5.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 204/99


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1427

tal-4 ta' Awwissu 2017

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 (1).

(2)

Fid-29 ta' Ġunju 2017, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni (UNSCR) 2362 (2017) li testendi l-applikazzjoni ta' miżuri għal bastimenti li jkunu qed jgħabbu, jittrasportaw jew iħottu żejt mhux maħdum, inkluż żejt mhux raffinat u prodotti petrolifiċi irfinati, esportati b'mod illeċitu jew li jkun sar tentattiv biex jiġu esportati mil-Libja u tispeċifika ulterjorment il-kriterji għall-elenkar.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   F'konformità mal-paragrafi 5 sa 9 tal-UNSCR 2146 (2014) u l-paragrafu 2 tal-UNSCR 2362 (2017), l-Istati Membri jistgħu jispezzjonaw il-bastimenti indikati fl-ibħra miftuħa, billi jużaw il-miżuri kollha li jikkorrispondu għaċ-ċirkostanzi speċifiċi, f'konformità sħiħa mad-dritt umanitarju internazzjonali u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, skont il-każ, jagħmlu tali spezzjonijiet u jidderieġu l-bastiment biex jieħu azzjonijiet adatti sabiex, bil-kunsens tal-Gvern tal-Libja u f'koordinazzjoni miegħu, jirritorna ż-żejt mhux maħdum, inkluż żejt mhux raffinat u prodotti petrolifiċi irfinati, lil-Libja.”.

(2)

l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Stat Membru li huwa l-Istat tal-bandiera ta' bastiment indikat għandu, f'każ li l-indikazzjoni mill-Kumitat tkun speċifikat dan, jidderieġi l-bastiment biex ma jħottx, ma jittrasportax, u ma jarmix żejt mhux maħdum, inkluż żejt mhux raffinat u prodotti petrolifiċi irfinati, esportati b'mod illeċitu mil-Libja abbord il-bastiment, fin-nuqqas ta' direzzjoni mill-punt fokali tal-Gvern tal-Libja, kif imsemmi fil-paragrafu 3 tal-UNSCR 2146 (2014).”;

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Transazzjonijiet finanzjarji miċ-ċittadini tal-Istati Membri jew l-entitajiet taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jew mit-territorji tal-Istati Membri fir-rigward taż-żejt mhux maħdum, inkluż żejt mhux raffinat u prodotti petrolifiċi irfinati, esportati b'mod illeċitu mil-Libja abbord bastimenti indikati, għandhom, f'każ li l-indikazzjoni mill-Kumitat tkun speċifikat dan, ikunu pprojbiti.”.

(3)

fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, ta' persuni indikati u soġġetti għal restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat f'konformità mal-paragrafu 22 tal-UNSCR 1970 (2011), il-paragrafu 23 tal-UNSCR 1973 (2011), il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2174 (2014), il-paragrafu 11 tal-UNSCR 2213 (2015) u l-paragrafu 11 tal-UNSCR 2362 (2017), kif elenkat fl-Anness I.”.

(4)

fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Għandhom jiġu ffriżati l-fondi, assi finanzjarji oħra u r-riżorsi ekonomiċi kollha, li huma l-proprjetà ta' jew ikkontrollati minn, direttament jew indirettament, persuni u entitajiet indikati u soġġetti għal iffriżar tal-assi mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat f'konformità mal-paragrafu 22 tal-UNSCR 1970 (2011), il-paragrafi 19 u 23 tal-UNSCR 1973 (2011), il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2174 (2014), il-paragrafu 11 tal-UNSCR 2213 (2015) u l-paragrafu 11 tal-UNSCR 2362 (2017), kif elenkat fl-Anness III.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU L 206, 1.8.2015. p. 34).