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10603 – CARLYLE / ALTADIA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).