|
10.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/1 |
Irtirar tan-notifika ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10319 — GREINER / RECTICEL)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 114/01)
Fi 18 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet notifika (1) ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
Fi 24 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċedimenti (3) skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Fi 28 ta’ Frar 2022, il-parti notifikanti infurmat lill-Kummissjoni li hija rtirat in-notifika tagħha u wriet li hija abbandunat il-konċentrazzjoni.