|
8.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/66 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8356 — Wietersdorfer/Amiantit/HOBAS JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 220/18)
|
1. |
Fid-29 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża WIG Wietersdorfer Holding GmbH (“WIG”, l-Awstrija) u Saudi Arabian Amiantit Company (“Amiantit”, l-Arabja Sawdija), jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ HOBAS Pipes International GmbH (“Hobas Europe”, l-Awstrija). Amiantit se tikkontribwixxi n-negozju tagħha Ewropew ta’ sistemi ta’ pajpijiet f’Hobas Europe, li bħalissa hija sussidjarja li hi proprjetà kollha kemm hi ta’ WIG, u se takkwista 50 % tal-ishma tagħha. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal WIG: il-manifattura u l-bejgħ ta’ pajpijiet u sistemi ta’ pajpijiet mfassla għat-trasport tal-ilma (drenaġġ, tisqija u ilma tax-xorb bil-pressa) u, sa ċertu punt, għall-użu industrijali f’diversi tipi ta’ impjanti. WIG hija attiva mad-dinja kollha, — għal Amiantit: il-manifattura u l-bejgħ ta’ pajpijiet u sistemi ta’ pajpijiet, il-bejgħ ta’ teknoloġiji tal-pajpijiet u l-manifattura u l-provvista ta’ prodotti ta’ polimeri. Amiantit hija attiva mad-dinja kollha. In-negozju Ewropew ta’ Amiantit huwa attiv fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ pajpijiet u sistemi ta’ pajpijiet tal-plastik rinforzat b’fibra tal-ħġieġ (glass fiber reinforced plastic, GRP), — għal Hobas Europe: il-manifattura u l-bejgħ fl-Ewropa ta’ pajpijiet u sistemi ta’ pajpijiet GRP. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8356 — Wietersdorfer/Amiantit/HOBAS JV, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).