Official Journal L 130 , 31/05/1996 P. 0001 - 0002
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 955/96 tad-29 ta' Mejju 1996 dwar il-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar in-nomenklatura ta' tariffa u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 586/96 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Billi biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jkunu addottati miżuri dwar il-klassifika ta' l-oġġetti li hemm referenza għalihom fl-Anness ma' dan ir-Regolament; Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li kollha kemm hi jew parzjalment bażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'disposizzjonijiet speċifiċi komunitarji, bil-ħsieb ta' l-applikazzjoni ta' miżuri ta' tariffa u oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ ta' oġġetti; Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet preskritti fil-kolonna 3; Billi huwa aċċettat li informazzjoni li torbot dwar tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri dwar il-klassifika ta' oġġetti fin-nomenklatura magħquda u li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, tista' tissokta, taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju [3], għal perjodu ta' tliet xhur mid-detentur; Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tas-Sezzjoni dwar in-Nomenklatura ta' Tariffa u Statistika tal-Kumitat dwar Kodiċi Doganali, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa kklassifikati fin-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija. Artikolu 2 Informazzjoni li torbot dwar tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament tista' tissokta tkun invokata taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Mejju 1996. Għall-Kummissjoni Mario Monti Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 84, tat-3.4.1996, p. 18. [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifika tal- kodiċi (NM) | Raġuni | (1) | (2) | (3) | Chassis prinċipali li jinkorora fih amplifikatur, filtru, demodulatur u intunatur biex jagħżel l-istazzjonijiet u jirċievi sinjali tat-televiżjoni f'kaxxa tal-metall Għandha tkun immuntata f'housing u assemblata bl-użu ta' tubu tal-istampa bil-kulur, demagnetization coil, apparat li jħaddem, plakka biex tistorja l-programmi u komponenti tal-loudspeaker li sussegwentament jiffurmaw televiżjoni tal-kulur. | 85281298 | Il-klassifika hija ddeterminata bid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8528 ,852812 u 85281298. Ix-chassis għandu l-karatteristika essenzjali ta' televiżjoni tal-kulur. | --------------------------------------------------