|
5.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 33/23 |
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/175
tas-16 ta' Novembru 2018
li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għall-ossidu taċ-ċomb fi frit tas-siġillar li jintuża fil-manifattura tal-immuntar tat-twieqi għal ċerti tubi tal-lejżer
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2011/65/UE teżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih ċerti sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta' dik id-Direttiva. Dak ir-rekwiżit ma japplikax għall-applikazzjonijiet elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE. |
|
(2) |
Il-kategoriji differenti tat-tagħmir elettriku u elettroniku li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE (kategoriji 1 sa 11) huma elenkati fl-Anness I ta' dik id-Direttiva. |
|
(3) |
Iċ-ċomb hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE. Iżda, l-użu tal-ossidu taċ-ċomb fi frit tas-siġillar għall-manifattura tal-immuntar tat-twieqi għat-tubi tal-lejżer Argon u Kripton kien eżentat mir-restrizzjoni u bħalissa hu elenkat fl-entrata 32 tal-Anness III ta' dik id-Direttiva. Għall-kategoriji 1 sa 7 u 10, l-iskadenza ta' dik l-eżenzjoni kienet il-21 ta' Lulju 2016. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għal tiġdid ta' dik l-eżenzjoni qabel il-21 ta' Jannar 2015, skont l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE. L-eżenzjoni tibqa' valida sakemm tkun ġiet adottata deċiżjoni dwar dik l-applikazzjoni. |
|
(5) |
Il-prodotti tal-lejżer li fihom iċ-ċomb jintużaw bħala sorsi tad-dawl koerenti f'firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet xjentifiċi u industrijali kritiċi, fosthom l-ispettroskopija, il-mikroskopija u l-olografija. Il-materjal ibbażat fuq l-ossidu taċ-ċomb fi prodotti tal-lejżer Argon u Kripton jipprovdi siġill kritiku termomekkanikament stabbli u tal-vakum bejn l-ottiċi u t-tubu tal-lejżer. |
|
(6) |
Sostituzzjoni jew tneħħija taċ-ċomb għadhom mhumiex prattiċi mil-lat xjentifiku jew tekniku għat-tubi tal-lejżer Argon u Kripton minħabba n-nuqqas ta' sostituti affidabbli. L-eżenzjoni ma ddgħajjifx il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa li jagħti r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Għaldaqstant jenħtieġ li l-eżenzjoni għall-użu tal-ossidu taċ-ċomb fi frit tas-siġillar għall-manifattura tal-immuntar tat-twieqi għat-tubi tal-lejżer Argon u Kripton tiġġedded għall-kategoriji 1 sa 7 u 10. |
|
(7) |
Peress li, għall-applikazzjonijiet ikkonċernati, bħalissa ma hemm l-ebda alternattiva disponibbli fis-suq jew aktarx mhux se jkun hemm alternattivi disponibbli fis-suq fil-futur qrib, l-eżenzjoni għal dawk l-applikazzjonijiet jenħtieġ tiġġedded għall-kategoriji 1 sa 7 u 10 għall-perjodu massimu ta' ħames snin sal-21 ta' Lulju 2021. Fid-dawl tar-riżultati tal-isforzi li għaddejjin biex tinsab sostituzzjoni affidabbli, aktarx li t-tul tal-eżenzjoni mhux se jħalli impatti negattivi fuq l-innovazzjoni. |
|
(8) |
Għall-kategoriji l-oħra għajr il-kategoriji 1 sa 7 u l-kategorija 10, l-eżenzjoni attwali tibqa' valida għall-perjodi ta' validità stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE. Għal raġunijiet ta' ċarezza, jenħtieġ li d-dati tal-iskadenza jiżdiedu fl-Anness III ta' dik id-Direttiva. |
|
(9) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mid-29 ta' Frar 2020 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.
Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Marzu 2020.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
ANNESS
Fl-Anness III, l-entrata 32 hija sostitwita b'dan li ġej:
|
“32 |
L-ossidu taċ-ċomb fi frit tas-siġillar li jintuża fil-manifattura tal-immuntar tat-twieqi għat-tubi tal-lejżer Argon u Kripton |
Jiskadi fi:
|